176. Min jaf kif stajt inba ħħ ar bla ma naqdef Kif stajt intir ming ħ ajr ma nrabbi l- ġ wiena ħ Il-qċaċet ta’ kull għolja nikkuntempla Jew ġewwa s-sħab imtaqqal mmur ninħeba? Għax ħadd ma ried jismagħha l-għanja tiegħi U bdejt nistagħad u ngħarrex għal kull kewkba Fejn naf li stajt intir u l-qawwa negħeleb Tal-gravitazzjonali l-ġibda mmewwet; Biex lanqas taħt id-dawl tax-xemx ma nidher; Il-mewġ tas-sensazzjonijiet inqanqal; Jew ngħum f’dan l-oċean bejn sema u ilma, U niżen bil-miżien li jibqa’ mdaqqas Minn hawn sa tarf il-preċipizzju nkejjel Li hu l-abbiss li jifred waqt minn ieħor. Alfred Grech 29/03/2023
Posts
Showing posts from March, 2023
- Get link
- X
- Other Apps
Inżajthom. I nżajthom Bħalma tinża’ siġra mill-weraq fil-ħarifa, bħal meta tinża’ l-ġlekk u ddendu ma spalliera il-jiem, il-ġimgħat, is-snin. Bżaqthom f’wiċċ-duħħan Imċajpar tat-traġitt Li ħadni Fejn ma stħajjiltx. Issa Xħin jingħalaq il-kanċell Lanqas inħares lura Għax lura lanqas hemm U lanqas dawl Ma fadal. Alfred Grech 26/03/2023.
- Get link
- X
- Other Apps
175. Jddendel qed is-saqaf hawn fuq rasi Bit-toqol t’elf mitt ħsieb nieżlin bħax-xita U dal-ġibjun ta’ tifkiriet imwiegħra Intela’ sa fuq nett u beda jnixxi. U aħna wkoll spiċċajna f’din l-għadira Ta’ tajn u ħmieġ li fiha qed nistagħdru Ġibditna kalamita ta’ bla seħer U bqajna hawnhekk niġġieldau biex ninqalgħu. U ma nafux xħin xi ħadd minna jiġi Nieqes x’se jagħmel l-ieħor, għaliex issa Drajniha sew iż-żifna fuq ix-xifer, l-iħirsa tal-imgħoddi jittawlulna filwaqt li aħna nibqgħu inkullati Bil-ħjut ta’ kull għabqbuta illi nsiġna. Alfred Grech 25/03/2023.
- Get link
- X
- Other Apps
Reġa’ Sebaħ Ja Mulejja.* Reġgħa sebaħ ja Mulejja Agħti tiegħek dan il-jum Kull filgħud xħin nistenbaħ Jien nistaqsi x’ġej illum? Għax jum ieħor reġa’ sebaħ Dan jum ieħor bħall-oħrajn U se nagħmlu? Fejn se mmorru? Kif ninqalgħu minn dat-tajn Li ħaddieħor tefa’ fuqna U nibdew kapitlu ġdid, U l-iħirsa tal-imgħoddi Immewtuhom fit-taħwid? Reġa’ sebaħ ja Mulejja Iżd’ankrat jien bqajt mal-art. Kif se nqum, kid se nittajjar Kif se ngħid li issa nġbart? Il-ħolqien li hawn madwari Ma jqanqalli ebda ferħ, ix-xemx kifset, ġej sħab iswed u m’hawn xejn li jġib is-serħ. Ja Mulejja niżżik ħajr Għaliex int tal-ħajja s-sid Għinni nibqa’ nżomm f’wiċċ l-ilma Il-burraxka qed iżżid. Alfred Grech 25/03/2023. * B’apoloġia lil Dun Karm
- Get link
- X
- Other Apps
Fejn Int? Fejn int ja poeżija? Meta sejra Iżżurni f’din il-lejla travaljata Ta’ ħsibijiet imendla stalaktiti, Biex noqgħodu min wara l-ħġieġ tat-tieqa Nittawwlu s-solitudni ta’ dat-toroq Mudlama u nġazzati jew niftakru F’dawk il-ħrejjef li għexjan u qattajna Flimkien mingħajr ma nafu? Alfred Grech 22/03/2023
- Get link
- X
- Other Apps
Mimli Bih Innifsu. Il-lupu l- ġ ilda jbiddel mhux i-vizzju U z-zokk li telgħa mgħawweġ ma ddrittax; Dan mingħalih li bħalu m’hawnx fid-dinja U ġara l’iblaħ minnuhu ma baqax. Trid tkun miġnun perfett mingħajr mingħajr liċenzja Biex terġa’ ‘d-dinja ddaħħal f’ħafna nkwiet, U terġa ma ġġbx dak illi ħaddieħor Fil-ġwerra tilef; taqla’ ħafna ġlied. Trid tkun xi diżilluż tgħix fi żmien ieħor Biex jiddradixxi ’l-min għamillek ġieħ Toħlom mill-ġdid biex twaqqaf xi imperu Ma tammettix li hawn żbaljajt bis-sħiħ. Alfred Grech. 20-03 2023.
- Get link
- X
- Other Apps
Ipokriti. Sufruni intom, tgħumu f’wiċċ il-baħar; Bħal-xwieni galleġġjanti ta’ bla qlugħ, Tgħidulna li għall-ġid tal-poplu taħdmu Taraw kif il-ħmieġ tagħkom jibda’ jfuħ. Bħal oqbra mbajjda tidhru, tal-vanġelu Kull darba t-tort taraw lil min tagħtuh Issaltnu fuq l-irqad u l-amnesja, Għalliema ta’ kif tafu d-dnub tgħattuh. Tgħallimtu tħaddmu sew il-qerqu l-ħażen Taraw kif tistgħu tgħattu x-xemx bl-għarbiel, Miskin min lilkom jafda u jibda’ jemmen Jaqbillu dan jagħmilha ma ħalliel. Ipokriti l-politiċi tad-dinja Bil-lejl trid tishar magħhom u bin-nhar, Ħarsithom mhix fit-tul ’mma biss fis-setgħa Juruk iż-żiemel waqt li jqabżu l-ħmar. Alfred Grech 19/03/2023.
- Get link
- X
- Other Apps
Kewkba. Tħalliha tiżloq minn idejk U ssir evanexxenti Toħlomha biss fi rqad bla serħ Biex fiha tibda temmen. Taħsibha saret tiegħek Iżd’hi mhijiex ħlief ħolma Mirage f’deżert migdud Li qatt ma jerġa’ lura. Tista’ twaħħal f’min trid U tinfed kull misteru Taħt sema li qed jaqbad. Fuq xefaq li jitbiegħed. Alfred Grech. 11/03/2023
- Get link
- X
- Other Apps
Kemm Nixtieq. Kemm nixtieq li għandi l-ħin Imma taf li l-ħin itir; Kemm nixtieq inrabbi l-ġwienaħ Imma hawn bqajt qalb dat-tidwir. Kemm nixtieq li għadek hawn Iżda xħin kont hawn jien ftaħt it-tieqa Issa qalbi fuq il-fwar Għalkemm il-bieb imbarrat l-għasfur laħaq tar. Kemm nixtieq li nerġa’ lura Iżda l-mixi bla waqfien Inti qrajt il-kurdiċella U dar għaija d-dubbien. Alfred Grech 04/03/2023.
- Get link
- X
- Other Apps
174. Ħaliħ ir-riħ li jerfa’ bla ma jwissi Quddiemu jġorr il-weraq tal-ħarifa. Int taf li jiena ġejt infirrex kewkba U lilek sibtek hawn tistenna l-leħma. Ħalliħ il-baħar jobrom u jitqalleb U jġorr kull għelm li darba kien wriena It-triq tal-wens u l-beraħ tat-tfulija U n-nemel li jrid jibdel wiċċ id-dinja. Ħalliħ ħa jisbaħ bla serduq jum ieħor Fejn int u jien nistħajjlu li qed ngħixu Ġo ġnien qadim fejn kemm il-frott imħassar U l-għerf imdendel qratas ma kull siġra. Ħalliħ ikun li jrid għax-xorta waħda Minn xfar l-irdum għaddejna u nibqħgħu ngħaddu. Alfred Grech 04/ 03/ 2023
- Get link
- X
- Other Apps
Xħin Titlaq Għal Għonq It-Triq. Xħin titlaq għal għonq it-triq Liema desert se jilqek? Liema ħbieb ser jishru miegħek? Jew liema baħħ ser jirbombja Id-diwi ta’ dak li tħalli? Jien inqbadt ġo bużżieqa Uġigħ li joħroġ Mill-vixxri tal-eżistenza U l-qawwa ta’ kull karba Tintiżen fuq kull tismira Li tħalli f’ras ħaddieħor. Taħbit il-moħħ imut fuq skenetru Mitluq għal għonq it-triq Inkella misjub fi skavi. Jien terraqt u sibt Li ma wasalt imkien. It-triq kienet twila tassew Iżda t-tiġrib kien siewi Imqar jekk fl-aħħar mill-aħħar Issib li kollox jinbidel. Alfred Grech 02/03/2023
- Get link
- X
- Other Apps
173. U kemm se ndumu nistennewk titħarrek? Jek tridna nemmnu fik tibqax tgħidilna Li l-isbaħ għadu ġej u qatt ma jasal! U kemm wieqfin se ndumu bla nitħarrku Staġnati nħarsu biss f’għajnejn il-ħerba Quddiem tifrik bla sens, tbatija mmensa U narrattivi li l-imħuħ jisirqu? Għax sirna nagħaġ noqorbu lejn ix-xifer, Sonnamboli mexjin b’għajnejn miftuħa Fuq ħabel issikkat ekwilibristi Infittxu biss tragwardi li jitbiegdu Bi pretensjonijiet immaġinarji. U kemm sidien se nibdlu qabel naslu. Ġrajjietna mbagħad issir apoteosi. U kemm se ndumu nistennewk tgħidilna Xi jkun il-pass li jmuss: il-kmand għall-ġwerra? Alfred Gech 01/03/2023.