Ma Tistagħġibx . Ma tistagħġibx xħin tħares lejja Il-mera ma tigdibx Jien riflessjoni tiegħek Imqar jekk mintix ħlief ħsieb. Xħin għaddejt għan-naħħa l-oħra Int kont għadek il-baħħ tal-bieraħ Inkella l-ħares li bih webbluna Sa meta konna żgħar. Inkella drajna r-ritmu Tal-mewġ jaħbat mal-blat Inkella għad ma kienx il-waqt. AAlfred Grech 30/08/2022.
Posts
Showing posts from August, 2022
- Get link
- X
- Other Apps
Quddiem Ir-Riħ li Jonfoħ. Quddiem ir-riħ li jonfoħ Il-poeżija tfewwah Weħida tmil u tishar Fi-nżul ix-xemx li jnewwaħ U waqt dis-siegħa ħamra Ta’ xemx li tinżel f’daqqa Fuq xfar il-għajn ir-raġġi Lis-sħab s-sema jraqqa’. Fis-skiet ta’ lejl li jaqa’ Bil-qtar is-solitudni Kull waqt jintilef ħieles Fl-ibħra tal-multititudni. Weħidha tiġi ħielsa Imqar jekk mhix mirquma F’waqtiet bla qiegħ li jinfdu Imrażżna jew mirduma. U jiena nibda nikteb U nerġa’ bħal nitħajjar Inxidd il-qorq tal-ġwienaħ U arani qed nittajjar. Alfred Grech 31-08-2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Inutli Aħna. Inutli a ħ na f’din il-bitħa mdallma Nippassiġġaw bla fejda wara dellna Jew nistennew li għad iddoqq qanqiena Fenomeni ta’ ħmar idur mas-sienja. Inniżżlu lil-allat minn fuq olimpu Biex ngħidu illi tagħna destin wieħed. Iżd’huma xejn ma jħabblu rashom bina U aħna ninkinaw bit-talb quddiemhom. Alfred Grech 28/08/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Dellijiet ta’ Skiet u Ħemda. Dellijiet ta’ skiet u ħemda Mgħarrqa f’baħar ta’ bla kejl Bi tbissima fuq il-bjuda Jew fit-telqa ta’ bil-lejl. U f’xi mkien tas-solitudni Taħt l-istar ta’ swied il-qalb Jew mitluf taħt kewkba siekta Qalb il-wens ta’ ħafna talb. Biex fuq zkuk is-siġar għerja Tinbet xrara tad-divin Bħal storduta tibda tfittex Fejn ser tolqot u lil min. Qalb l-imsaġar li jissieltu F’din is-siegħa ta’ qawmien Jiena nerġa’ nrabbi l-ġwienaħ U għal-għandek minnufih. Din mhijiex it-tranżlazzjoni Ta’ xi mit jew ħmar il-lejl Din hi biss epifanija Ewforija ta’ bla kejl. Alfred Grech 27/08/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Jekk Ma L-Art. Jekk ma l-art int bdejt titmiegħek Għad timtela’ ħmieġ bla qies Jekk il-libsa li fasslulek Saret togħġbok, int sirt nies. Jekk stedintni fi Ġnien l-Għeden Jiena niġi bla ma ndum Għax hemmhekk mhux se jsibuna Jonsbu nasba ta’ kuljum. Jekk qed tħossok kif ħassejtek Kif kont tħossok int u ddur Bħal żugraga f’nofs l-ispazju Żid il-ġiri kull ma jmur. Trid tinħeba u trid tistaħba Trid tistkenn mill isparar Iżda dak mhux għajr il-biża’ Li tispiċċa fuq in-nar. Alfred Grech. 26/08/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Meta. Meta kollox jibda’ jinten U inti lanqas tibqa’ xxomm Meta għan-niżla tibda nieżel U ma mkien ma tista’ żżomm; Meta kollox jidher wieqaf, Meta tqum mingħajr aptit ix-xemx tisreġ bla għarixa meta s-sħana qed iżżid. Tibda tħoss li wasal l-aħħar U x’qed jiġri int ma tafx Għax id-dinja ta’ madwarek Tibqa’ għaddejja u ma tieqafx. Alfred Grech. 25/08/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Xadini. Ix-xadini fuq s-siġar Ħlief jixxabbtu ma jafux Jew qed jagħmlu ta’ bir-ruħhom Illi għadhom ma ntebħux. Għax dawn moħħhom biex jixxabbtu U jitilgħu biss il-fuq Dan jagħmluh imqar in-nemel Li jistaħba qalb ix-xquq. Għax kemm tista’ titfa’ nemel U tgeżżiżhom fuq xi iskoll U kemm tista’ ttella’ bini? Tagħna dad-destin ukoll. Ejja nagħlqu wkoll għajnejna Qisu mhu qed jiġri xejn, Huma moħhom biex jixxabbtu U aħna nibqgħu bejn ħaltejn. Għax jekk dan hu tort tas-siġar Inqaċċtuhom minnufih Naqalgħuhom min għeruqhom U niġbduhom sa mill-qiegħ. U x-xadini mingħajr siġar Fejn jixxabbtu ma jsibux ’kk mhux ma sies żellieq u niexef U b’hekk jitgerrbu ma jdumx. Alfred Grech. 24/08/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Mintix Ħielsa. Mintix ħielsa li tagħmel dak li trid Għalhekk qed tgħix il-gidba Għaliex xħin tilgħab ma ħaddejk iż-żiffa M’għandekx il-ħila tkisser Il-ktajjen tal-waqtiet U tinżel f’infern it-tqanqiliet Li jsiru bżieżaq arja jinġarru mal-kurrenti.. Trid toqgħod tgħum fil-wiċċ Bħal dgħajsa mingħajr qlugh U bla moqdief miluqa Fil-baħar tax-xewqat U l-mewġ ta’ dak il-ħin. Tinbela’ għax taf Li dan maltemp efimerali. Imbagħad tiġik il-leħma Biex tikteb poeżija. Alfred Grech. 20/08/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
EFIMERA. Quddiem il-bastjun tieg ħek Kull għadu jitwerwer u jinħall Jieqaf it-tiġrib kollu U jien inħares lejn il-qawwa u l-kobor ta’ ġmielek Kull għajn tiċċassa. Int trid tibqa’ ninfa tal-iskandlu Bint l-stħajjil U ħaddieħor jaqta’ nifsu Ilaħħaq mal-passi tiegħek. Seħer li għaddi ta’ kuljum minn fuqi Bħalma tgħaddi ż- żiffa mielsa Ta’ nċens ifuh minn imnifsejja. Għalkemm qatt ma jintela’ l-bir, Kull qatra xita tgħodd. Alfred Grech 19/08/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Għaġna. L-imħabba lejk b’taż-żmien mimlija toqol Tal-qtigħ il-qalb u dak li nġorr fuq dahri Hu biss xħin jgħaddi ż-żmien li jien nintebaħ X’inkun tlift, x’ħallejt jaħrab minn idejja. Għaliex l-imgħoddi biss persekuzzjoni Li joħnoq l-innoċenza ta’ li rridu Fis-sbuħija ta’ dak li għandna nagħmlu. L-akbar theddida għal ħelsien hi l-għaġna Li fiha mdorrijin sa mill-benniena. Afrd Grech. 15/08/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Nixtieq Naf X’Inhu. Nixtieq naf x’hinu għalik Dan li tixrob mill-istess kalċi Li minnu jiena nixrob. Għalija dan velenu. Għalik dan mhux ħlief sokor U ħarba f’dawl il-jum Bejn tarġa’ u oħra F’dan it-taraġ li ta’ kuljum nitilgħu. L-għanja tiegħek tħammarli wiċċi Għax saret il-maħbuba Li tilfet it-triq U kull ma baqgħalek Huma l-ħsejjes minn taħt l-ilsien Li jaħarbu jiġru Fit-toroq ta’ djar mitluqa. Aħna nibqgħu atturi kontra qalbna F’dit-traġedja li ma bdejniex aħna. Alfred Grech 12/08/2022.
- Get link
- X
- Other Apps

Ma Rridhom Qatt Li Jgħaddu. Ma rridhom qatt li jgħaddu Dal-waqtiet riflessi fil-mera Ta’ għadira rieqda u mhix imdardra Fejn lanqas jibqgħu jgħoddu r-ritmi ħielsa Ta’ vrus imbewsa. Ma rridhom qatt li jgħaddu Dal-waqtiet ta’ skiet imġiegħel Imgeddsa qalb in-nagħas Ta’ dinja li tillfet id-dawrien tagħha. U lili ħadd ma jlumni Jekk issa noqgħod ftit għal-ġenb Impejjep il-ħolm ta’ droga mhix projbita U nfesdaq il-ġagulatorji Bħal meta ħsibt li sirt qaddis Għax ksibt it-triq tal-ġenna. Alfred Grech 09/08/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Lil Ommi. U issa mqar jiena nħoss li m’għadnix magħkom M’għadnix hawn Għax qbist in-naħħa l-oħra tax-xmara Fejn ma jimpurtax hekk għada Baqax xi xemx li tista’ titla’ Inkella jekk l-ilwien li konna nżewwqu Tilfux il-lostru tagħhom. Issa ninsab fis-sotterran tal-griż Fejn la hemm dlam u lanqas dawl Fejn il-biki biss hu t-tnegħida Illi toħroġ mir-ruħ li tibqa’ tnemnem Bħal musbieħ tat-trapasss lejn l- għabex etern. U hekk nista’ nibda ħajja ġdida Minflok l-irxoxt minn bejn l-imwiet. U issa bħal Scrooge Nibda’ nara l-futuribbli. Alfred Grech 08-08-2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Jien Ma Nafx. Jien ma nafx nar aktar jaħraq, Jien ma nafx agħar ġewx xi sjuf, Jien ma nafx hemmx kalamita Li tiġbidni lejn it-truf. Ma narax id-dlam kif jinżel Imma d-dlam hu qtar ir-ruħ; Jien ma nafx għax filgħaxija Jegħrqu l-kwiekeb f’baħar dmugħ. Jien ma nafx għaliex din l-għanja Li tgħallimna ta’ tfal żgħar, Insejniha tlifna l-ħlewwa Kull ma jmur sejrin għall agħar. Tista’ twaqqaf din il-mixja Tista’ twaqqaf, Le? Għaliex? Mill-irdum għal isfel waddab U lil ħadd tistaqsi: għaliex. Alfred Grech 02/08/2002.