Bħan-Nifs Tal-Anġli. Bħan-nifs inti tal-anġli Jew nefħa ta’ farfett; Jien sibtek hawn quddiemi Tgħattili kull prospett. Int l-hena li xtaqt dejjem Int frugħa tal-ħolqien; Fittixtek qatt ma sibtek Xħin dort ma kullimkien. Imqar jekk il-ħin għadda Imqar jekk issa tard; Xi ħaġa trid tinbidel Ġo ġonna mimli ward. Nistħajjlek kull filgħodu Tittarraf fuq l-irdum, Jew warda minn tax-xahri Titbissem sbieħ il-jum. Għasfur li ġejt biex titlaq Tivvjaġġa ’l-bogħod, fit-tul Sat truf tal-konoxxenza Fis-sebħ ta’ jum mibdul. Alfred Grech 30/01/2023.
Posts
Showing posts from January, 2023
- Get link
- X
- Other Apps
Lanqas Tista’ Tinsa’. Lanqas tista’ tinsa’ l-eku tal-iħna fil-kampijiet ta’ Auschwitz-Birkenau u Berken-Belsen Imqar jekk jintradmu taħt l-ibraġ ta’ rmied. Hemm ilħna oħra ta’ krib li qed nisimgħu Li jitolbu ħaqq u stmerrija Tal-bniedem mitluf fin-ngħas U fl-affluwenza. Biex ma ninsewx il-miljuni Ta riġlejn jgħaffġu fit-tajn u fid-demm Illum il-mostru ġdid, l-ors ta’ mitt sinna Qed jordom taħt il-ħerba Li jħalli minn fejn jgħaddi l-erwieħ li ħaddnu u ttamaw F’rebbiegħa ta’ sliem u ta’ ħelsien Lilhinn mill-ħmieġ tas-setgħa. Sakemm il-bniedem jibqa’ bnieden Sakemm it-tieni miġja tibqa’ ħolma Fejn hu il-ħaqq? Fejn hi t-tifkira Li tibqa’ tidwi gewwa dinja Ta’ torox u nies bierda? Kull wieħed mehdi jireċ’ta Il-parti tiegħu. Alfred Grech 27/01/2023
- Get link
- X
- Other Apps
Sibilla. Sibilla ta’ bil-lejl u l-qmar kwinta Tirradja fis-sbuħija ta’ żmien ieħor Tixtar bħal kokka u tħares fil-ġejjieni Ġo bosk mudlam maħsul bil-qtar tal-fidda Ħallili r-rima tiegħek minn fejn tgħaddi. Jien xtaqtek li kont dik li taf timmansa l-għasafar li jittajru taħt il-kwiekeb inkella alluċinanti dik it-tfajla li taħfen bejn idejja l-globu jiddi li juri dawk l-inħawi misterjuż fejn ħadd ma mar, fejn riġel qatt ma rifes. Jien nerġa’ niġi nfittxek ġo kull rokna Fil-labirint tal-ħolm u n-nostalġija Nixxiegħa t’ilma ħelu li ssir xmara Fejn nista’ lili nnifsi ninsa’ u fiha negħreq. Imbagħad fittixni ejja fuq xi ċattra B’ fanal li juri t-triq għan-naħħa l-oħra. Alfred Grech 26/01/2023.
- Get link
- X
- Other Apps
Sejjaħtlek Kemm Il-Darba. Sejja ħ tlek kemm il-darba U ma ġ ejtlix Fittixtek fil-boskijiet mudlama Ta’ moħħi Fil-katakombi ta’ qtigħ il-qalb U tat-tqanqiliet mistura. Mhux biżżejjed il-ħsibijiet tiegħek Inkella l-isfumaturi ta’ xewqat Li jaħarbu Imma l-isfaċċataġni tal-indeċenza tiegħek U l-fantasiji kkundannati Li jkebbsu l-kaos tar-rieda tiegħi. Misteru d-dinja li ngħix fiha U duħħan dal kollu li missejt U emmint fih. Issa qerd ngħix qalb il-ħerba Meta minn fuqi għaddew eżerċ’ti sħaħ U kull gidba li lissint Welldet ġerħa oħra Sakemm lanqas bdejt naf Jien min jien. Issa oqgħod hemm kemm trid Xejjiirli minn fuq il-moll tan-nostalġija. Jien sirt baħħari li salpajt Biex qatt ma nerġa’ lura. Alfred Grech 23/01/2023.
- Get link
- X
- Other Apps
Żidha Kemm Trid Id-Doża Żidha kemm trid id-doża Ma jiġi qatt iż-żmien Li niġbor it-tbissima Jew qisu qatt ma kien. Tbissima ta’ fuq wiċċek F’dal-limbu qatt ma taf X’sar sewwa minn uliedek Xħin qalbek qed tixraf? L-rġiel li jiddefendu Unurek magħqudin Għax issa l-ġmiel tar kollu Li ġmajt matul is-snin. Għax issa bdejt tiżżewwaq Sirt lanqas taf min int Sirt borma fejn jinħallu Ir-razez, xejn distint. U kull ma tmur tintefaħ U kull ma jmur tiżdied Bużżieqa ser tinfaqa’ Għax min mexxiek hekk ried. U kull ma jmur tintefaħ U tilqa’ ’l-kull min kien Ħallejt lil min ifarrkek U miżbla sirt biż-żmien. Alfred Grech. 17/01/2023
- Get link
- X
- Other Apps
Distanzi . Jien naf li lanqas nistgħu Inżommu ftit lilhemm Minn dak li qiegħdin nagħmlu Mill-ġebel ngħasru d-demm U inti aktar minni Tkun taf xħin sar il-ħin, Jekk ħbieb trid illi nibqgħu Nifirħu t-tnejn b’xulxin. U nibqgħu f’did-distanza It-tnejn bogħod minn xulxin Inella s-sagrifiċċju ‘kk infallu jkun għal min? Alfred Grech. 14-01-2023
- Get link
- X
- Other Apps
Illum kollox bil-mod mixi Illum ix-xemx lanqas ma titla’ Is-sħab ibejjet ’l-moħħ imtaqqal U l-ħsibijiet ħuttaf li jpassi Jaqsam it-toroq mingħajr ħsara. Illum kollox mudlam Imqar jekk titla’ x-xemx U jisbaħ il-bnazzi Il kesħa ta’ Jannar ixxoqq Is-solitudni musfara U skiet jistaqsi l-għaliex jisbaħ jum ieħor. Ilni nistenna l-ħin jgħaddi Bħal min jiftakar fit-twiddiba Li s-sigħat bil-mod il-mod Bħas-susa li qed tgerrem. Jekk tiġi żingara taqrali xortiha Jien lanqas nemminha Għax ma kontx hawn biex nixhed Dak li ġie qabel U lanqas naf dak li jiġi wara. Alfred Grech 13/01/2023
- Get link
- X
- Other Apps
Go Toroq Illi Jserpu. Ġo toroq illi jserpu Ma jagħtu għal imkien Fuq qċaċet ippuntati Li jdawwru kullimkien. Il-wileġ qed iħaddar Fuq sfond ta’ silġ imqit Tixtieq li tibda’ l-mixja U tagħmel ftit l-aptit. Iżd’għidli fejn se mmorru Hawn biss ħitan u swar It-triq tispiċċa f’żenqa Għax toħroġ trid mid-dar? Gelgul ta’ ilma ġieri Kaskati ġo widien Dil-ġrajja trid tispiċċa Dan kollu għal xiex kien? Mitluf fis-skiet ta’ waħdi Mitluf fit-trufijiet Tal-abbandun il-mafkar Infittex ftit tas-skiet. Alfred Grech 06/01/2023
- Get link
- X
- Other Apps
Għalfejn Din It-Tellieqa. Għalfejn din it-tellieqa, M’hemm xejn li jibqa’ ġdid M’hemm xejn li jibqa’ għal dejjem Tissielet bħal għafrid? Fuq liema palk trid titla’ Inkella pedestal Malajr minn hemm titgerbeb Ċar dan daqs il-kristall. Jew torbot mażra m’għnqok U tkejjel tul l-irdumw Jew tegħerq ġewwa x-xmara Tintesa’ żgur, ma ddumx. Qed tfittex illużjoni Biex tinsa’ dak li mar, Il-ġiri, iddur id-dawra Ma sienja qisek ħmar. Tal-konfużjoni l-mafkar Biex tagħmel bħall-oħrajn U tinsa’ tgħolli rasek Tinqala’ minn ġot-tajn. Alfred Grech. 05/01/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Sena Ġdida. Mhux sejjer nistennik inkella nħares Bħal meta nħares lejn kull ħaġa ġdida, Għax issa drajna wisq il-telgħa l-wieqfa Li tlajna għal kemm il-darba bit-tagħbija Tlajniha għalxejn għax ta’ kull darba ħsibna Li din hi l-aħħar tarġa’ li twassalna Sal-quċċata fil-jum tar-rebħa u glorja. Ma nistennew xejn ġdid li l-qlubna jqawwi’ Minflok inħarsu l-isfel lejn l-abbissi Għaliex fl-abbiss twelidna, l-abbiss darna Għax il-ġejjiena issa hu triq għan-niżla Nitgerrbu u ma nafux kull jum li jgħaddi. Imnalla hemm l-axxensur sabiex nitilgħu U l-bastun jgħinna naqsmu għan-naħħa l-oħra. Alfred Grech 03.02.2023
- Get link
- X
- Other Apps
167. Issa li tlift ukoll it-ton imserdaq Fid-dalma ta’ filgħodu li nqum biha F’dal jum li fih irrid nirreċta ħafna It-teatrin li n-nies tkun qed tistenna U meta idi stess titqal bil-pinna U moħħi mtarrax għadu qed jistenna ix-xrara li trid tkebbesd il-ħuġġieġa, Fejn int li kemm il-darba għamiltli wegħeda Li żżurni ħin bla waqt imqar f’nofs ħolma Iġġorr ix-xrar ta’ dawl li għadni nfittex? Aktarx li rrid għad nagħmel ħafna ljieli Skantat, paraliżżat bla ma nistejqer U lanqas naf jekk dint hijiex xi ħolma Minn dawk li ssoltu noħlom ħajti kollha. Alfred Grech 01/01/2023