Posts

Showing posts from February, 2021
Image
      Qed Infittex Sensazzjoni.   Qed infittex sensazzjoni Qed infittex waqt li tlift Qed infittex it-tkexkixa Li bla naf kont issellif.   Qed infittex sħaba bajda Qd infittex ħmar il-lejl Qed infittex żewġt iġwieneħ Nofroq l-iżraq ta’ bla kejl.   Qed infittex li nittarraf Qed infittex tul bla qies Minn fejn ngħarrex u nistħajjel U nittarraf fuq is-sies.   Qed infittex l;i niżżerżaq Nibqa’ nieżel ġol abbiss Nibda naqbad il-qawsalli U nasal ħdejk inkiss inkiss.   Alfred Grech 27/02/2021.
Image
  Aħna Xbajna F’dan l-Eżilju.   Aħna xbajna f’dan l-eżilju Aħna xbajna f’dat-turment Aħna xbajna ġewwa l-meħla Kull ma nag ħmlu jkun bl-amment   Jgħidu huma x’għandna nagħmlu Ta’ kull jum bl-ibbumbardjar Qed ibiddlu wiċċ id-dinja U jgħidulna l’hekk aħjar.   U għax aħna lkoll fidili Jew għax moħħna ma nħaddmux Iriduna sa griżmejn Nibilgħuħa u ma ndumux.   Ibellgħulna r-ross bil-labra Dawn jgħadduna qed biż-żmien Mingħalihom qed nemmnuhom U jġerruna kullimkien.   Alfred Grech 27/02/2021
Image
  Vertiġinużi .   Vertiġinużi dal waqtiet Xħin toħroġ mill-kja#żmi tar-ruħ It-tnehida li tkun tfisser It-toqol kollu li qed iġġorr.   Jispiċċa waħdu u solitarju dan l-eroj Għax baqa’ ma rebaħx Il-ġlieda ewlenija.     Ħekk ukoll imbagtħad in-nar Jintefa’ għaliex x-xrar li jukkumbatti jispiċċa ikkalpestat   fit-tajn moqżież ta’ dak li drajna.   Ta min jistaqsi Jekk ġejniex tarda Jew jekk kienx hemm xi ħadd Li lest li jaqsam magħna ix-xmara tat-tnissija.   Alfred Grech 24/02/2021.
Image
  Kien Hemm Ukoll.   Kien hemm ukoll il-profeti Ta ż minijetna, iżd’aħna M’emminhomx u ħsibna Li qed jesaġeraw.   Kien hemm il-kantawturi Tas-sewwa li jinbidel U aħna li għanejna magħom l-għanjiet ġodda Bqajna ma fhimnnihomx.   Kien hemm ukoll il-kitba fuq il-ħajt Iżd’aħna ma rajnihiex jew ma tajniex kasha Jew ma fissruhilkniex sew jew bqajniex nafu Kif gandha tinqaea.   U issa li ġew fuqna x-xjaten Spiċċajna fl-itruf Fuq xfar l-irdimijiet tal-aħħar żminijiet Nikkuntemplaw imżul ix-xemx Fis=solitudni tax-xefaq.   Alfred Grech 25/02 2021.
Image
  Kull Meta.   Kull meta nqumu filgħodu bil- fastidju Ngħidu biss li dan jum ieħor mill-oħrajn U nagħmlu mill-aħjar Bi ftit tal-=barka Sakemm naslu għal kredu ġdid U nħassru li dak kollu li għamilna l-bieraħ.   Imbagħad id-dinja mbidlet U waqa’ s-skiet Is-skiet tas-solitudni U x’qed tistenna minn issa ’l-quddiem? Jum ieħor bħall-oħrajn.   Jien ridt inħobb kull waqt li tagħmel miegħi Iżda jell inħares lura Mhemmx ħlief indiema.   Alfred Grech 23/02/2021.  
Image
  Għajjien.   Inħossni nħlejt u xejn ma baqa’ minni Fil-mogħdijiet mudlama tal-imgħoddi Tal-ħsieb li qed ifittex wesgħat ġodda Fejn għad xi darba jimraħ. Imqar nimla’ Għad il-ħemda   ta’xi -kraterji rieqda Li nsew l-iżbruffaturi jew il-ħġejjeġ Tan-nar illuminanti. Ma jwaqqafni Ebda ost’kolu u jekk jibdieli jerġa’ Inkkejjel dak il bogħod li hemm bejnietna, Nibda nemmen li għad immorru lura Għar riħ li jobrom. Xħin konna qrib ħafna Inħarsu ġewwa mirja bla riflessi.   Alfred Grech 18/02/2021      
Image
  Il-Mewt Ta’ Min Ma Jimpurtaħx.   Qiegħdin ngħixu f’seklu ieħor Iżda ftit minn dak ta’ qablu għadu jgħodd Talinqas ngħixu waqt l-eternita’ Għalkemm ġo fija hemm l-abbiss. Xi ħsibt xħin iltqajt miegħi? Jien dawwart wiċċi n-naħħa l-oħra Bqajt għaddejja bħal reġina Bqajt għaddejja bħal ġawwija Tfittex bejta oħra. Il-baħar kien imqalleb U minn moħħi għadda s-sħab Is-sema kien kubrit U bil-ġirja għall-ġox-xagħri Biex infittex lili nnifsi. Inħoss li qed nitilfek Qed nitlef lili nnifsi Jingħalbu l-bibien U s-seħer qed jintilef. Tgħid dan hu nagħas Li minnu għad inqumu Jew toqrob qiegħda l-mewt Ta’ min ma jimpurtaħx Inżul ix-xemx dejjiem?   Alfred Grech 16/02/2021
Image
  Frammentazzjoni.   Kont  għidtli li jien imkisser imfarrak f’mitt biċċa bħal frak tal-ħġieġ li lanqas tiġbru. Int ridt tiġborni u tħaddanni u tagħmel ċirku li minnu ma tinfidx. X‘aktarx u bla ma naf jien qatt ma ridt ninġabar u ntlift f’tifsira ta’ parabbola traxxendentali. Tfarrakt u ma nafx fejn ma nafx ma xhiex aktarx ma skoll mistħajjel. Jekk tiġi bil-pinzetta tista’ tagħmel partitura ta’ noti mlewna bħal qawsalla u innu ta’ tifħir. Oqgħod ħdejja biex nibnu ġerarkija għax għandu mnejn u bla ma nafu għad niġu bżonnha.   Alfred Grech. San Valentinu 2021.
Image
  Stennejtek.   Stennejtek ġejja bħal xi ħsieb li jigdem Bħal waħx jiġġerra Buffura riħ li ġġor kull xewqa magħha.   Bħal għoqda fuq is-sider toqol sabrek Xi minn daqqiet tkun eqreb lejn l-istatwa Tal-melħ Xi minn daqqiet burraxka li trid tgħaddi Għalxejn id-dmugħ iqarras Għax għażla m’għandix U harstek milwija fix-xejn Il-moħħ jirbpmbja U l-qalb tħabbat.   Alfred Grech 12/02/2021
Image
  Reverie.   Din hi bħal leħma Kull meta narak U ġewwa bużżieqa Bdejt nikkonsagrak.   Din hi xintilla Kull xħin b’daqqa t’għajn Tibdilni u tislitni M’għadnix bħall-oħrajn.   Dan huwa misteru Li jien ma fhimt qatt Għax issa bdejt noħlom Bħal wieħed distratt.   Alfred Grech 09/02.2021
Image
  Inqbadna Ġo Nassa.   Inqbadna ġo nassa u ġejna fi żmien li la tista’ tieqaf u la tmur imkien.   U daqqa bi skuża u daqqa b’żufjett trid timxi mal-merħla jew taqta’ biljett.   Ma tafx lil min temmen, min qed jgħid is-sew u l-paġni virtwali bil-gideb jimtlew.   U tibqa’ titlajja tinġarr mal-kurrent fid-dieqa u fis-sogħba u timxi bl-amment.   Alfred Grech 07/02/2021.
Image
  Imqar Jekk Lanqas Jaqblu.   Imqar jekk lanqas jaqblu r-ritmi Ninġarru mill-kurrent Li sibna ruħna fih. Għal ftit waqtiet inżommok fuq idejja Imbagħad ittir mar-riħ.   U tiġi nofs it-triq u qatt ma tasal U jien nistħajjlek tasal sat-tarf nett U twegħedni li xi darba għad trid taqbeż U naf li qed tgħaddini biż-żufjett.   Ikkundannajt lilek innifsek Biex timxi fuq is=sħab U b’hekk għal dejjem tibqa mdendla U xewqtek ma taqtax. Lanqas il-fdalijiet ma jisbu Bħal ħolm, imniżżla m’inti mkien.   Alfred Grech 06/02/2021.  
Image
  Il-Qiegħ.   Lanqas il-qiegħ ma tara Il-qiegħ li hu t-tarf ta’ kull għarfien Il-qiegħ li hu tqil wisq biex tomgħodu Jekk mhux tibilgħu Biex taħfnu jew tħaddnu Biex timliegħ bil-bżieżaq tal-arja Kollox għan-niżla U n-niżla ma tieqafx Kollox bi kbir U kull ħolqien maqtugħ għalih Detritu u ħela. Int biss ma tinbidilx Leħħa ta’ waqt wieħed Berqa tas-smewwiet Leħma li ma tidwix U ttenni lilha nfisha Iżda li tibqa mnaqqxa Fiż-żonqor ta’ moħħi U ma tgħidli xejn aktar.   Alfred Grech 04/02/2021.
Image
  Minflok Ma Noqgħod Niġbor.   Minflok noqgħod niġbor il-biċċiet Jien nibda’ niġi ħdejk Biex tgħidli kemm jien tajjeb U noqgħod niġi ħdejk Għal xi tmellisa.   Jien niġi ħdejk U noqgħod ngħidlek Dak li trid tisma’ Il-ġejjien llum miktub Int u jien biss il-qaddejja U xħin titlaq il-fwieħa Jibda jonfoħ il-grigal U mbagħad int tisparixxi.   Jien inkun ġejt hawn Inċafċaf f’baħar qiegħed Biex nagħmel ftit tal-mewġ Li jaħbat ma xufftejk U int mit-tieqa ta’ lejl mudlam Kewkba waħdanijia tittawwalli.   Alfred Grech 01/02/2021.