Skeletru Tkun. Skeletru tkun minn fejn għaddejja. Issa Lanqas jekk trid ma tista’ terħi l-ħabel; Idejk jinselħu, tiġbed u tiggranfa U għad ukoll l-għajnuna jkollok titlob. Tħallix kull kelma li minn fommi toħroġ Iddellel it-tamiet li għad jinbidlu Fi tbassir l-għada. Lanqas li kull ħolma Issir kundanna ġdida li tintesa’. Bl-ingwanti tal-bellus kull fejn immissu Bħal meta titlaq kont dgħajjes tal-karti Fil wied tal-ilma jiġri mal-bankina. Alfred Grech. 30/07/2022.
Posts
Showing posts from July, 2022
- Get link
- X
- Other Apps
Ġejt Għandek. Ġejt għandek Biex int toħodni ’l-hemm Mis-suġġestjoni. Kemm indumu hawn Intennu l-melodiji Li tgħallimna fi tfulitna Mingħajr ma nafu l-għaliex Qiegħdin ngħannuhom. Din hija x-xtajta Li fuqha jinkaljaw il-bastimenti Jiġġarfu t-torrijiet U jitnaqqxu l-kliem Li dejjem ridna nlissnu. Alfred Grech 29/07/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Jien Bqajt Ingfittex. Jien bqajt infittex Il-kwiekeb li jilmaw f’wiċċ l-ilma Xħin inti tkun tfittex It-tiġrib. Dan il-logħob qed jogħġobni Aliċe fl-art tal-għeġubijiet Is-saltna tiegħek tan-nar u kwiekeb jiddu U int sabiħa gfuq is-sbieħ Bħal dell tas sħaba Li tgħaddi minn fuq rasi. Lanqas li kont xi alla Tferrex il-ħalib ta’ sidirha Biex tagħmel triq fis-serma. Mit-tajn tal-art sawwartni Imbagħad infaħtli U issa bdejt intir. Sirt arblu li ma jitmejjilx Siġra li tisfida l-irwiefen. Alfred Grech 23/07/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Int Tbexxaq Ir-Rewwieħa. Int tbexxaq ir-rewwieħa Tal-ward u l-ġiżimin U tferrex sħaba li jferraħ. U nsiru qaddisin Mill-wied tad-dieq sejjaħtli Biex nerġa’ nqum mill-ġdid Biex nerġa’ nibda nemmen U nħaddan dak li nsib. U nerġa’ nibda nkejjel Il-bogħod li stajt imxejt l-irdum minn fejn kont qbist U l-ħajja li ħallejt. Fanal int kont li tifrex Ir-raġġi fl-ilmijiet Li jnebbaħ poeżija Fil-firxa a ta’ das-skiet. Jien dak is-simulakru Jurik x’għad jista’ jkun Jien ġenju li jidhirlek Jew noħroġ mill-flixkun. Alfred Grech 16/07/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Il-Ġenna Wkoll Tindara. Il-ġenna wkoll tindara Il-manna ta’ kuljum Il-ħruq ta’ stonku jaqbdek Kull mibdi jkun mitmum. U dan ir-rumnz tagħna B’tamiet l-eternita’ Niktbuh fuq sħab li jgħaddi Mitluf fl-immensita’. U jgħaddu l-maltempati U jgħaddi l-jum sabiħ U jgħaddu l-istaġuni Daċ-ċirku u bli fih. U l-għana li ngħannilek U dak li tgħanni int Li jibqa’ għaddej għal dejjem Jingħaraf u distint. Sbuħitek mhix ta’ issa Sbuħitek ma tmut qatt Divina int, ta’ dejjem F’dan l-univers distratt. Għax dan mhux nar tat-tiben Li jleħħ mal-inqas xrar ‘Mma ġamar illi jaħmi Fil-kesħa ta’ Jannar. Alfred Grech 15/07/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Il-Baħħ Jibilgħek. Il- baħħ jibilgħek Is-sħana tifnik Irid ikun il-qmar kwinta Li jifdik. Dum kemm trid Titbanfdal fuq il-bandla Ta-dubju Minn taħt il-mina Trid tgħaddi Inkella tegħereq Fil-baħar tat-tiġrib. Imqar li kont sirena l-għana tiegħek tqil wisq u dellek jasal lilhemm mix-xefaq ta’ xewqati. Alfred Grerch 14/07/2002.
- Get link
- X
- Other Apps
Jien Skantat. Jien skantat kif ħriġtni minn ġol-fosdqa Imm’int xi trid? Tiġini b’elf tweġiba Jew tweġiba tgħid m’għandekx. Tbexxaq il-persjana Iżda w’rajja hemm siparju. Ma nafx min qed jarana Imbagħad mill-ġdid terġa’ titboqha’. Tgħolli l-pont levabbli Tal-kastell tiegħek Imbagħad arak mill-ġdid se tniżżlu Bħall’kieku għamilt żball, U tgħid lilek inifek Imissek li kont taf. Hemm ħafna x’nonġru Jekk jiena u int irridu nieħdu sura. Tinżilli għasel Imma tibqa’ barxa fl-istonku. Alfred Grech 13/07/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Kif Nista’ Jiena Nħaddnek. Kif nista’ jiena nħaddnek Bħal baħar lill-skoll Il-mewġ li qed iġorni Iġorrok qed ukoll. Kif nista’ jiena nżommok Dal-ħsieb daqshekk qalil Jien mgħaġġeb bija nnifsi Kif nimxi bla ma mmil. Kif nista’ jiena nsalpa Għax odissea din Lilhinn mill-eqreb xefaq, Bla nafu fejn sejrin. Hemm int qed tistennieni Qed toftoq dak li tħit Għax dejjem il-bogħod jirbaħ U jien inżid l-aptit. Alfred Grech. 12/07/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Hemm Qilla. Hemm qilla li trid toħroġ Hemm magma fil-vixxri ta’ vulkan Li tasal nofs triq bla ma tiżbroffa Hemm il-maltemp li iġi wara l-qilla tas-sħana sajfija. Hemm il-jien imqareb Li ma jafx b’sabar Hemm min jinbex Bla ma juri wiċċu. Għadda jum ieħor bla ma smajt mingħandek U s-serduq ma fakkarnix. Jista’ jkun li ħsibt li qatt Ma nista’ nixba’ minnek Iżda llum ma tkasbarnix. Alfred Grech 11/07/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Jekk Ma Tiġix. Jekk ma tiġix bħalma jiġi l-weraq Fuq il-friegħi aħjar ma tiġi xejn. Jekk ma tkunx id-dehxa li tqajjimni Bħal barmil ilma mwaddab fuq rasi Aħjar ma tqajjimnix. In-nagħas ħelu U l-ħajja ta’ pappagall li jtenni dak li jisma’ Aħjar mit-tweġba għal mistoqsija. Aħjar l-illużjoni minn kull aħbar imxandra. Mingħajr ħsejjes is-sajjetti tiegħek Mingħajr xita l-qawsalli Melodija mistħajjla Taħbita bla ħoss. Xi kultant jiġini ngħidlek Qed naħlu l-ħin Fis-skiet imbagħad tifhem aħjar Dak li la bil-fomm u lanqas bil-kitba Ma naf ngħidlek. Alfred Grech 09/07.2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Kellimni Fuq L-Imħabba. Kellimni fuq l-imħabba Sabiex tiperswadini Inneħħi kull ilġiem Inneħħi l-barrikati. Kellimni fuq il-ħabba Biex bħalek nibda nemmen Fl-iħirsa li qatt ma rajt F’dawk il-waqtiet Li qatt m’għaddejt minnhom. Kellimni fuq l-imħabba Ħalli bħalek inrabbi l-ġwienaħ U t-tnejn li aħna ninqatgħu Mid-dwejjaq ta’ kuljum Mill-ħabs li bnejna U n-nies ta’ din id-dinja. Kellimni fuq l-imħabba Ħalli ninġarru t-tnejn Mal-kapriċċi Fuq baħar ċatt Taħt qamar kwinta Imqar jekk in-nemus Iqattagħna. Alfred Grech 07/07/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Ennui. Naħseb fik xħin m’għandix x’nagħmel Int kont għedtli: Mhix imħabba! Għaliex bla xtut il-baħar ta’ bejnietna U aħna barranin fi żminijet imbiegħda. Kwadru mal-ħajt il-ħolma tagħna U l-palazz tiegħek imbarrat b’kanċell tal-ħadid. Il-warda tagħna nixfet Taħt xemx luljana U ma hemmx la riħ li jferrx il-petali U lanqas xita li ssaqqi ż-żerriegħa. Meta l-kwiekeb kollha jaqgħu Il-fanal ta’ fuq il-baħar ukoll jintefa’ U inti tixba’ tiela’ u nieżla Mal-mewġ imqanqal ta’ ruħi. Alfred Grech 06/07/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Il-Baħħ. Sa fejn naslu? In-ngħas giddibna Kien ħmar il-lejl Jew riefnu li ġarna miegħu? Xħin għannaqtek ma sibtekx Xħin ħaffirt ma sibtx il-blat Xħin għodost ma sibtx il-qiegħ. Drajniha t-triq tal-ġenna Garigor sa fuq nett Kanpnar mingħajr qniepen. Il-baħħ ifittxek Il-baħħ ifixklek Il-baħħ jagħmlek nies Imqar jekk qatt ma taf Int min tassew int Il-baħħ jgħinek tindifen. Alfred Grech 05/07/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Int Ma Temminx. Int ma temminx Li għad trid tagħmlu dan il-pass. Jien bħal pappagall Intenni bla ma nifhem. Int ma temminx li għad trid taqsam ix-xmara u tibqa’ għaddej qisu għada mhux se jasal LI llum jiġi wara l-bieraħ u li dil-waqfa kienet biss nifs wieħed li ma ntebaħ bih hadd. Alfred Grech 04/07/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Għidulhom. Għidulhom li tridu mhumiex jismgħukom Għidulhom istħu, li bihom qed tidħku Li bihom tilgħabu, ġibtuhom ilsiera Jitħallsu biċ-ċiċri u jaħdmu bla heda Li xogħolhom ħadtulhom, biegħtuh lil-barrani l-imsieraħ imlejtu bil-qtajja u bil-merħla jekk tgħolli ftit leħnek tiqies li sirt żejjed għidulhom li intom biss qabda pupazzi Għidulhom li intom bħal sufri f’qiċċ l-ilma għidulhom is-sewwa li intom iħirsa li l-maskra tbiddluha għal kull okkażżjoni li dak illi ttennu mhux ħiereġ minn qalbkom iżd’hu biss kliem fieragħbiex tgħatti l-iżbalji li dak illi twiegħdu qatt m’intom e troddu sakemm tgawdi tibqgħu l-ispinta tal-mewġa sakemm ir-riħ għadu jonfħilkom fil-qala Għidulhom li prezzkom trid wisq biex jintlaħaq iżd’hemm dejjem prezz illi jista’ jitħallas li wara l-purtieri hemm min qed jgħidilkom kif għandkom titkellmu u x’għandkom ittennu dak kollu li tgħidu bħall’kieku mhux intom biex tnessgħu u tnaffru u tibqgħu tittajru ħamiem ta’ b...
- Get link
- X
- Other Apps
Fejn Jgħumu L-Ħsibijiet. Fejn jgħumu l-ħsibijiet Baħar imqalleb Jekk tħaffer Il-qiegħ ma ssibux Bħal min ikun se jegħreq Il-ħabel ma jaqbdux Jien imbexxaq il-bieb Imma l-gaġġa ma tesgħekx Flimkien nistgħu nitwieżnu Kemm naqgħu u ma naqgħux. Bqajna ngħannu U bdejna nqaddsu F’nofs oasi Dak kollu li fih emminna Dak li mingħajru Il-ħajja ma tfisser xejn. Alfred Grech 01.07.2022.