Posts

Image
  Bħal Ġebla li tifa’ fl-Għadira.   L-imwejjeġ li tqanqal ġewwa fija bħal ġebla li titfa’ fl-għadira u jien ngħidlek li li nħoss iżda l-fwieħa li gibt miegħek immutatni.   Għajnejja jixxerdu fuq is-simetrija ta’ ġismek u nibqa ċċassat bit-tama li int ma tintebaħx.   Qanqalt l-ilmijiet ta’ ħajti u s-seħer li toħlom u tteni jifrex il-liżar li fuqhu għad minteddu.   Għajnejk jiskattaw ir-ritratti u xuxtek il-bosk li fih nintilfu.   Irrid inġorrok fuq spallejja bħal kapott u   nxidd il-bjuda tal-ġilda tiegħek bħal tibdila għall-okkażżjoni.   Imbagħad il-ferħ tagħna jkun is-sies li fuqu nibnu t-torrijiet minn fejn noqgħodu nistħajjlu is-sħab iswed fuq ix-xefaq.   Alfred Grech 04/07/2021.
Image
  You And I.   You and I would have exhausted All the energies that bounced us Towards each other And created the magnetic field That kept us together For those brief moments That reflected through our eyes And then made us curse That we accepted each other’s dream Or thought that somehow the sea Could embrace each and every bolder.   You and I would have discovered All the secrets in the box But once the air was clear The tide drove us back to where We were before And we were left with nothing else Except our emptiness And our pains.   Alfred Grech 03/07/2021
Image
  Tbasktet.   Tbasktet Marritilha l-ħajra U l-antenni li bihom kienet tgħarrex u titkixxef Nixfu Kif għamlu l-isporġenzi Li kienu jisfidaw lil-min kien jissaħħar Iħares lejhom. Hi xorta għada ggranfata Mal-ħjut tal-għanqbut Għax għadha temmen u trid turi Li l-ħajja tibqa’ għaddejja.   Tiftaħhom idejħa Bħalma kienet dejjem tagħmel Bħat-tentakoli tal-qarnita U tibqa’ tiggranfa Iżda xagħra tilef il-kulur Leħinha maħnuq U qajla tista tibqa’ ddoqqha t-trumbetta.   Imbagħad tibda tħoss il-frugħa ta’ kollox   Alfred Grech 02/07/2021
Image
  Għandek l-Imfietaħ.   Għandek l-imfietaħ tas-skiet tiegħi Kull meta ż-żiffa tmewweġ is-satra tiegħek U jista’ jkun ukoll li għandek it-tweġiba Għall misteri kollha Kull meta tagħtini darek għeri U titlaq, tisparixxi fl-għabes tar-rima li tħalli. Il-ħsejjes tat-takkuna huma biżżejjed Biex nifhem li aktar ma titbiegħed Aktar tonqos il-ħeġġa U s-saħħa tal-leħen li jlissen Dak li f’widnejk ma tridx li tisma’ jidwi.   Alfred Grech. 01.07/2021.
Image
  Nixtieq Baqgħali Żmien.   Nixtieq baqgħali żmien Biex miegħek ngħix jum ieħor Żunżana li ddur dejjem Minn warda għall-oħra. Nixieq li miegħek nerġa’ l-folja naqleb U l-jum nibdieħ mill-ġdid Biex b’hekk għall ewwel darba ngħix Ġo d-dejr tan-ninfi. Nixtieq baqgħali saħħa ndur U noħlom ħajja ġdida U nfassal dak li ħlomt Tfajjel bla ħażen Iżd’issa mqar il-ħolm Jitbaskat. Nixtieq inżomm il-pass U niġri miegħek Din l-avventura li qed tpeper Mad-dublett tiegħek Iżd’issa ż-żmien qsar wisq U s-snin għaddew bil-bosta It-toqol tal-valiġġi għamel tiegħu Għax nifs, nifs biss irid ikollok U naf ukoll li int mintix għal dejjem.   Alfred Grech 30/06/2021.
Image
  At The Sight Of A Mirage.   Why veer away to where there’s nothing Why fly way from all that is present They try to confuse you by endless panegyrics They scare you stiff by a pandemic So that while fastening your seatbelt You have to put on also a mask So that you are properly grounded And with your feet well anchored.   Why don’t you consider then The clarity of here and now The very ground on which you stand. Let the puppets regret their days of glory And the inertia of the merry go round.   Don’t let the currents overtake you Don’t let the herd push you around There is a stillness in the voice That is coming from afar.   Even without those timely gatherings Or the thrust of a telluric force You can still emerge victorious At the sight of a mirage.   Alfred Grech 28/06/2021
Image
  I will Paint The Wind For you.   In the morning when I came to you I wanted to fly Now my parachute is deflated And no airbag can hold me up.   When I saw you I was singing Now my throat is sore. Suffocating in the dust Of so many absurdities.   In the morning I thought you could deliver Now I know how late you are You will always keep regretting All the post that you missed And the colours of your hair.   Then the sea will calm down again And I will   paint the wind for you.   Alfred Grech 26/06/2021.