Għax ħadna għall-għarrieda. Għax ħadna għall-għarrieda U ġie ma nafx minn fejn Dal mostru refa’ rasu U ma tgħallimna xejn. Irid u aktar jaħtaf Ma dak li għandu jżid Ijassar lil ta’ taħtu U jagħmel kif irid. Il-ħija ta’ min hi Ta’ min band’oħra jħares? Min raqad, min ma qamx U qed inpattu qares. Alfred Grech 31/05/2022
Posts
Showing posts from May, 2022
- Get link
- X
- Other Apps
Che Ca Vuoi? E poi, che cosa vuoi? Se non il seguirsi lentamente con il ditto come un filo Sulla tua spina dorsal U una lunga carezza sul tuo corpo Per poi tirare fuouri turre le meschere Dei tuoi desideri per poi esdplodersi Come un missile sguidato.. Epoi, che cosa vuoi? Sapendo gia che una bufera Svuota un albero di tutte le sue foglie E poi smetterai di chiamarmi anche col mio nome. Sarei divenatato u angelo senza ali E cosi non potrei mai volare con te Tra le nuvole mirando alle stelle. Alfred Grech 30/05/2022
- Get link
- X
- Other Apps
Metamorfosi. Bidla, duħħan, riħ Illużżjoni, logħba ta’ bla fejda U milli għedna mhemm xejn Għaliex tlajniha t-telgħa It-telgħa tal-kalvarju Biex waqa’ skiet minflok l-istorbju Ngħidu r-rużarju-kanliena minflok talb Jew mixja fid-dalma tal-lejl mingħajr il-qamar. Il-ħidma li tħalli warajk għax mingħalik Se tibqa’ mfakkar Ma tiswa’ għalxejn Għalkemm għal xi wħud Jittella mafkar Jagħmlulhpm momument Għax il-miktub jibqa’ U inti tibqa’ mfakkar f’dak li tikteb. Alfred Grech 28/05/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Mixja. Irrid li nibda nimxi, Il-mixja ta’ nofs pass Biex nibqa’ sħiħ u qawwi U ninsa’ l-hemm trapass. Irrid inkompli nimxi U l-mixi jkun fit-tul, Mhux żgur se naqta’ nifsi Jagħmluli xi magħmul. Għax twila din il-mixja U tħares trid fit-tul, U kemm il-darba nieqaf Insib li kont mifxul. Alfred Grech 28/05/2022
- Get link
- X
- Other Apps
Jekk Għad Tegħreq. Jekk għad tegħreq fil-bir tiegħek l-ebda ħabel ma jnewwlulek id-dalm biss jista’ jifdilek is-skiet iswed ta’ bil-lejl u l-mixja twila lilhemm minn dak li taf kull filgħxija biex intitħassar kull tħarbixa li ma wasslet għall-ebda tweġiba. Jista’ jkun li tibda toħlom Jista’ jkun li ħmar il-lejl Jista’ jkun li d-dell imkabbar Jista’ jkun li d-dawl tax-xemx U mifrux ma ħajt imbajjad. Iżda jekk għad taqa’ fil-bir tal-eżistenza tiegħek Il-waqa’ tkun waħda ħielsa U ebda ħabel ma jnewwlulek U minn hemm Ma terġsa’ titla’ Qatt aktar. Alfred Grech 27/05/2022
- Get link
- X
- Other Apps
Jien Negħreq. Jien neg ħ re q fiċ-ċpar ta’ filg ħ odu Kurren ti jinġarru mill-beraħ Imqar jekk ma skoll nista’ nqabbad Xi darba fejn jien għad nintebaħ. Jinġarru l-widien sa kull xtajta Hemmhekk jista jkun li jispiċċa Perkors ta’ kull tama u kull ħolma Li fassal destin biċċa biċċa. U nilgħab il-logħoba miskina Bħal dak li m’għandux biex jiftaħar Bħal bċejjeċ tal- għuda mormija Mal-mewġ li jiżżeffen fil-baħar. Alfred Grech 26/05/2022
- Get link
- X
- Other Apps
Meta Xejn. Meta xejn ma jrid jingrana U f’idejk il-pinna għalxejn Minn fejn ġejja dit-taħrika It-tinbixa, għid minn fejn? Meta xejn ma jkun qed jaqbel U trid tqabbel imma għalxejn Liema lewn ser taqbad tagħżel U se ġġibu dan minn fejn? Meta tkun trid tgħanni għanja Iżda l-leħen ma jiġikx Ma tiġikx il-leħma lanqas Iżda r-rieda ma tħallikx. X’taqbad tagħmel? Lejn ix-xefaq Tħares fiss. Ma tmiddx idejk Sakemm terġa’ tiġi lura It-tbissima fuq xufftejk. Alfred Grech 25/05/2022
- Get link
- X
- Other Apps
Xi Trid Nagħtik? Xi trid nagħtik biex terġa’ ’l-fuq terfagħni Sbuħitek tiżboq saħansitra x-xemx Dirgħajk iftaħli biex tilqagħni għandek Fit-telfa ta’ tqanqil li bħalu mhemmx. Xi tridni nagħmel, nogħola fuq xi sħaba Ta’ surtek tifrex mant imxellel ħjut Biex nerġgħu lura għal ferħ mingħajr indiema Bħal gawwi jtir u lura għal fuq ix-xtut. X’inhu l-prezz li għad irrid inħallas Sabiex ikolli lilek għal ftit ħin? Impinġu kwadri u jibqa ta’ tifkira Jibqa’ mudell li jservi tul is-snin. U jekk jien minn ġo l-arka lilek nibgħat Ħamiema bajda tgħidli qbadniex l-art Għax issa drajna ngħixu l-bogħod mill-kotra Ġo maltempati u ilma li dardart. Alfred Grech 21/05/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Fejn Tridni Mmur. Fejn tridni mmur? Għaliex inħobb nitajjar ’l-fuq mis-sħab sakemm is-sema nilħaq, U niġi lura u ngħid x’qaluli l-kwiekeb, U wirt tassew inħalli qabel nitlaq. Fejn tridni mmur, fl-ispazju li jesgħani? Dan l-univers wisq ċkejken biex fih nimraħ Bil-ħsieb ta’ moħħi il-fwar tal-fantasija U għalhekk inħossni fqir u qatt ma nirbaħ. Ankrat hawnhekk fiċ-ċokon ta’ dil-gżira, Miżmum mill-ħjut bħal tajra ttir tal-karti, Bit-tama illi għad inżid fil-għoli Iżd’hawnhekk bqajt, fil-ħemda ta’ kamarti. Alfred Grech. 20/05/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Irrid Inħaresd Lejk. Irrid inħares lejk talinqas għal darb’pħra Sabiex l-imwieġ li tqajjem intiisiru bħax-xintilli Jinbidlu f’musbieħ il-lejl xħin naħbat ningiref. Ibeżżgħani l-imgħoddi tiegħek Għax jagħmlek int min int U mhux biżżejjed titlob maħfra Għax il-maħfra dejjem tingħata Iżda l-korrot maħfra ma jitlob qatt. Kien hemm żmien li konna ngħidu Baqa’ żmien biex naħsbu fuq hekk Iżd’issa ż-żmien li nibdew naħseb Għax il-waqt jinsab fil-qrib. Bil-kemm inżomm f’wiċ l-ilma ta’ nifs il-ħajja Li niżlet fil-qiegħ u dallmet dak kollu Li fis-sabiż kien ifakkarna U bqajna ngħumu nistaqsu għaliex. Alfred Grech 19/05/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
La Titlef Qatt Is-Sebħ Ta’ Jum Xbubitek. La titlef qatt is-sebħ ta’ jum xbubitek Taf tmiss is-sema bla ma tmiss is-sħab Imbagħad b’għajnejk titbiegħek bla ma timxi U tibqa għaddejja bla ma tmiss it-trab. La tiddejjaqx iċċaflas f’art imxarrba It-tama titlef qatt fi tlugħ ix-xemx, Għax il-burraxki jħarrku l’ilma qiegħed Jekk taqta’ qalbek fittex fejn ma hemmx. U jekk jinħtieġ, bħas-sriep il-ġilda biddel Biex lanqas ma tingħaraf minn kulħadd U r-rotta dawwar jekk fejn inti sejjra Taf żgur li għadu qatt ma wasal ħadd. U qis li lanqas titlaq jew titbiegħed Għax l-ispettaklu hawn u ilu mwiegħed. Alfred Grech 18/05/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Aktarx Li M’Għadnix Niflaħ. Aktarx li m’għadnix niflaħ Il-qawwa tal-kurrenti, Għalhekk ta’ kull filgħodu Uġigħ jixpakka l-menti. It-toqol ta’ jum ieħor, Il-baħħ tal-eżistenza, ix-xejn li qed infittex fi ħdan l-omnipotenza. Aktarx li m’għadnix niflaħ It-telgħa tal-kalvarju, It-toqol li nġorr miehħi U t-tul ta’ dal-binarju. Għalhekk f’dil geġwiġija Nistaqsi liema xorti Tefgħetni f’dan l-ispazju Li ħadd ma jissaporti. Biex bnejna kemm il-torri Ħattejna bini ieħor U dorna d-dinja kollha U bqajna bħal ħaddieħor. Aktarx li m’għadnix niflaħ ’L-bogħod aktar inħares Is-seħer mar u telaq Itiehem kollox qares. Alfred Grech 17/05/2022
- Get link
- X
- Other Apps
Agħtini Jum Ieħor. Jum ieħor tal-inqas, jum ieħor agħtini biex nongħos , ninħeba, nistaħba min-nies Jum ieħor fil-hemda ta’dari biex negħreq Fis-serħ bla nistenna jew noħlom fis-skiet. Jum ieħor fejn nimraħ jew naħrab xi ħarba Nitmiegħek , nitmattar fix-xejn ta’ bla żmien Jum ieħor niġġenneb nitgħażżen bla toqol Biex għada nisfida lid-dinja bis-sħiħ. Jum ieħor ħa ninsa dak kollu li għedna Dak kollu li ġmajna dak kollu li ġbidt Dak kollu li konna bis-sabar fassalna Inkella fassluli bla jiena ma ridt. Ħa noqgħod nixxengel u ngħodd waħda waħda Sekondi, minuti, t-tellieqa bla ħin Li qatt mhu se jgħaddi bħal mewġa fuq oħra Ħallata ballata munzell fuq xulxin. Agħtini jum ieħor dak kollu li ftehemna Jistenna, jitwettaq xi darba ‘l-quddiem Dak kollu li wiegħdna nipprovdu darb’oħra Inkella jistenna fid-dlam ta’ bla tmiem. Jum ieħpr agħtini. Alfred Grech 16.05.2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Jien Kont Hemm għal kemm il-darba. Jien hemm kont għal kemm il-darba U issa li rġajt ġejt fejn kont M’għandix is-saħħa li ndawwar ir-rota Li nerġa’ nqajjem l-irwiefen U nofoħ l-uragani. Jien kont hemm għal kemm il-darba U t-tmiem naf kif ser ikun Għalhekk illum ħalluni waħdi F’din ir-rokna Nonfoħ il-bżieżaq. Alfred Gech 13?05/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Agunija. La n qas l-ispon ża mgħaddsa fil-ħall u l-morr Ma nduq sabiex intaffi xi ftit minn dan l-uġigħ Ta’ min hu msallab. Fis-sensi kollha tiegħi irrid ngħaddi mid-dlaminijiet ta’ lejl ir-ruħ, mil-gandotti u l-vijadotti, mill-parkeġġi u minn fuq il-qċaċet ta’ bini li jrid jogħla il-fuq mis-sħab minn kull xtajta lilhinn mis-sens ta’ fejn hemm Il-wied ta’ dell il-mewt Għajnejja ġebel iebes Rasi xkora ramel. Għax hekk biss inkun naf li qiegħed ngħix u noqrob xi ftit lejn il-konfini ta’ bla waqt sakemm dan l-univers li mhu xejn għajr ħares jiżloq minn ġismi bil-ħeffa tal-għawwiem li jofroq Mewġ il-baħar li miegħu sar ħaġa waħda. Hekk xi darba għad jirnexxieli naħrab l-imxija ta’ dinja tgħum fl-uġigh u fil-mibgħeda fis-skiet ta’ kwiekeb li jnisslu ftit tat-tama. Ikun xħin ikoll kemm aħna nixorbu n-nar li jnaddaf il-vojt tagħna li nistgħu ngħidu li qed ngħixu għ...
- Get link
- X
- Other Apps
Milqut l-Għasfur Li Jaqa’. Milqut l-għasfur li jaqa’ fl-art imweġġa’ U ninsa’ jkolli t-titjiriet tal-anġli Iżd’inti tibqa’ l-ħsieb sigriet li jlibbes Inkella jneżża’ l-moħħi xħin jiftillu U fix-xewqat moħbija iżda mqanqla Int tkun iż-żiffa riħ ta’ kull tqanqila Li trid tgħatti bil-veli trasparenti Issir tmellis taż-żiffa fuq il-ġilda Fis-seħer inkarnat imbagħad tinqabad. Alfred Grech 11/05/2022
- Get link
- X
- Other Apps
Għalaqt il-bieb u t-tifkiriet ħassartli Għalaqt il-bieb u t-tifkiriet ħassartli Li miegħek kont iġġorr li bħal fanali Fi dlam ta’ din il-mixja jsiru kwiekeb. Għalaqt il-bieb u jisgħobik bil-bosta Waqtiet fil-vjaġġ ta’ ferrovija għamja Bħal ġugarell idur fuq il-binarji F’ċirku vizzju sakemm il-ħabel jieqaf. Ja ħalliem, għaliex kull darba tieqaf U ma tarax lilhinn miċ-ċpar li jaqa’ Sa issa għandek xorti illi temmen Li t-tmiem jinsab il-bogħod u ddom kemm tista’ Ġabriet ta’tifkiriet għanjiet li jtennu Waqtiet li qatt ma tinsa jibqgħu jidwu. Alfred Grech 10/05/2022
- Get link
- X
- Other Apps
Imqar Jekk Qed Nitbiegħdu. Imqar jekk qed nitbieg ħ du B id-dawl tal-imtaqqlin Inħossni negħereq waħdi Bl-għajnejn tal-imdawwlin. Imqar jekk jisgħobija Ħallejtek f’nofs ta’ triq Il-mixja tkun ta’ waħdi Mgħobbija sogħoba u dieq. Għax laqas biss f’wiċċ l-ilma Is-sewwa ma naraw Bil-ħsejjes tal-kanuni Il-qirda jisparaw. Issaltan biss il-ġidba Fil-firxa tax-xnigħat Tal-ħrejjef li jissarfu Fis skużi għal kbarat Alfred Grech 07/05/2022.