Posts

Showing posts from April, 2023
Image
  Lil Tarċisju Żarb All Around Surrounding Everything Is A Strange Air.   Din l-għodwa mqansħa Imdendla stalaktiti fil-bejn Se taqa’u ma taqax Tbewwaq il-qtar tar-ruħ Xħin kulħadd u kollox Qed jistenna l-irxoxt Li qatt ma jseħħ.   Dal-jum li sebaħ Xkora tamiet jinfaqgħu Bżieżaq tas-sapun Ġo toroq imtaqqla’ bin-nugrufun Ta’traġitti mgħoddija Ta’ elf mitt għelt mitt U elf mitt dagħwa.   Dan l-għass li għadu ma stenbaħx Jaħbat ma kull kantuniera Ta’ x’irrid nagħmel u x’għamiltx Imqar qabel l-ewwel bela’ kafe’ Biex nibda’ nistejqer.   Din għodwa kiefra bħall-oħrajn Li ġew qabilha Li  tnissel skiet ta’ twerwir Fl-istonku U taħbat bħal mewġ il-baħar Mal-iskolji ta’ kif se jkun It-tmiem aħħari It-tmiem li dejjem joqrob . . .   Strambi dal-waqtiet Tal-eżistenza Li jitkellmu minn bejn il-lożor Ambigwi tal- ħmar il-lejl Ta’ rqad fil-ħolm Li ma jafx ħlief tferfir U qtigħ l-qalb.   In-niket hu biss il-fdal Tat- tmellis Ta’ tamiet li jitilgħu jixxebilku U jixx...
Image
  Met’ Inti Kont Gfħadek.   Met’inti kont għadek bint iż-żmien Il-ħajja kienet taraġ Il-ħolm li ħlomna kien biss Kitba fuq il-ħajt. Il-graffiti li ħażżiżna Kienu ward li jwarrad Fid-dellijiet ta’ rebbiegħa niedja. Issa li d-duħħan tar U ma baqa’ xejn mill-ħrafa Int għadek xorta waħda tidhirli Fil-ħolm tan-niket U jiena għadni hawn Nixtarr in-nuqqasijiet kollha Ta’ meta kilna mit-tuffieħa.   Alfred Grech 26/04/2023
Image
  Innu lil-Ħajja.   Li tikkuntempla ż-żifna li trid tiżfen U żżeffen lilek stess sa ssir il-ħolma; l-ilwien evanexxenti tal-qawsalla li jgħibu jisparixxu – dik hi l-ħajja.   Fix-xemx li tisreġa wara maltempata Rifless tal-univers ġo qatra nida, Li taqa’ għax ma tiflaħx it-toqol tagħha’ Hekk tibda’ u hekk tintemm il-ġrajja tagħna.   Alfred Grech 21/04/2023.
Image
  Għidu Kemm Tridu .   Għidu kemm tridu illi jien razzista, Bla fidi, moħħ magħluq u antikwat, Nistmerr lill-barranin li ħadu postna Inkella li fl-imgħoddu bqajt ankrat.   Għidu kemm tridu, mimli żenofobja Nistmerr taħlit li jiġi minn kull ġens, Irrid l-identita ta’ ġensna tibqa’ U ngħolli l-barrikati għal ftit wens.   Mur ġib lil ta’ qabilna jerġgħu fostna, Jaraw kif lill-barrani ġie mibjugħ Dan il-pajjiż, bl-ilsien u d-drawwiet tiegħu Minħabba l-għass tal-ftit mejtin bil-ġuħ.   Għidu kemm tridu illi qed niżbalja, Ma fhimtx l-ekonomija u l-progress, U għadni ngħix magħluq fis-seklu l-ieħor U tal-kummerċ ma nafx x’inhu suċċess.   Għalliex min bħali għandu xaharu abjad Jiftakar lil din Malta tal-Maltin, U konna ferm aħjar xħin anqas kellna, Filwaqt li llum ġo darna, barranin.   Għax lanqas biss b’ilsienna ma’għadna nistgħu Ninqdew għal dawk il-ħwejjeġ ta’ kuljum, Malajr fil-minoranza nsibu ruħna U dan  narawħ qed jiġri mqar illum.   Alfred Gre...
Image
  Jista’ Jkun.   Jista’ jkun li kont fis-sakra Iżda bejn ħsieb u ieħor Insejt x’kont qed tgħidli.   Bħad duħħan minn ġo ċumnija Tiela’ ’l-fuq Fl-aħħar jisparixxi.   Kull darba li nkun bejn ħaltejn Bħal pendlu t’arloġġ xiħ Minn-naħħa għall-oħra Sakemm jispiċċa l-ħabel.   Il-baħar ukoll irid jibla’ l-art Il-mewġ ibus ix-xatt Ma jaqtax qalbu.   Alfred   Grech 13/04/2023
Image
  Lil   Ommi.   Jien qed narak tiggranfa ma kull tibna Imħabbla mal-għanqbut ta’ spazju u ħin, Ftit ftit iċċedi u taf li qiegħda tiżloq F’taż-żmien il-magna drasha misħutin.   Nistħajjlek bħali tħares u tistaqsi Jekk dan il-ġigġifogu kienx għalxejn Xħin bħali tgħum sibt ruħek f’din ix-xmara Bla nafu fejn sejrin inkella għalfejn.   Fejn hu dak il-vulkan li kien jiżbroffa Bil-ħeġġa u jagħti s-saħħa lil kullħadd Nistħajjlek qed tistaqsi ta’ dan kollu Kif xejn ma turi u qisu ma kien qatt.   Nistħajjlek qiegħda tgħix hemm f’dawk l-inħawi Bejn dawl u dlam fejn baqa’ biss merżuq Ta’xema tnemnen u malajr tinħela’ U qed tistenna biss il-ħin tat-tluq.   Alfred Grech 10/04/2023
Image
  Jidddellek Il-Ħsieb .   Jiddellek il-ħsieb kull xħin taħseb U tiċċajpar il-mera li fiha trid tħares Biex tara min hu ġej warajk U ma kull tarġa li titla’ l-abbiss jibelgħek għalhekk trid tinsa trid tisker tintilef f’xi droga alluċinanti ħalli ssir iż-żmien għaddej u r-rħ li jonfoħ u jġorr quddiemu il-weraq niexef tas-snin mgħoddija. Trid tinsa wkoll li x-xema qed tinħela u li ma kull tarika goffa tal-minutiera qed tinxef, tikrieħ u titbiel.   Alfred Grech 08/04/2023.
Image
  Univers Bla Xefaq.   Dan univers bla xefaq Univers kull wieħed minna U fl-abbiss kull wieħed Tinbet ix-xintilla Ta’ tama qalbiena Li tiżboq għelt it-taħwid U l-mogħdija taż-żmien.   Issa li għadda s-seħer Il-poeżija waqfet ukoll.   Bejn sema u ilma ruħek Tittajjar fil-ħmura ta’nżul ix-xemx Ma nafx hux qed tarani Jien ngħid li kienet ħrafa Inkella kien xi żball.   Issa ngħix fil-ħrafa tiegħek In-narrattiva li qatt ma kont Jew gozz trab li issa nbidel F’mafkar għelm tas-skiet.   Aħna ġejna fi żmien ieħor Għasafar tal-passa barra minn żmienhom Inkella tifkira li għad tinkiteb U min jiġi wara ma jemminiex.   Sfidajna l-eżerċ’ti kotrana U l-irwiefen li jikinsu d-djar tan-nies Iżda mbagħad bkejna l-bejta li ħallejna U t-toqol li ġarrejna Ħalli l-qamar t’April jiddieħaq bina Imma ħadd mhu ser jintebaħ Għax ħadd għadu ma stenbaħ   Alfred Grech 06/04/2023.
Image
  L-Għajn Li Nixfet.   Jien kont ngħid li ħadd ma jżommha, Tibqa’ ġejja u ma tieqafx; Iżda donnu hemm għal kollox Tmiem, waqfien u xħin ma tafx.   Jien kont ngħid li ħadd ma jżommha Bħal kaskati tal-widien, Iżda f’daqqa ġiet in-nixfa Magħluqin sibt il-bibien.   Tkun imqansħa, tkun imġebbda Jekk mir-ruħ din ma titlgħax, Għax b’kull lewn tlibbisha tista’ ’Mma tingħaraf ma tibqax.   Jien kont ngħid li ħadd ma jżommha l-għana ħlejju jibqa’ ġej bħal nixxiegħa t’ilma ġieri Jibqa’ jaqbeż, dejjem ġej.   Jien kont ngħid li qatt ma taqta’ Din nixxiegħa bla waqfien, Dina l-għajn li dejjem tfawwar Taqta’ l-għatx lil kull min kien.   Jien kont ngħid li ħadd ma jżommha l-għanja ħielsa minn kull xkiel iżda f’daqqa kollox waqaf, kollox staġna, kollox dbiel.   Alfred Grech. 05/04/2023.
Image
  Ma ngħaddux Iż-Żmien Biex Ngħixu .   Ma ngħaddux iż-żmien biex ngħixu; Ngħixu mbagħad biex ngħaddu ż-żmien, Bħall-għasafar li jittajjru Jew bħal fjuri tal-widien.   Ma ngħddux iż-żmien biex ngħixu Iżda ndaħħnu kullimkien Flok ma nsebbħu qed inkerrħu Ta’ madwarna għal kull żmien.   Maltempata f’ilma qiegħed, Għakemm bnazzi, qam ir-riħ, Iż-żmien jgħaddi u qed nixjieħu U t-taħwid jiżdied bis-sħiħ.   Alfred Grech 01/04/2023