Bit-Togħma Tal-Eternita’. Bit-tog ħ ma tal-eternita’ fuq xofftejk Fi n ż ul ix-xemx imdemmi Bħal ġrajja li ġa’ għextha Bħal narrattiva li tennejtha kull tant żmien Meta tibda tinsa’ t-tiġrib li għaddejt minnu U tilmaħ xefaq ieħor u taħħsbu li hu ġdid. Jien noqgħod hawn nistenna li jiġi l-waqt Bil-ħsejjes ta’ mewġ il-baħar jirbombja fi ħsiebi Akkompanjata mis-sinfonija tal-għasafar Fost id-dwawar imġarrfa tan-nassaba U l-fwieħa tas-sagħtar ifeffaħ fi żmienu. Lanqs is-skiet ta’ nżul ix-xemx ma jibqa’ li kien. Alfred Grech 12/06/2022.
Posts
- Get link
- X
- Other Apps
Taqdef. Illum ma jgħaddix Għaliex marbut katina mal-bieraħ U mal-għada u lanqas għal min joqgħod ħiemed Jostor is-saħħa li jħobb Lilhinn mil-kliem U dak li jgħidu n-nies. Illum ma jgħaddix għal ruh il-ħassiebi Li beda jgħix il-ħajja U tgħallem kif mill-burraxki Jislet il-qawsalli. Ħafna drabi xrara waħda Tkun biżżejjed biex tkebbes il-ħuġġieġa Drabi oħrajn trid tinżel xita qliel Inkella tkun tgħemiża li tiswa’ aktar Minn mitt kelma. Għajjiet issa tiela’ t-telgħa tal-kalvarju Għax wieżnet kull toqol biex bħal ħaddieħor Tħares fil-mera u tgħaraf lilha nfisha. Iżda fil-baħar tas-skiet u dlamijiet Taqdef kienet minn dejjem U taqdef baqgħet. Alfred Grech 11/06/2022
- Get link
- X
- Other Apps
Ruħ Ħielsa. Imqar jekk bħali b’lixka nqbadt ġo gaġġa Trid bħali tfittex tikseb il-ħelsien U naf u mhux lakemm u taf tkun iebsa Biex taqta’ mill-irbit u xejn ma kien. Trid tħalli wkoll xi ftit mill-ġilda tiegħek U tistenniex li toħroġ mingħajr grif Għax tal-azzar issibhom il-konfini U xkiel issib ma wiċċek bla taf kif. Iżda tibżax u ara taqta’ qalbek Il-ġlieda taf ma tkunx bħal dik li xtaqt X’imkien f’xi ħin imbagħad l-irbit jinqata’ Jien hawn inkun nistenna l-ħin u l-waqt. Alfred Grech 11/06/2022
- Get link
- X
- Other Apps
L- Għanja Siekta. Iddawwarni bit-tgħannieqa tas-skiet Irmiġġat fil-menqa li tħeġġeġ Lil min qed jitlef kull tama. Naħbilek il-kliem kollu Li xejn ma jgħid u xejn ma jfisser Iżda kull sillaba li nlissinlek Tkun qed tgħasses is-sigrieti Tas-skiet u tal-ħemda. Għaliex fis-skiet biss tista’ tibda tisma’ Is-sewwa li joħroġ mis-solitudni.. Ħallieħ lil ħaddieħor jibqa’ għadej Mal-kurrenti itturfnati u mal-burdati Mtaqqla ta’ kuljum Li joqomsu bis-sulluzzu Ta’ min jaf biss jiffanga. Huws biss f’dan l-ispazju divin Li ssib l-armonija tal-għanja tal-ħolqien Li mhux kull widna tista’ tisma’ Imqar fl-uġiħ tal-agunija Ta’ min irid jiċċaħħad mill-egħżeż ħaġa li għandu. Din hija l-għanja siekta Li ma tinħtieġx in-nokkli tal-esuberi Tivvibra fil-moħħ U tgħanni dak li ma jingħadx Imqar jekk ikollok tistenna fit-tul biex tismagħha. Imbagħad tista’ wkoll trabbi l-ġwienaħ Biex timraħ, biex ittir U tmur lil hinn mill-ħin Fejn h...
- Get link
- X
- Other Apps
Għalxejn Qed Toħlom Li Xi Darba. GĦalxejn qed toħlom li xi darba Għad tifhem f’liema għanqbuta Qed titbexkel Għax lanqas jinġabar il-kosbor Li nefaħ ir-riħ Kull tfiefa tixxengel Tmejjel rasha u tħalli lil min jgħaddi. Il-ħabel li newwiltli Ma jagmilx rabta U lanqas is-sellum sas-sema ma jwassal. Il-frott li twaqqa’ mis-sġra Ikun għadu lanqas sar. Jekk trid tilgħab bil-misteri l-infern u l-ġenna jinsabu fik u tħokk mal-iskadli taħt qamar kwinta biex imbagħad tgħid li jien drogat. Għandek il-kalvarju tiegħrek x’titla’ Lili waddabni wara kull xħin trid Jien xorta ngħożż u nifhem dak li tgħidli U kull ħarba moħbija tiftaħlek għajnek. Alfred Grech 06/06/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Jekk Nieqfu. Jekk nieqfu ftit u ma nibqgħux immewgu U naqdfu qisna lsira taħt il-frosta Tal-argużin: jekk nieqfu għal waqt wieħed U naħsbu ftit x’ser nagħmlu x’missna għamilna’ Imqar il-ġrajjiet jieqfu, u magħhom jieqaf Ukoll il-Ħin. Jekk naħsbu għal waqt wieħed li mhemmx x’tagħmel, Xħin tieqaf dat-traġedja u melodrama Dak kollu milli għedna u li għamilna Tista’ tarmieħ; għax issa hu l-waqt li wieħed Bla ħsieb u mingħajr biża’ jista’ jifhem Għaliex fil-ċokon tiegħu isir jixbaħ l-eternita’ Alfred Grech 04/06/2022