Posts

Image
  Irdum.   G ħ oljin wisq is-sisien Jipparli żż awk t ħ ares lejhom Jaqtawlek nifsek Jifnuk fl-għera tagħhom. L-irdum li jogħla minn wiċċ il-baħar tista’ tifhmu biss jekk trabbi l-ġwienaħ jew tikkontempla x-xjuħija tiegħu bħal dak l-għaref li ntasab jgħodd ir-ramel. Fissuri fil-blat jistgħu jaħbulek id-dubbji Li ma jissugrawx jixirfu Għad-dawl tax-xemx Inkella li bħall-bebbux joħroġ jirgħa Wara l-ewwel ħalba xita. Jitmiegħek, jitniegħes u jitbewwes Mewġ il-baħar ma riġlejħ Bħal xi sirena tisseduċi Iċ-ċorma ta’ fuq il-mirkeb. Biż-żmien imqar jiġlejħ jixxejnu U b’hekk jinkixef wiċċ ġdid Bex jisfida l-elementi.   Alfred Grech 14/11/2022  
Image
  Ossessjoni.   Meta ser jgħaddi dan l-istaġun Taħli saħħitha din l-ossessjoni? Aktarx li meta tneħħi l-veli l-għera tiżżarma weħeda u aktar ma tipprova aktar tkun iċ-ċaħda li l-frotta kienet qarsa. Din hija kewkba oħra Li tiddi tul il-lejl U tgħib ma tlugħ ix-xemx. Tiġi din bħal poeżija Li jekk ma taħtafhiex Taħrablek minn idejk U tisparixxi biex qatt ma terġa’ tiġi.   Sakemm titmewwet il-qawwa tal-burraxka Jien noqgħod hawn fl-għarix li jien bnejt Fuq il-filati taż-żmien Sakemm il-beraq u s-sajjetti Jitbiegħdu sew Nistenna li għada jisbaħ bnazzi.   Alfred Grech 13/11/2022  
Image
  Mhemm Xejn.   Mhemm xejn għajr msaġar folti Li qatt ma raw ix xemx U mrieżaq ta’ dawl li skappa Id-dalma marsusa tal-bosk. Mhemm xejn, hemm skiet u ħemda U ħlewwa mistħajjla tal-melodija Li ġejja minn zminijiet oħrajn. Hemm iċ-ċpar li jaħbi l-ġejjieni Ta’ xefaq opak mingħajr trufijiet Hemm l-għoljiet li l-qċaċet tagħhom Ma jintlaħqux Ma jingħarfux U l-ilmijiet tal-għadajjar iwelldu l-ħolm tal-insetti. Hemm ħdura li mhix minn dawn l-inħawi Għax tinbidel u ssir minn kull lewn Hemm oqsma bla tmiem fejn jista’ jimraħ ħsiebek Sa jixxabbat mal-eqreb għoljiet U jmiss saħansitra l-qawsalli Hemm sħab efimeru li ma tfissrux U nżul ix-xemx li jmur lilhinn mill-eqreb xtajta. Hmura li tintebaħ biha xħin isir tard wisq U xħin id-dellijiet jiġġiganteġġjaw ma ħitan ta’ swar minsija. Skolji li jħadduhom oċeani primittivi Mibduli f’pedestalli għal sireni seduċenti Imwieżep ta’ ilma nadif li jserrep ġol-widien Minn fejn ir-ruħ trid tibda’ ...
Image
      Aħna Dejjem Hawn.   Aħna dejjem hawn Nikkuntemplaw l-għeġubijiet Hawnhekk minn din it-tieqa tal konfini surreali Tal-ħabs li fih twelidna Sabiex nassikuraw li kull sillaba Tkun f’postha u li r-ritmi jimxi filliera Wara r-rima li tħalli l-fantasija.   Aħna hawn nibqgħu ’l-bogħod mill-ġiri ta’ kuljum Li jbiddel l-uċuħ bħalma n-nixxigħat u l-kaskati jbiddlu x-xmajjar u l-widien.   Aħna hawnhekk nibqgħu Osservaturi solitarji Ta’ kwiekeb li qed jaqgħu fl-oċean Ta’ mingħajr truf Fuq xtajta i taf mitt nawfraġju U ii tidwi ta’ kuljum l-għana kollu li għanejna madwar ħuġġieġa nar.   Alfred Grech 11/11/2022
Image
  C I   Min kien jgħidilna biex intejjbu l-ħajja Inkissru kellna dak li hu sabiħ, Sabiex inkabbru din l-ekonomija l-identita’ ta’ ġensna tmur mar-riħ?   Min kien jgħidilna biex inkunu komdi U nistagħnew,  flus daqs kemm timla’ bir Inkissru. nħarbtu fejn trabbejna u għexna U dak li jpaxxi l-għajn għeb bit-tkissir?   Min kien jgħidilna illi biex inħaddmu l-ekonomija, nsiru ħalllelin u kull għajnuna lix-xjuħ u l-morda tagħna pajjiżna trid timlih bil-barranin?   Biex ma nsemmux li sferġju t’art għammiela Il-konġestjoni   u l-bini dejjem tiela   Alfred Grech 10/11/2022
Image
  Trid Tgħidli.   Trid tgħidli xħin dan kliemi sar velenu Trid tgħidli xħin ma bqajtx attriċi aktar Dal ballu li żfinnieħ għal kemm il-darba Inbidel u issa sar dawra durella Fil-logħob tat-tfal iż-żgħar bħalma t-tnejn konna Għall ftit ma waqajniex u bdejna ngħidu Ashes ashes we all fall down . Trid tgħidli meta dħalt u ħriġt mill-limbu Trid tgħidli xħin ħassejt l-infern iħeġġeġ Trid tgħidli xħin id f’id ma bqajniex nimxu Trid tgħid għaliex issa sar il-ħin.   Alfred Grech 09/11/2022.
Image
  Ħarrub.   Il-ħarrub migdud għaliex spiċċatlu l-vista Li jista’ jara lilhinn mill-eqreb ħajt tas-sejjieħ. Il-bini ġgant li welldu l-inġenji setgħana Irrendenw lin-nani bla fejda U issa m’għadhomx aktar jitkellmu fuq l-imħabba tal-ward U l-fwieħa tal-ġonna li jsebbħu Qegħdin jintasbu fuq il-ħuxlief nixef biex jogħnosu. Minflok l-irwiefen devjanti ikiddu ‘l-harub aktar minn qatt qabel. Hawnhekk saru jitkellmu biss in-nani Iżda leħinhom ma jasalx Għaliex imqar l-iġganti u ċ-ċiklopi Saru razza rari tassew. Issa l-melodija sonora tal-urieżaq U ċ-ċikadi inbdlet fit-tweżieq tat-tyres U damdim li jtarrax il-widnejn Li ma jħalli ’l-ħadd fil-mistrieħ tiegħu. Nista’ nsib rokna X’imkien imqar għad-dell ta’ xi siġra Tal-ħarrub li taf ittennili kemm il-ġrajja. Hekk nista’ nkun eqreb lejn il-leħma Li tiġi kull xħin trid U tolqot bħal sajjetta Mingħajr ma tħalli rima.   Alfred Grech 08/11/2022