Posts

  Hekk Nagħmlu .   Hekk nagħmlu bit-traġedji Ruħ li timxi miegħi It-tnejn li aħna niżfnu ż-żifna Tad-dlam għax ma narawx U għax ma nafux It-tnejn li aħna, min aħna.   Hekk nagħmlu nimxi id-f’id F’dan l-ologramm imtenni Sal-infinit fejn f’daqqa waħda Minn ġol-kwadru qed jitbissem barbaġann Li jfissrilna mqar għal waqt wieħed Is-sens ta’ dan kollu.   Hekk nagħmlu jiena li ma nafekx Inti li ma tafnix Intiru t-tnejn li aħna Ħamiem tal-karti ankrati Mal-abbiss li ma nafux.   Hekk nagħmlu fuq livelli differenti.   Alfred Grech 07/02/2022
Image
  Trid Trkun il-Poeżija.   Trid tkun il-poeżija. Bħal għasfur li jaħrab minn ġol-gaġġa Isib il-l-ilma tal-għadira qiegħed Imarradni Il-jiem fejn xejn ma jiġri Bħal ħajja wieqfa fi kwadru. Int qed tonfoħli Jen irrid intir U jekk ma nsibx ir-rotta Naqa’. Jekk mhux is-serħ fl-ispirtu Trid tkun l-anestesija Inkella t-trajjettorja li jieħu Għasfur tal-passa. Ir-riħ mal-ġwienaħ jaħbat U jerfagħni Biex b’mod jew ieħor naħrab Il-ħajja ta’ kuljum fejn xejn ma jiġri.   Alfred Grech 06/02/2022.  
Image
. Bħal Poeżija.   Trid twassal dal-messaġġ? Iva trid twasslu. Flixkun issiġillat Li sibt fuq xtajta mwarrba Jekk tiftħu joħroġ ġenju. Saħħar. Jew żiffa riħ ma wiċċi Bil-bews ta’ fuq ħaddejk. Biex twassal il-messaġġ Flixkun li jrid jinfetaħ Int tgħidli li togħdos fil-qiegħ ta’ ħsibijieti Jien ngħidlek Li lanqas naf jien x’qiegħed ngħid Għax f’daqqa waħda ġiet il-fewġa U jien ħassejtni nitwieled qed mil-ġdid. Hekk jgaddi min għandi il-mesaġġ Bħal poeżija.   Alfred Grech 06/02/2021.
Image
166.   Int qatt m’emmint li jista’ jisgħobija, Ma nbidel xejn xħin aħna l-folja qlibna. Li baqa’ kienet ġrajja u qatt ma nkitbet Għalxejn kull darba nibgħat il-ħamiema Għax il-ħamiema baqgħet ma ġietx lura. Urejtek li bqajt ngħożż dak li ħallejtli l-ilbies li kont ixxidd u kull tifkira, bdejt tibki int u jien bdejt nibki miegħek, Imbagħad int sparixxejt u mort tistaħba, Kont jien li ksirt il-wegħeda u qajjimt riefnu Bqajt jien hawnhekk nixtar bla ma naf l-għala Il-ħsara u t-tifrik li ġibt b’idejja. Bħal Oedipu intbaħt u qlajt għajnejja U bħal xitan tal-qiegħ inbati ċ-ċaħda.   Alfred Grech 05/02/2022.  
Image
  Imbagħad Xħin Tlaqt Kien Baqa’ Biss Tifkira.   Imbag ħ ad x ħ in tlaqt kien baqa’ biss tifkira J e w rifkiriet tal- ġ iri u tad-du ħħ an U bdejt imbag ħa d nistaqsi lili nnifsi T għi d jer ġ a’ j iġ i g ħ ad sta ġ un b ġ al dan?   X ħ in tlaqt, it-tnejn li a ħ na sirna ġ raj j a Il-folja nqalbet baqa’ biss ix-xejn, Tellajana g ħ alxejn minn jeddna das-siiparju G ħ ax it-tra ġ edja k ienet tagħna t-tnejn.   Dak kien iċ-ċpar ta’ min iqum min-nagħsa X’baqa’ miċ-ċpar xħin telgħet issa x-xemx? Dak kien il-ħolm tal-użinjol qed jgħanni, Fejn mar il-ħolm? Min jgħanni issa mhemmx.   Alfred Grech 4/2/2022.
Image
    Minkejja L-Iskwallur Li Hawn Madwarna     Minkejja l-iskwallur li hawn madwarna Int titlef qatt l-ilwien ta’ sebħ xortik, Taf tmiss is-sħab mingħajr ma tmiss is-sema Titbiegħed bla ma timxi mqar b’għajnejk.   La tiddejjaqx iċċaflas fl-art imxarrba, It-tama titlef qatt ta’ tlugħ ix-xemx, Għax il-burraxki jħarrku l-ilma qiegħed, U qatt tistaqsi kif wasalt s’hawnhekk.   U jekk jinħtieġ imqar il-ġilda biddel Biex lanqas ma tingħaraf minn kulħadd, Titlaqx, ibqa’ hawn u gawdi l-ispettaklu Minkejja li ma tasal għad imkien.   Alfred Grech 03/02/2022
Image
  Li Kieku Stajt Ninbidel .   Li kieku stajt ninbidel f’anġlu U ninżel minn fuq is-sħab ta’ sema; Mehdi fl-illużżjoni Ta-sebħ il-għada jew Nidħol fuq il-ponot ta’ subajja Fil-ħsieb tiegħek li jisseduċi l-ħolqien Ukoll ma insibx il--kliem Li jaf jogħla ‘l-fuq mis-sħab Bħal gawwi kontra r-riħ. U jien li ridt nistaqsik u nisimgħek Niġri wrajk biex inħoss it-tmellis taż-żiffa U tinwieħ ir-riħ bħall aħħar messa tal-kordi tal-arpa.   U hekk timlieli ħsiebi u moħħi.   Alfred Grech 31/01/2022.