Santa Luċija. Dal-maltemp għad jgħaddi wkoll Dan hu l-maltemp ta’ Santa Luċija Il-maltemp tal-iqsar jum Newwilli merżuq dawl Li jqawwi l-qalb Imqar tixgħelli xema’ fuq rasi U jien ninżel fil-kjażmi l-aktar mudlama U jien ninfed l-aktar mostri nskrutibbli Tal-ħolqien. Imbagħad tkun tista’tgħid Li sirt luċifru Għax bħalu nġorr id-dawl Tal-kewkba ta’ filgħodu Li tibza’ minn tlugħ ix-xemx. Tista’ tkun il-purċissjoni Li toħroġni mill-abbiss Jew l-għana tax-xbejbiet Li jqassmu l-ikel. Illum nistenna l-ħlewwa Tal-kor li qorob bil-pass ta’ nemla Iwieżen d-dawl marsus Li jinfed id-dlam ta’ qabel iż-żernieq. Għax dan hu l-itwal l-lejl U l-uħux jinsabu fostna. Għalhekk ejja ma norqdux Biex nibqgħu l-għassiesa Ta’ dan il-lejl dejjiem Nitrejjqu bil-pasti tax-xbejbiet Għax issa hu l-waqt. Alfrd Grech 13/12/2022.
Posts
- Get link
- X
- Other Apps
M’hemm X ejn L i T ista’ T ag ħ mel M’hemm xejn li tista’ tag ħ mel Issa li d ħ alna fit-tellieqa Kien hemm ż mien li kien I ż - ż mien tal-g ħ a ż la. Dan mhuwiex. M’hemm xejn li tista’ tagħmel Qatt ma deheret mod ieħor It-tela’ li tlajna It-telgħa tal-kalvarju. M’hemm xejn x’tista’ tagħmel Trid tiġri mal-oħajn F’dit-tellieqa ta’ nifs wieħed Trid tkun dejjem ir- rebbieħ Imqar jekk tiġi l-aħħar Tkun dejjem fil-filliera Tgħum dejjem mal-kurrent. Imbagħad xħin tibda tgħum F’dal baħar tat-tqanqil Tiela’ u nieżel ma mewġ id-dwejjaq U l-qċaċet imlibsin. Min ser jurik it-triq tas-salvazzjoni? Fejn hu l-fanal li juri Li l-art tinsab fil-qrib? Trid tinsa’ biss Jew tara kif tnissi lilek innifsek Li ż-żmien dejjem għaddej. Alfred Grech 10/12/2020.
- Get link
- X
- Other Apps
Toħroġ Minn Ruħ Siekta . T oħ ro ġ minn ru ħ siekta Il-karba li ma tinstemax. Ħ add ma jag ħ ti widen It-tamiet ta l-imċaħħad ix-xewqat ta’ min hu waħdu Ġo panorama ma tafx tħobb. Idejk imellsu ’l-moħħi U qalbi dduq il-ħlewwa Ta’ xuftejk. Nixtieqek tibqa’ dieħla Sa ġewwa nett ta’ moħħi U tħares ftit madwarek U tara jirnexxilekx Tislet melodija. Alfred Grech 09/12/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Deżert . Hekk ikun id-desert ta’ ru ħi Imwejjeġ ta’ ramel jisfidaw l-arja sħuna Inkella d-dellijiet tad-duni fi nżul ix-xemx Jisfoljaw l-iswed tal-baħħ. Imqar jekk iktar l’hemm Il-baħar jikkontempla Is-skiet ta’ sema mingħajr nikta. Imqar jekk l-għadajjar t’ilma ċar Itaffu l-qtigħ il-qalb Mingħajr ma jagħtu ebda widen Jien xorta waħda nagħmilha l-qabża Min-niexef għall-imxarrab U nfittex jekk fil-bogħod Hemmx xefaq ieħor Minflok l-ibraġ tal-qtigħ il-qalb Inkella x-xejn Li huwa x-xorti ta’kull wieħed. Alfred Grech. 04/12/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Illum Li l-Bozza Ntfiet Kif sejjer jiena nifhem illum li l-bozza ntfiet id-dlam li hawn madwari u t-toqol tas-smewwiet? Għax naf li għad trid tiġi jien xorta nistenniek u naf li t-tieni miġja se żżomni fuq ix-xwiek. Tkun eħla minn tal-ewwel għax ruħ mingħajr ilġiem il-ptezz tal-illużżjoni jitħallas bil-quddiem U inti bqajt tittajjar u jien bqajt ma fhimt xejn u bqajt indur u ngħaqad nistaqsi dan għafejn? Ilwien minn tal-qasalla dawn bżieżaq tas-sapun il-qlugħu tal-mirkeb tiegħi imlejtu bir-riħ sħun. Alfred Grech 02/12/2022
- Get link
- X
- Other Apps
Kiefer Is-Skiet. Kiefer s-skiet Li jinżel bħal borra f’sidri. L-assenza tiegħek Tħaffer il-baħħ li rrid nindifen fih. Issa li l-uħux qalu tagħhom Nifhem aħjar it-tluq tiegħek U mbagħad inħarqt u sirt irmied. Iż-żmien hu l-aqwa mgħallem Imqar jekk it-tagħlima ma noħduhiex. Vers żejjed iħassar talba Għax mill-qalb toħroġ U minn fejn int Lanqas tismagħni. Aħjar is-skiet aħħari Jekk spiċajna ma niftiehmux. Jien nieħu nifs mid-duħħan tiegħek U nikteb il-poeżija. Alfred Grech 01/12/2022
- Get link
- X
- Other Apps
Bil-Mod il-Mod Jien Nidħol. Bil-mod il-mod jien nidħol Fil-ħolma ta’ kuljum Mistieden bla mistenni Mas-sebħa, qabel ma tqum. La tħallinix hawn barra La timbarrax il-bieb Jien ilni nterraq ħafna U ħawn wasalt bla ħsieb. Bil-mod bla ħsejjes nidħol Fid-dlam id-dwal jintfew Fid-dlam jien nixħet ħarsti Biex lilek nara sew. U mbgaħad nitlaqlek bewsa U nerġa’ mmur mnejn ġejt Kull żiffa riħ li taħsqek Tkun jien minn fejn ħallejt. Alfred Grech 30/11/2022