Lil Sharon. Setgħet ġara mod ieħor; seta’ sebaħ Jum ġdid dan il-Milied. Iżda Dak li f’idejĦ iwieżen il-pupi Tad-demm u l-laħam u jiġbed l-ispag tal-marjunetti Amar xi ħaġa pħra. Setgħet inkitbet xort’oħra din in-narrattiva Iżda aħna emminna dejjem Fit-tjubijua tal-univers li mbagħad intbaħna li kien Indifferenti. U jekk aħna llum imneżża’ Minn kull għata f’xitwa li tmewwet il-ħolqien Kien biss għaliex emminna Li kien hemm baħar jaqsam Bejn it-tajjeb u l-ħażin. Alfred Grech 30/12/2001
Posts
Showing posts from December, 2021
- Get link
- X
- Other Apps
Apokalissi. Riefnu ta’ tqanqieliet. Kliem li qatt ma għedtu Ħajja li qatt ma għextha, sensazzjoni Li qatt ma ħassejt. Jista’ jkun li x-xema Taħraq l-arja li minnha trid titniffes Iżda bħat-tifkiriet din skoll ta’ dwejjaq Ta’ ħsibijiet l’ għaddew u xejn ma baqa’ Matul is-solitudni tal-bankini F’ħajja li qatt ma għext jew qatt ma ħlomtha. U jista’ jkun ukoll li qiegħed nagħmel Ta’ bir-ruħi li qed nifraħ biex nibqa’ Mislub ma l-aħħar tama’ li fadalli Li din ukoll tispiċċa mingħajr sugu U dan biex lili ma nitlifx għal kollox. Is-skiet imbagħad iġiegħlni l-istennija Ntenni li kulħadd iħoss ġo qalbu Avvent ieħor: twelid li qatt ma wasal Jew li għadda mingħajr ma biss intbaħna. Ma nitlifx l-innoċenza tiegħi, iżda Bit-tama xi darba li għad ninbidel Nitwieled għad mill ġdid nirxoxta nerġa’ Nixxotta d-dmugħ, inkella mmut, nispiċċa. . . . Alfred Grech 30/12/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Dan Hu Għadd Bil-Maqlub. Dan hu għadd bil-maqlub Minflok jiżdiedu n-numri jitnaqqsu Għaliex kull waqt, kull pass li tagħmel Jitnaqqas minn dak li jkun għad fadal Għalhekk din mix xi mixja lejn it-tmiem Iżda vjaġġ ieħor lejn ix-xefaq Jew jekk it-tmiem għad jasal Int lanqas biss tkun taf. Dan hu avvent ta’ Milied li għadu ma wasalx U meta jasal Int lanqas tkun tingħaraf. 26.12.2021
- Get link
- X
- Other Apps
Int Tista’ Toqgħod Tilgħab. Int tista’ toqg ħ od tilg ħ aba kemm trid Tal-ekwilibrista, tilg ħ a b bil-kliem U l-fuguri ta d-diskors Iżd’inti taf fil-qiegħ ta qalbek B’dak kollu li ridt ngħidlek U kull skuża li sawwart Mhijiex għajr ħolqa oħra fil-katina Li biha rbatt il-mażri tal-arloġġ Li baqa’ jdur minn waqt għll-ieħor. Sen’oħra jista’ jkun li ma nkunx hawn Jew nerġa’ nħares lura u ngiddeb lili nnifsi Galiex ikun tassew ġara twelid mill-ġdid Tarbija oħra li trid iżżomm fuq sballejha I l-ħakma taʼ prinċep U t-torċ ta’ fjamma eterna. Alfred Grech. 25/12/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Milied 2021. Hekk nibqa’ jien hawnhekk inkarkar Fi nżul ix-xemx ta’ ħajti Sakemm jasal l-għabex fid-dalma Ta’ lejl li qatt ma jispiċċa. Hekk nibqa’ jien hawnhekk nixtarr il-bżieżaq Ta waqtiet u tifkiriet tal-isplendur tiegħek Li tħares lejja bħallikieku kont ix-xwejjaħ ta’ għerf kbir iżda li qajla jista jlaħħaq mar-ritmi tiegħek. Hekk nibqa’ jien hawnhekk -U bħalma nibqa’ jien trid tibqa’ d-dinja kollha- Ngħodd it-tokki tal-arloġġ Ma kull siegħa li tgħaddi U nnaqqar fark’oħra mill-maġbra Li waslet biex tispiċċa. Aktarx fis-skiet ta’ waqt bħal dan Nilmaħ dawk ta’ ħolma ġdida Milied li qatt m’għaddejt bħalu. Alfred Grech 25/12/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Jien għandi Biża’ Kbir. Jien għandi biża kbir li għad nispiċċa waħdi Fuq dan il-batiment kuljum jissielet Ma mewġ il-baħar. U int tkun ilek Mhux ħażin li sparixxejt. U ħadd ma jibqa’ għal min jien għandi nsalva. Jien għandi biża’ kbir li din hi l-aħħar Darba li tajna l-għodwa t-tajba lil-xulxin U jekk qatt nistgħu nerġgħu ma xulxin nitkellmu Ma jkunx ħajr dan npermezz tat-talb u suppliki Inkella b’mod virtwali. Sakemm għad nista’ noħlom hemm it-tama Li f’xi ħin jew f’ieħor għad iseħħ miraklu U nerġa’ nidħol ġewwa l-merħla. Mil-bqija dan jibqa’ biss tberrin il-moħħ Duħħan ta’ ħolm li jrid jintesa’ Malli tistenbaħ. . . . Jekk għad nistembaħ. Alfred Grech 2/12/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Il-Ħsejjes Tiegħi. Jien ridt nagħmel Il-ħsejjes tiegħi stess Mhux għax fil-ħsejjes hemm il-faraġ. Fil-ħsejjes hemm l-aljenazzjoni Ninsa’ lili nnifsi u ninsa’ lilek Li ma nista’ nilħqek qatt Għalkemm nikkunemplak Il-ħin kollu. Issa xħin nidħol f’qoxorti Inħossni egħref milli kont Aktarx għax nisa’ li jien miexi U ninsa’ wkoll lil dawk Li jimxu miegħi Ninsa’ li nkun tlaqt U li rrid nasal. Għaliex dal-karusell Dawrien fil-vojt u bla waqfien Li sibt ruħħi fih? U jibqa’ dad-dawrien imqar mingħajri. Dan hu ritwal Jista’ jkun ma fih ebda tifsir Ifisser biss li issa hekk drajna Ifisser biss li hekk għaġnuna Imbagad it-tifsira nagħmluha aħna. Dan hu ritwal Minn tlugħ sa nżul ix-xemx Imqar jekk xemx lanqas ma titla’ Tagħmel ta’ bir-ruħek li qiegħda hemm Imqar jekk lanqas tiddi. Alfred Grech 24/12/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Hekk Nagħmlu. Hekk nibqgħu Ngħumu f’wiċċ l-ilma Bla ma nħarsu l-isfel Taħt wiċċ l-ilma hemm il-misteri Hemm il-mostri jirgħu. Hekk irrid nibqgħu Ngħumu f’wiċċ l-ilma Bla ma nħarsu l-isfel Mingħajr ma ngħoddsu Jew jekk ngħoddsu nneħħu l-gogils. Hekk nagħmlu nibqgħu naqdfu Imqar jekk nafu li qatt ma naslu. Alfred Grech 24/12/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Lilhinn Mix-xefaq. Mingħalija mxejt il-quddiem Meta mxejt warajk Għax deherli li fhimtek u emmintek. Iżd’issa sibt li bqajt fejn kont Anzi rrid nerġa’ lura U nkompli mnejn ħallejt Ridt nifhmek f’moħħi u fi ħsiebi Iżda lilek ma tifhmekx Jekk timxi man-narrattiva Għaliex il-ħrafa tgħinek tifhem Dak li tifhem ma tistax. Dik vagun tal-ferrovija Biex twasslek lilhinn mix-xefaq Lilhin mill-baħar li tgħum fih. Tħarisx l-isfel għax taqbdel il-vertiġni Tħarisx il-fuq għax is-sema ma tilħqux. Ħares il-bogħod, lejn l-infinit Llhinn mix-xefaq. Alfred Grech 24/12/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Int Xtaqt Ukoll. Int xtaqtha wkoll dil-bandla Ta’ tlug ħ u n ż ul mal - maltempati ti e g ħ i Il-mewġ li jħabb sider il-blat zonqri Iniggeż il-fdalijiet Tal-bastimenti mgħarrqa. Int xtaqtu wkoll dal-ħmar il-lejl Imqar jekk tgħid li mhux qed tgħixu Imbagħad bil-fantasija tiegħek Tlibbes id-dellijiet għarwiena Fid-dawl ta’ qamar. Int xtaqt dan U lili tajtni l-ħabel kollu Għalkem ankrati bqajna t-tnejn li aħna Ma qiegħ il-baħar Sa meta t-temp Jibbnazza. Alfred Grech. 23/12/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Qatt Ġejt Maħkum? Qatt ġejt maħkum minn xewqa travolġenti Dik il-ġibda li ma tirreżistix, Tentazzjoni li ma tistax tiqfilha, Bużżieqa stas-sapun: ara x’għamilt? Ittir il-fuq mis-sħab u tiġi lura, Tiftakar tibqa’ tgħid fejn qatt ma kont, U ta’ kull darba għal ftit tkun sejjer tilħaq Il-ġenna, imqar jekk gżal waqt wieħed biss. Minndal waqtiet magħmula din il-ħajja U f’dal waqtiet tkun taf li qiegħed tgħix Minn dal waqtiet tissawwar tkun il-ġrajja U ta’ kull darba d-dinja ta’ taħt fuq. Alfred Grech 22/12/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Avvent II Dnubietek mhux se tinsa’ U l-ħsara li wettaqt l-uġih li ġibt b’ilsienek fil- miġja ta’ dalwaqt. U lanqas tħossok sewwa Għar-rdoss ta’ xi fuklar Taħt dawl artifiċjali Ta’ lejl li sar bin-nhar. Tat-toroq kollha mdawwla, Tas-siġra tal-Milied, Faċċati dawli petpet Ta’ rħula u tal-ibliet. Staġun dan ta’ min jifraħ Fost mard u swied il-qlb Fil-ksieħ ta’ xitwa kiefra U jemmen min fit-talb. Ma tista’ lanqas tħossok Xħin tqassam xi rigal Għax int mill-ħafna l-għandek Tmur toffri fuq l-artal. F’qoxortok terġa’ tidħol U tagħmel bħal bebbux Fil-qlub xi xrara tkebbes Ta’ dawk li ma jemmnux. Imqar jekk terġa’ twelled Tarbija minn ġo fik L-eternita’ tiċċassa U l-biża’ jagħmel bik. Alfred Grech 21/12/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Lil Lana III Ejj’għidli fejn kont meta kont infittxek Ejj’għidli fejn kont ħielsa mill-irbit Ejj’għidli fejn kont biex naqta dal-ktajjen Ejj’għidli fejn kont, aktarx kont biswit. Illum sibt it-triq li twassal lejn darek Inħabbat biex nidħol u l-bieb imbarrat Kull daħla li tagħti għal wesgħa fejn sibtek Rakkont li qed tpinġi f-ritratt inkwadrat. Tbissima biss tajtni u l-lemħa ta’ wiċċek Kliem sieber biex tolqot il-lemħa f’għajnejk, Tbissima kien jonqos biex mar-rima tiegek Ninġarr u nittieħed sat-truf ta’ ħaddejk. Alfred Grech 19/12/2021
- Get link
- X
- Other Apps
X’Irrid Inwiegħdek? X’irrid inwiegħdek biex tagħtini li nixtieq? Hemm stejjer li jintemmu Oħrajn li jtemmuk Jiġi l-waqt li nistaqsi X’qed nagħmel hawn? Trid tgħix mingħajr ma taħseb Jew trid taħseb bla ma tgħix Sabiex b’hekk xħin jasal l-aħħar It-trapass ikun aħjar Hekk trid tgħix bħal annimal. Hekk trid tgħix biex lanqas tweġġa’ Tmur il-ġenna minnufih. Jien u int niltaqgħu għad xi darba Taħt saqaf wieħed U noqgħod nitgħaxxa bik Tul ħajjti kollha. Alfred Grech 20/12/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Aħna Min Aħna? Xi minn daqqiet għamilna ta’ bir-ruħna Li aħna ta’ xulxin mingħajr ma ntbaħna Li aħna bħall-għasafar illi jpassu Li l-istaġuni jnebbħu t-trajjettorja U l-kontinent li minnu rridu ngħaddu. Irqajja ta’ sħab aħna fuq sema ikħal Ninsabu ttrapjantati sabiex nieħdu Kul għamla u kull lewn skond ma nixtiequ. Sħab għaddieni u żiffa tonfoħ, xħin tfittex Ma ssib xejn u ħolm u ħsieb jintrikeb. Hekk aħna, ħalba xita malajr tgħaddi Imbagħad titfaċċ xemx tiddi f’miljitha. Alfred Grech 18/12/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Titħallat Is-Sbuħija. Titħallat is-sbuħija tal-ħolqien Mal-holm li noħlom U hekk insir divin li giddeb lilu nnifsu U d-dinja trid tinqaleb Ta’ taħt fuq. Jekk ħloqna allat imnaqqxa Fix-xbieha tagħna stess It-twemmin tagħna xxejjen. Jekk tmis il-ħadid jikwi tinxtewa Ħadid ħiereġ mil-forġa Ma tridx tiġi lura u tgħidli Kien tort tiegħek Ma wissejtnix. Imbagħad tiskuża ruħħek Għax ma kontx taf Jew ma stajtx tieqaf. Għażliet il-ħajja jrattbu U jxattbu dil-qalb Li waqfet tħabbat. Alfred Grech 17/12/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Sadanaittant Ix-Xita Nieżla. Sadanittant ix-xita nieżla U bija idħaq kemm trid Id-dmugħ iċarċar mal-ħġieġ tat-tieqa Imqar jekk id-dieqa ma tħosshiex. Jekk impinġi l-kwadri kollu Tistaqsinix mnejn ġibt l-ilwien Għandi xeħta ntir mal-anġli U nissellef mill-qawsali. Jekk impinġi l-kwadru kollu Imqar jekk int ma tifhimnix Jien ngħidlek li astratta Din il-mewġa ħsibijiet. Jien nibgħatlek kemm il-xewqa Ġewwa bżieżaq tas-sapun Jekk jaslux għandek ma nafx Qabel ma jinfaqgħu fl-arja. Bil-pinzell jiżżewqu l-ilwien Iżda t-tila ma tidhirx Bl-iskalpett nonqox il-ġebla Iżda x-xbieha qatt ma toħroġ. L-aqwa li int tibqa’ Ma tarax u ma tifhimx Irrid noħroġ minn ġo fiha Dak li lanqas naf infisser. Kont ser norqod Iżda nagħas m’għandix Aħseb u ara l-ħolm Kemm se jiġini. Ix-xita tibqa’ nieżla U l-għejjun jimtlew Iżda jien ma nogħdos qatt Biex ninħasel mid-dnubiet U mill-imgħoddi. Alfred Grech 16/12/2021. ...