Posts

Image
  176.   Min jaf kif stajt inba ħħ ar bla ma naqdef Kif stajt intir ming ħ ajr ma nrabbi l- ġ wiena ħ Il-qċaċet ta’ kull għolja nikkuntempla Jew ġewwa s-sħab imtaqqal mmur ninħeba? Għax ħadd ma ried jismagħha l-għanja tiegħi U bdejt nistagħad u   ngħarrex għal kull kewkba Fejn naf li stajt intir u l-qawwa negħeleb Tal-gravitazzjonali l-ġibda mmewwet; Biex lanqas taħt id-dawl tax-xemx ma nidher; Il-mewġ tas-sensazzjonijiet inqanqal; Jew ngħum f’dan l-oċean bejn sema u ilma, U niżen bil-miżien li jibqa’ mdaqqas Minn hawn sa tarf il-preċipizzju nkejjel Li hu l-abbiss li jifred waqt minn ieħor.   Alfred Grech 29/03/2023
Image
  Inżajthom.   I nżajthom Bħalma tinża’ siġra mill-weraq fil-ħarifa, bħal meta tinża’ l-ġlekk u ddendu ma spalliera il-jiem, il-ġimgħat, is-snin.   Bżaqthom f’wiċċ-duħħan Imċajpar tat-traġitt Li ħadni Fejn ma stħajjiltx.   Issa Xħin jingħalaq il-kanċell Lanqas inħares lura Għax lura lanqas hemm U lanqas dawl Ma fadal.   Alfred Grech 26/03/2023.
Image
  175.   Jddendel qed is-saqaf hawn fuq rasi Bit-toqol t’elf mitt ħsieb nieżlin bħax-xita U dal-ġibjun ta’ tifkiriet imwiegħra Intela’ sa fuq nett u beda jnixxi. U aħna wkoll spiċċajna f’din l-għadira Ta’ tajn u ħmieġ li fiha qed nistagħdru Ġibditna kalamita ta’ bla seħer U bqajna hawnhekk niġġieldau biex ninqalgħu. U ma nafux xħin xi ħadd minna jiġi Nieqes x’se jagħmel l-ieħor, għaliex issa Drajniha sew iż-żifna fuq ix-xifer, l-iħirsa tal-imgħoddi jittawlulna filwaqt li aħna nibqgħu inkullati Bil-ħjut ta’ kull għabqbuta illi nsiġna.   Alfred Grech 25/03/2023.
Image
  Reġa’ Sebaħ Ja Mulejja.*   Reġgħa sebaħ ja Mulejja Agħti tiegħek dan il-jum Kull filgħud xħin nistenbaħ Jien nistaqsi x’ġej illum?   Għax jum ieħor reġa’ sebaħ Dan jum ieħor bħall-oħrajn U se nagħmlu? Fejn se mmorru? Kif ninqalgħu minn dat-tajn   Li ħaddieħor tefa’ fuqna U nibdew kapitlu ġdid, U l-iħirsa tal-imgħoddi Immewtuhom fit-taħwid?   Reġa’ sebaħ ja Mulejja Iżd’ankrat jien bqajt mal-art. Kif se nqum, kid se nittajjar Kif se ngħid li issa nġbart?   Il-ħolqien li hawn madwari Ma jqanqalli ebda ferħ, ix-xemx kifset, ġej sħab iswed u m’hawn xejn li jġib is-serħ.   Ja Mulejja niżżik ħajr Għaliex int tal-ħajja s-sid Għinni nibqa’ nżomm f’wiċċ l-ilma Il-burraxka qed iżżid.   Alfred Grech 25/03/2023.     * B’apoloġia lil Dun Karm  
Image
  Għalkemm.   Għalkemm fl-għammieq ta’ dlam il-lejl Ħarsitna lejn il-kwiekeb Għalkemm qiegħdin f’tal-mixi t-tarf Ħarsitna fil-ġejjieni Għalkemm f’dal baħar mitlufin Ħarsitna ’l hinn mix-xefaq Għalkemm qiegħdin ġo dal-pajjiż Din l-għanja tibqa’ ħielsa.   Alfred Grech. 23/03/2023.  
Image
  Fejn Int?   Fejn int ja poeżija? Meta sejra Iżżurni f’din il-lejla travaljata Ta’ ħsibijiet imendla stalaktiti, Biex noqgħodu min wara l-ħġieġ tat-tieqa Nittawwlu s-solitudni ta’ dat-toroq Mudlama u nġazzati jew niftakru F’dawk il-ħrejjef li għexjan u qattajna Flimkien mingħajr ma nafu?   Alfred Grech 22/03/2023
Image
  Mimli Bih Innifsu.   Il-lupu l- ġ ilda jbiddel mhux i-vizzju U z-zokk li telgħa mgħawweġ ma ddrittax; Dan mingħalih li bħalu m’hawnx fid-dinja U ġara l’iblaħ minnuhu ma baqax.   Trid tkun miġnun perfett mingħajr mingħajr liċenzja Biex terġa’ ‘d-dinja ddaħħal f’ħafna nkwiet, U terġa ma ġġbx dak illi ħaddieħor Fil-ġwerra tilef; taqla’ ħafna ġlied.   Trid tkun xi diżilluż tgħix fi żmien ieħor Biex jiddradixxi ’l-min għamillek ġieħ Toħlom mill-ġdid biex twaqqaf xi imperu Ma tammettix li hawn żbaljajt bis-sħiħ.   Alfred Grech. 20-03 2023.