Issa Li Rġajt Bdejt Ngħanni. Issa li rġajt bdejt ngħanni Ma baqgħalix il-ħin Insur wara kull kelma U l-ilma qed inixxi minn taħt minn taħt il-ġebel U jifqa’ qed l-għelieqi. Xħin ir-ruħ tiżvina l-għatx mhux ser jinqata’. Naqtagħlek warda minn ġo ġnien ħajti U noffriehelek bħala xhieda Ta’ kemm jien għadni nħobbok. Alfred Grech 31/07/2023
Posts
- Get link
- X
- Other Apps
Fit-Tarf tal-Preċipizzju. Miniex beżgħan Min-nuqqas ta’ sejħa tiegħek Nirfes il-kallijiet Jew ngħaddi minn fuq il-ġamar Ta’ mħuħ li qed ibattu Fl-għabex tal-allat Ngħlaq għajnejja Għall-kull ma jista’ jiġri. Imbagħad ngħid Ma kellix mod ieħor kif kelli nimxi. U ma niddejjaq xejn Jekk ma tgħidlix fejn hu It-tarf tal-preċipizzju. Alfred Grech 26/07/2023
- Get link
- X
- Other Apps
Kalzri. Dan kalzri li minnu rrid naħrab Biex għada nispiċċa mar-riħ, Jew noħroġ nixxiegħa minn blata Bil-ħatar inxebba bis-sħiħ Bid-dmugħ qed iżerżaq m’għajnejja Bid-dieqa ta’ sabar bla kejl Tisfira ta’ grillu li tidwi U tisgħar fis-skiet ta’ mal-lejl. Trabokk dan t-għassfur li jittajjar Viżjoni ta’ xefaq bla tmiem Maħkum mill-irwiefen tal-ħajja U l-qilla tal-ajru bla lġiem. Alfred Grech 25/07/2023
- Get link
- X
- Other Apps
Skiet. Tifimha biss jekk tidħol ġo qoxortok Inkella tħarrek ċagħqa minn tax-xtajta, Hemmhekk fejn qatt ma morna nkella għexna Taħt xemx li taqli l-iġsma qed jixxemxu. Hemmhekk fis-skiet jirbombja ta’ madwarna Fejn tgħaddi minn ġol-masġar mingħajr biża’, U tfesdaq ħsibijiet mingħajr ma tiżen. Għalhekk tixtieq li taqta’ dis-sekwenza Fejn ħafna loanqas jafu sewwa sewwa X’hemm ġo das-skiet; is-skiet tal-eżistenza. Alfred Grech 19/07/2023.
- Get link
- X
- Other Apps
180. X’ikun il-waqt li minnu ridna ng ħaddu, Trapass mingħajr taħbit u daqq ta’ trombi, Kull mewġa li fil-wiċċ sabitna ngħumu Żammitna aljenati għal kull ħabta, Ma skoll jew blat li qatt ma stajna nirkbu; Inkella li wasslitna fuq ix-xtajta Fejn stajna niġbru lura lilna nfusna Mill-fdalijiet u l-bċejjeċ tan-nawfraġju. Fit-tul saquna l-ħalel u l-irwiefen, Il-qawwa tad-destin u x-xorti kiefra, U fhimna skond kull wieħed l-għażla tiegħu. Ħażżiżna wkoll kull waqt li għadda minna Fiċ-ċpar u fl-umdita’ ta’ għodwa ġdida Biex dawk li jiġu wara jiftakruna. Alfred Grech 16.07.2023.
- Get link
- X
- Other Apps
179. Ma nafx jekk huwiex int inkella jiena Dardarna tal-għadira l-ilma qiegħed, Qanqalna l-wiċċ li jirrifletti s-sema. Aktarx li kien il-ħolm li qatt ma ħlomna, Il-ħmar il-lejl li ġiegħlna nagħmlu l-ħwejjeġ Li aħna t-tnejn imissna qatt m’għamilna. Ma nafx jekk kienx il-ħoss ta’ kull ċaqliqa U f’daqqa waħda qomna minn dir-raqda Biex issa sibna ruħna qed interrqu Ġo toroq u sqaqien fejn qatt ma konna. U xħin ħarisna f’wiċċ xulxin nistagħġbu Kif ħadd ma ħareġ għadu bit-tweġiba. Intbaħna li għalina l-wisa’ kollu Hu hawn il-fuq mis-sħab fejn qed nittajjru. Alfred Grech 14/07/2023.
- Get link
- X
- Other Apps
Muża . M’għadiex toħroġ u tittajjar; M’għadiex toħroġ kif nixtieq; M’għadiex tofroq barrikati Sew fil-ferħ u sew fid-dieq. M’għadiex tlellex u titttajjar M’għadiex warda minn ġol-ġnien Lanqas f’waqt li lili tħenni M’għada tiġi minn x’imkien. Lanqas naf x’ser naqbad nagħmel Biex inkebbes nerġa’ x-xrar, Għandix lura nerġa’ nterraq U nfittixha mqar fiċ-ċpar. Alafred Grech 08/07/2023.