Posts

Image
  Mat-tul Ta’ Sisien Imniddija.   M at- tul ta’ s isien imniddija Fid-dalma ti ċċ arat bis-sjuf Bħa l-karba li   to ħ ro ġ qawwija B ħ al ħ lejqa li ħarġet mill-ġuf.   Erħilhom ħa jgaħqdu u jduru Għax dawn m’għandhom sabar imkien Xħin fl-aħħar jintebħu bil-ħsara Għalxejn qed jistaqsu dan x’kien.   Jistħuhom uliedhom li jwelldu Jistħuhom l-istorja u ż-żmien Jisħithom kull min ħares lura Bil-ħsieb jifli ftit x’seta’ kien.   Alfred Grech 02/10/2021.
Image
  Ġej Il-Quddiem.   Tie ħ u sehem f’dil-maratona Imqar jekk tisba ħ ma tifla ħ x, Issib ru ħħ ek tg ħ um mal-bqija Żgur il x-xefaq, ma taraħx.   Qum minn hemm, trid taqta’ l-mażri Qum minn hemm, biex tibda’ ddur Daqs żugraga, żmar fis-sienja Jew xi lsir ma kuntrattur.   Qum minn hemm u mhux titlajja Imxi dejjem, għix fis-sliem. Kull ma jmur tixtarr u temmen Mingħalik ġej il-quddiem.   Alfred Grech 01/10/2021
Image
  Inżommu F’Wiċċ l-Ilma   Iva, għax aħna kellna niktbu l-poeżija Qalb l-istorbju u d-duħħan tal-manikomju. Aħna kellna nfittxu s-sabiħ Qalb it-taħwid tal-qlub imjassra U qalb il-vergonja tal-qoxra tal-bbbuxu battala . Kellna nittamaw f’ ġ ejjieni ġ did Għeruqu fid-dlam tal-imgħoddi Id-dlam tad-disperazzjoni. Kellna nibqgħu għaddejjin naqdfu Qalb il-ħama u l-fdal taż-żibel Qaluna kull ma rridu nagħmlu Li żżommu biss fil-wiċċ Sakemm għad jiġi l-anġlu U jċaqlaq l-ima.   Alfred Grech 30/09/2021.
Image
  Nerġgħu Niltaqgħu.   Imbagħad nerġgħu niltaqgħu Fil-ħajja li ġejja bħalkieku ltqajna għall-ewwel darba U nibdew nitbissmu lill-xulxin Mingħajr ma nafu l-għala. Nistħajjlek tħares lejja u tiflili Kull tikmixa li għandi f’wiċċi U naf li fhimt kollox. Imbagħad tintebaħ għaliex lilek għażiltek Għaliex inti dak kollu Li jien nixtieq U mhux għaliex inti Dak kollu li baqgħali.   Alfred Grech 30/09/2021
Image
  Stajt Nitla’ Aktar Fil-għoli.   Stajt nitla’ aktar filgħoli Bla mażri li jankraw Stajt sibt it-triq li twassal Mal-għomja li jaraw.   Il-kontrapis li jgħaddas Iżommlok il-bilanċ Issib li trid saborra Jekk lura tmur bħal granċ.   Trid taqdef qalb il-ħalel Trid togħla mal-imbatt Inkella tibd’ temmen Biex tagħraf ma xhiex ħbatt.   Inkella tibda temmen Biex lanqss tara l-qiegħ Dagħbien għaddej minn taħtek U temmen fis-sabiħ.   Jien bdejt inrabbi l-ġwieneħ Bdejt nogħl’aktar il-fuq U xħin ilħaqt is-sema Kull bieb li sibt magħluq.   Alfred Grech 29/09/2021
Image
  Xejn Aktar La Tistenna.   Xejn aktar la tistenna Mhu xejn għajr xeneggjat Tintesa’ malli tgħaddi U dejjem aljenat.   Xħin nagħmel il-mirakli Biex niġi għan-normal Fi żmien mitluf fis-sakra Minsub fuq pedestall.   F’pajjiż tal-assassini Min hu l-emarġinat Kulħadd imissu jisraq Tispiċċa eżiljat.   Fuq art li kienet tħaddar Iss’hemm biss il-konkrit Jisfida l-konvenzjoni Kampanja b’wiċċ ardit.   Imbagħad xħin nieqaf noħlom Il-mejta mingħajr għadd, Il-bqija kulħadd jobdi Mhu ser jiqfilhom ħadd.   Alfred Grech 28/09/2021
Image
  Xejn   Aktar La Tistenna.   Xejn aktar la tistenna Għax wara kollox Dan mhu xejn għajr xeneġġjat Vjaġġ ta’ ftit sekondi. Jien noqgħod inħares lejk Nistagħġeb u ngħaddi ż-żmien Li baqa’ fis-sakra U biex nerġa’ niġi f’tiegħi Irrid nagħmel il-mirakli U x’jiġi mbagħad Xħin ngħejja noħloq il-fantażmi Evanexxenti u ta’ min waqt għall-ieħor It-tmiem li dejjem joqrob Ibeżżgħek U issa sirt lanqas taf tiċċajta Għax iġġemma n-nuqqasiejit Int u għaddejja. Jien ħlomt li qagħadt ngħidlek l-istejjer U inti qagħad tismagħhom Bla ma rqadt.   Alfred Grech 27/09/2021