F’Dal-Waqt Li Ma Tafx. F’dal waqt li ma tafx Jekk hux ta’ ferħ Jekk hux ta’ dwejjaq It-taħdid tiegħek isir Taħbit mal-bieb ta’ barra U jiena naf li jekk nissogra niftaħ Jidħol ir-rambaġġ. It-taħrikiet tiegħek biċċa poeżija Li ma jqanqlux dak l-uragan Li kien iġorrni miegħu. Ħsieb għaddieni int Li dejjem jerġa’ lura U b’din il-bixra li biha nqum Infittex kull filgħodu qalb il-friex Il-kliem li bih insebbaħ jew nistħajlek. Infittxu t-tnejn li aħna triqatna Mingħajr ma nintebħu Bis-sabiħ ta’ xħin tkun qrib. Jista’ jkun li nibża’ minnek, Inkella leħni ma jwassalx. Iva, tista’ tgħid li missejna ma xulxin Iżda mbagħad intlifna Fl-abbiss tal-univers. Alfred Grech 31/10/2021.
Posts
Showing posts from October, 2021
- Get link
- X
- Other Apps
Tgħid Qed Nitlef? Tgħid qed nitlef il-ħin tiegħi niġġerra Wara l-friefet inkella noqgħod nisma’ Fuq xtajtet it-tnissija, d-diwi mtenni Ta saħħet il-grigal u l-krib tal-gawwi? Ridt nara wkoll xi prezz irrid inħallas Jekk noqgħod fiss f’għajnejk fis-skiet inħares Fil-ħolm u t-tqanqiliet li jsiru riefnu. Int toqgħod bla ma tieqaf tistaqsini Xi tfisser int għalija u x’se jsir minni. Sbuħitek il-ħin kollu qiegħda f’moħħi Imbagħad xħin niġi ħdejk jerġa’ jibdieli. Int tista’ biss dal-kjażmu tgħinni naqsam U miegħi titla’ t-telgħa l-aktar wieqfa Għaliex minn hemm naraw min jiġi taħtna. Jien ħsibt li int mhux ser tħallini naħrab U jien li tajtek ruħħi nibqa sejjer U qatt u qatt mhu ser inħares lura. Alfred Grech 29/10/2021
- Get link
- X
- Other Apps
U Issa Nafu. U issa nafu kif ser tispiċċa Tħallina mxennqa bħal l-ewwel darba U nafux għaliex erġajna. U issa nafu li m’aħniex ugwali Kull darba li nitilgħu din it-telgħa It-telgħa tal-kalvarju Qalbna teħber li dan kollu Ripetizzjoni. Iżda lilek ngħidlek li nħobbok Sabiex nixgħel ġewwa fik U ġewwa fija x-xintilla Li trid turina t-triq Għal għada. Alfred Grech 28/10/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Hemm Ilħna. Hemm ilħna li ma jirbombjawx Hemm ħsejjes li ma jidwux Dan krib ta’ qtigħ il-qalb Mal-fewġa tal-aħħar daqqa. Xi ħtija għandi jien Jekk issa ntlif Niġġerra wara s-sabiħ Nixxabbat mal-ogħla qċaċet U nixrob mill-għajn tal-ilma ġieri Nixxegħa li qatt ma taqta’? Imqar jekk iddendel mażra m’għonqi Imqar jekk tagħmilli sarima ma ħalqi Il-madmad ma jfixkilnix U jiena ma nieqafx. Alfred Grech 27/10/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Inti u Inti Biss. Inti li ġejt tħaddan inżul ix-xemx F’dan ir-rumanz li tennejnieh flimien Kont il- grillu ta’ dat-tferfir il-qalb Li jagħmlek żagħżugħa mill-ġdid U nsejna l-mogħdija fejn it-tnejn li aħna Kaxkarna saqajna Bil-ktajjem marbutin Bħal fil-ġimgħa l-kbira. Inti li bħal għasfur tal-bejt tkixxift Sabiex issib xi roqgħa art għalik biex fiha Tibni l-bejta tiegħek Tagħraf issa mil-liema tafal hu magħmul l-għannej li qed jgħannileki. Inti u inti biss stajt tifhem it-tqanqiliet U ċ-ċaqliqiet tal-baħar li bela’ l-bastiment Li varajna F’sema bnazzi u taħt xemx tisreġ. Alfred Grech 26/10/2012
- Get link
- X
- Other Apps
Imbikki l-Gawwi. Imbikki l-gawwi li jittajjar Fuq mewġet l-imħabba ġdida Is-seħer tad-dell li qatt ma jerġa’ lura Imqar li kont nista’ nerġa’ nħaddnek. Ma tkun xejn għajr fissazzjoni Bħal min ħafi nimxi fuq ir-ramel Ebda għelm ma juri mnejn għaddejt U jekk imxarrba huma jdejja Mhux ħlief dmugħ ta’ qtar għajnejk. Skantata tista’ tibqa’ tħares lejn ix-xefaq Sakemm imqar ix-xemx tinħeba wara x-xifer. Jekk mgħaġġeb għadni hawn Naħseb fuq l-għada Int sirt ħuttafa mjassra ġewwa l-gaġġa Ta’ ħsibijieti. Din hija l-għanja Li ttir lejn is-smewwiet U tikteb id-dieqa tagħha fuq is-sħab. Alfred Grech 22/10/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Imqar Jien. Imqar jien ridt ftit tal-ispazju, Imqar jien ridt nogħla, ntir Biex nimraħ f’wileġ ġodda Biex nara n-naħħa oħra tal-qamar Biex b’hekk nista’ ngħix ħajj’oħra Ġewwa bużżieqa tal-arja, Ġewwa sħaba ta’ duħħan. Tkun din ukoll Oħra minn dawk li jgħaddu Jew daqqa li tħallik mifluġ. Hu dan il-biża li tqum bih Li jgħaddi mal-mogħdija tal-ħin U jinħall fil-kurrenti ta’ kuljum Li jagħmlu l-patina ta’ wiċċ il-ħajja. Il-ħolm tinsieħ għax dgħajjef Iżda qawwietu bħal kurrent tal-qiegħ Li jqanqal il-wiċċ daħkan ta’ baħar ħiemed Imqar il-ħolm għandu l-ġejjieni tiegħu U jaħseb fik. Alfred Grech 21/10/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Issa Lanqas Għadek Tista’. Issa lanqas għadek tista Toħroġ barra t-triq U issa mar ukoll l-iżmalt Tiegħek liebsa l-malja tal-għawm. Għax naqset il-fiduċja U kollox taħt suspett. U issa lanqas nistgħu inħarsu ’l-quddiem Għal mergħat u wileġ ġodda Għax ħabsin bqajna F’din l-art feruta U tnixxi d-demm U ma jistħoqqilniex aħjar Jilgħabu qiegħdin bina. Alfred Grech 20/10/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Fl-Aħħar Mill-Aħħar. Fl-a ħħ ar mill-a ħħ ar Kollox imur fl-g ħ a b ex tieg ħ u It-tamiet, ix-xewqat il- ħ olm U l-illużżjoni. Kollox jibqa’ kif inhu Inkella toħroġ ruħu minn ġo ġismhu. Jibqa’ biss l-għada Għaliex il-mixi tal-ħajja Għandu dejjem tifsir ġdid Li jmur lilhinn mix-xefaq. F’dil-mixja lejn xulxin Għad insibu ruħna f’taqbida Fuq xaqlibiet opposti. Alfred Grech. 19/10/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Hemm Min Jaħdem. Hemm min jaħdem bla ma jieqaf Hemm min jaħdem għax bil-fors Hemm min lanqas jaf x’qed jagħmel Ħlief iħawwad fid-diskors. Hemm min lanqas biss qed jagħraf Illi din hi servitu’ Ħekk għallmuna għax hekk jaqblilhom Biex ix-xogħol isir virtu’. Hemm min jaħdem biex jitħallas Bil-boqxiex jew b’xi pjaċir Jikkonvinċi lilu nnifsu Illi kollox sar ħarir. Alfred Grech 18/10/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Meta Qalbek. Meta qalbek tinqasam f’biċtejn X’titlob inti lill-allat? Jiena nitlob li ninbidel f’ċinju Biex noqgħod ngħanni l-aħħar għanja U meta ssib li m’għandek x’taqsam xejn ma fejn qed tgħix U man-nies li magħhom tagħmilha X’issir? Jien insir il-profeta mhux magħruf. B’hekk tista titgħallem Li xħin qed tgħix f’did-dinja Bħal meta tqatta s-siegħat Fiċ-ċinema. Alfred Grech 18/10/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Inti Qbist Fuq ix-Xaqliba l-Oħra. Inti qbist fuq ix-xaqliba l-oħra U lilna ħallejna bejn ħaltejn Impejjpu d-duħħan tal-ħolm U nonfħu l-bżieżaq tas-sapun U l-konswetudni. Int ħallejtna hawnhekk Nistaqsu x’ikun dan in-ngħas tagħna Inkella x’kienet din l-aljenazzjoni Biex nibqħu illum u għall dejjem Nistaqsu kienx hemm mod ieħor. Int ħallejtna hawnhekk naqtgħu t-tokk u ngħollu x-xorrti filwaqt li sirt irmied tiġġerra mal-irjieħ u ma tidhirx. Jekk tista’ minn fejn int itfagħlna mqar merżuq dawl biex naraw nimxu fid-dlam tal-waqtiet mormija. Alfred Grech 15/10/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Traxxax Ix-Xita. Traxxax ix-xita tas skiet minn sema mitfi Qtar ta’ dmugħ jiżżennen mit-tarf tal-ajru Jistrieħu fuq il-ward imxekkel mill-ħarifa Fil-ġonna tal-eżilju tagħna Mirduma mill-bini tal-konkrit Fit-tifkira ta’ meta d-dinja kienet ħielsa Qalb il-beraħ tal-innoċenza Taħt qawsalla li qatt ma tgħib. Mur aħrab issa Minn dan il-kjaroskur. Mur aħrab issa mill-ħabs tal-ħsibijiet U tax-xewqat infertili. Hawnhekk tibqa’ Fgid-dlam ta’ dejjem. Alfred Grech 14/10/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Sensazzjoni. * Bil-griż tista’ toħlom Jien noħlom ta’ kuljum u nqum imdardar Lanqas jekk niġri wara l-bżeżaq Jew noqgħod intajjar xi tajra tal-karti. Ġewwa fija baħar imqalleb U għalhekk fittixt f’għajnejk Il-lewn li seraqli qalbi L-ilwien kollha tal-qawsalla U ma sinthomx Fittixt f’għajnejn dawk kollha li stajt inħares lejhom, Xejn ħlief il-baħħ, Imbagħad ħarist fil-mera U staqsejt jekk hemmx isbaħ Minnek f’din is-saltna. Staqsejt xi tfisser int mingħajr Is-sensazzjoni? Alfred Grech 13/10/2021. *B’apoliġija lil Gioele Galea.
- Get link
- X
- Other Apps
Dan Biss Duħħan . Dan biss duħħan, Bħal meta tqum filgħodu Għax qajjmuk il-ħsejjes tat-tnabar u l-inġemji U tintebaħ li minn mexa miegħek M’għadux hawn U li qarrqu bik f’dak li qalulek U dak kollu li tgħallimt Tirremettieħ. Xħin kbirt u ftaħt għajnejk Għax doqt minn frott is-siġra Int ġbidt is-saħħa fuqhek Għax issa ntbaħt – Mintix għal dejjem U bdejt tistaqsi mmela dak kollu Kien għalfejn jekk fl-aħħar Wara li jsiru l-kontijiet issib Li daħħalt u lanqas ħriġt? Alfred Grech 12/10/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Lament. I would have loved you forever But then who would have told You haven’t changed. I would have sang for you this song Time and time again But the refains would have changed And you would become unrecognisable. If you look back you wil find The answer: it is volcanic Impulsive and alive. You would not tie me down To a single purpose, to logic Or a reason you would find. Who would have told the end was near Then you went so far away. Had you lived a little longer With regrets and the delay It would have been long and painful But certainly not longer than what is left. Alfred Grech 08/10/2021