Int Mhu Se Tbiddel Xejn. Int mhu se tbiddel xejn. Xejn mhu se tbiddel , G ħ alxejn inrabbi l- ġ wiena ħ biex ninqata’ Mill-mażri u mill-ktjjen li jankrawna. Fin-nassa li nsabt int jew li nasbulek Sibt ruħħek komda.U int hemm se tibqa’ Fil-ħabs tad-dellijiet mingħajr ma tħares Imbagħad minn fuq ix-xifer tħares l-isfel. M’hemm xejn hemm biss l-irdum hemm biss l-abbiss. Imbagħad xħin il-fuq tħares hemm is-sema. Iss’sint għidli għalfejn qiegħda ssejjaħli U tokrob bħal qattusa f’nofs ta’ xitwa Jekk inti lil xortik mhux ser tisfida? Alfred Grech 04.01.2021.
Posts
- Get link
- X
- Other Apps
Lil Robert f’Għeluq Sninu. Stajt kont mexxej qalbieni riekeb karru Stajt kont Ulisse sejjer lura d-dar Stajt kont Akille l-kbir midrub f’għarqubu U saħħtek turi mal-gwerriera l-kbar. Ġejt int ħassieb li tħares lejn ix-xefaq Tistudja, tgħarrex, tgħarbel il-ħolqien Ma ġara xejn jekk sibt lil min ifixklek Min dawn issib imxerrda kullimkien. Tinsiex għażiż li min bid-dmugħ qed jiżra Ser jaħsad l-għada b’qalb mimlija ferħ Min joħroġ mimli dubbji dmugħ u dwejjaq Ser jiġi lura jħaddan żbul is-serħ. Alfred Grech 03/01/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Jien Kelli X-Xorti Jien kelli x–xorti mmiss is-sema Għal kemm il-darba, Iżda ma bqajtx hemm fuq Hemm fuq hemm għoli wisq U tara kollox idur bik. Hemm fuq hu maħluq biss Għall-anġli Il-prediletti tal-allat Iżda jiena bniedem tad-demm u l-laħam Li ġej mir-razza tal-plebei. Jien kelli x-xorti mmiss is-sema B’idi u bqajt ma sibtx qaddis U qatt ma lbist xi dijadema Jew iddendilt ma xi kewkba tax-xuxa Bħal xi qassis. Alfred Grech 01/01/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
X’Ser Nagħmlu. U x’ser nagħmlu b’dan il-griż kollu Ta’ dalgħodu? Ewwilla r-ruħ mhux mill-għajnejn Tindarab u min ifieri l-widna jfieri l-qalb? X’ser nagħmlu b’dan il-griż dalgħodu, Dal-lejl li ma jrid jgħaddi b’xejn? Did-dalma li ħakmet lill-bnedmin Li bejniethom qed jitħawwdu Li jfittxu li joqtlu lil xulxin U lill-ħolqien madwarhom. X’ser nagħmlu b’dan il-griż dalgħodu, Issa li l-ħolqien ukoll irvilla U qed inaqqar u jaqleb ta’ taħt fuq Il-ħajja kif nafuha? Alfred Grech 31/12/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Lil Sharon. Setgħet ġara mod ieħor; seta’ sebaħ Jum ġdid dan il-Milied. Iżda Dak li f’idejĦ iwieżen il-pupi Tad-demm u l-laħam u jiġbed l-ispag tal-marjunetti Amar xi ħaġa pħra. Setgħet inkitbet xort’oħra din in-narrattiva Iżda aħna emminna dejjem Fit-tjubijua tal-univers li mbagħad intbaħna li kien Indifferenti. U jekk aħna llum imneżża’ Minn kull għata f’xitwa li tmewwet il-ħolqien Kien biss għaliex emminna Li kien hemm baħar jaqsam Bejn it-tajjeb u l-ħażin. Alfred Grech 30/12/2001
- Get link
- X
- Other Apps
Apokalissi. Riefnu ta’ tqanqieliet. Kliem li qatt ma għedtu Ħajja li qatt ma għextha, sensazzjoni Li qatt ma ħassejt. Jista’ jkun li x-xema Taħraq l-arja li minnha trid titniffes Iżda bħat-tifkiriet din skoll ta’ dwejjaq Ta’ ħsibijiet l’ għaddew u xejn ma baqa’ Matul is-solitudni tal-bankini F’ħajja li qatt ma għext jew qatt ma ħlomtha. U jista’ jkun ukoll li qiegħed nagħmel Ta’ bir-ruħi li qed nifraħ biex nibqa’ Mislub ma l-aħħar tama’ li fadalli Li din ukoll tispiċċa mingħajr sugu U dan biex lili ma nitlifx għal kollox. Is-skiet imbagħad iġiegħlni l-istennija Ntenni li kulħadd iħoss ġo qalbu Avvent ieħor: twelid li qatt ma wasal Jew li għadda mingħajr ma biss intbaħna. Ma nitlifx l-innoċenza tiegħi, iżda Bit-tama xi darba li għad ninbidel Nitwieled għad mill ġdid nirxoxta nerġa’ Nixxotta d-dmugħ, inkella mmut, nispiċċa. . . . Alfred Grech 30/12/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Dan Hu Għadd Bil-Maqlub. Dan hu għadd bil-maqlub Minflok jiżdiedu n-numri jitnaqqsu Għaliex kull waqt, kull pass li tagħmel Jitnaqqas minn dak li jkun għad fadal Għalhekk din mix xi mixja lejn it-tmiem Iżda vjaġġ ieħor lejn ix-xefaq Jew jekk it-tmiem għad jasal Int lanqas biss tkun taf. Dan hu avvent ta’ Milied li għadu ma wasalx U meta jasal Int lanqas tkun tingħaraf. 26.12.2021