Posts

Showing posts from June, 2022
Image
  La Terġgħax Lura.   La terġgħax lura qatt iżjed Għal fuq l-istess fergħa Inti li ttir u tħobb Iżżur mill-ġdid l-istess inħawi Għax darek hi f’kull post Li jista’ jsejjaħ ismek.   La terġasx lura għall-istess tema Għax kull ma tgħid jiqras u jindara U s-sewwa jibda jitlef l-ilwien tiegħu. Iżd’inti ġwenħajk tad-deheb Mur tir il-bogħod kemm tista’ Il-fuq mill-qċaċet ta’ did-dinja Fejn iż-żernieq jidher sabiħ Fejn għad tkun tista’ tikxef Art għammiela aktar minn dal-gżejjer Inkella xi oasi f’nofs deżert Fejn jgħammru mingħajr qerq U bla mistħija Dawk li ta’ madwarhom jagħmluh ġenna.   Alfred Grech 30-06-2022.
Image
  Int Ukoll Bint L-iħirsa.   Int ukoll bint l-i ħ irsa , il-ponn t’idek tiftaħ Ħa tħalli bħax-xintilli kwiekeb jaqgħu Inkella tiżboħ l-aħmar fuq it-tila Fit-tarf  ta’ jum inin ta’ sema sajfi. Int dehra bla sustanza bħal xi ħolma Biex tgħinni nderri dawn il-jiem li fadal Ukoll suġġeritur f’dan it-teatru Bla palk li fuqu  ngħix traġikummiedja Ta’ bla kopjun.                    Int tgħinni mbagħad insalpa Bħallkieku tal-punent kont il-kewkba tiddi Jew tgħinni mingħajr boxla ninnaviga Lilhinn minn fejn ix-xemx tmur biex tinħeba   Int li sirt fissazzjoni, il-bog ħ od ħ udni Il-bogħod mit-tentazzjoni illi nagħmel Mill-iħirsa monumenti li jibqgħu.   Alfred Grech 28/06/2022.
Image
  Jien nixtieqlek.   Jien nixtieqlek l-għodwa t-tajba Nerġa’ nibda’ mnejn ħallejt Ħelwa l-għanja li nintona Fuq il-kordi li missejt.   Rifsa waħda u terġa’ tibda’ Fit-tfittxija ta’ kuljum Melodija matutina Biex kull mibdi jkun mitmum.   Xtaqt ngħannilek bħall-għasafar Bħal poeti b’vers mexxej Ir-riħ jinfoħ żiffa ħelwa Ta’ kliem sieber bħall-għannej.   Fil-misteru jien ħaddantek Tas-sbuħija f’dawl għajnejk Xħin titbissem jien nintrefa’ Tiddi x-xemx fuq dawl ħaddejk.   Alfred Grech. 27/06/2022.
Image
  Aljenati.   Aljenti fuq xarbank li nirkbu ta’ kuljum Biex b’hekk iż-żmien għaddej Bla ma nintebħu.   Baħar li jegħleb bil-mewġ tiegħu Kull twemmin Kull pilastru U kull irmiġġ li miegħu konna norbtu l-eżistenza tagħna biex toħroġ xi tifsira ta’ dak li nagħmlu jew naraw iħallu blugħa fil-moħħ u l-qalb ta’ min tassew irid iqum min nagħas u jibda’ jaħseb.   Qisa partita din fuq art imballta Bejn id-dilettanti Nitpaxxew u nistennew Biex naraw x’ser ikun Ir-riżultat.   Alfred Grech 23/06/2022.
Image
  Sakranazzi.   Trid tisker biex tinsa’ li qed tg ħ ix Sabiex ma t ħ ossx il-qilla tat-toqol I ż - ż mien g ħ addej minn fuqek Li qed bil-mod il-mod jilwik U jg ħ aww ġ ek gan ċ.   Għalhekk ħriġt barra mill-merħla Bdejt nimraħ f’dan il-vajaġġ Pellegrin bla passaport Barrani mingajr identita’ Bla ma naf fejn nista’ nasal Meta tlift is-skiet u l-ħemda U l-infinit imtela Bil-ġenn u l-għajjat tal-folla.   Le ħabib, Tlifna s-skiet u l-ħemda Fejn stajna nimirħu u ndubu Fejn stajna nkunu aħna U mhemmx skuża għat-taħwid Li sibna ruħna fih. L-agħa u l-għajjat tal-folla rebaħ U int ukoll ħriġt barra minn sensik U l-għabex ma baqax ħabib Inżul ix-xemx m’għadux il-ġenna Jew jiftaħ is-siparju Biex mmissu l-kwiekeb b’idejna.   Minflok missejna l-qiegħ Innawfragajna fuq l-ewwel skoll. Le sieħbi Dan huwa vjaġġ li joħroġna barra mill-merħla Li joħroġna barra miċ-ċirku Tal-kumdita u ta’ kuljum Ta’ dak li naf...
Image
  Naħħ’ Oħra Mhemmx.   Ma jibqgħalekx biex tiftaħar Ħrift u r-rix waqgħalek kollu. Ħarist f’għajnejn il-mera, naf, Iżda xħin idejk daħħalt fil-ħalq tal-verita’ Dan baqa’ sieket. Ma jibqgħalekx biex tifktaħar l-gidba għextha kemm il-darba imqar jekk teatrin qat ma rreċtajtu bqajt waħdek fuq il-palk mingħajr id-dawl tar-rifletturi mingħajr udjenza. Ma jibgħalekx biex tiftaħar, Ċħadt lill-kulħadd Bħalma ċħadt lilek innifsek.   Għalxejn tagħtini tort Int bħali tagħmel Xħin tħares il-bogħod Lejn xefaq qed jitbiegħed Bin-nuċċali tax-xemx.   Taqdef kemm taqdef Ġo baħar it-tama Qatt mhu se tasal Għaliex naħħ’ oħra mhemmx Mhemmx skoll fuqhiex tinkalja Mhemmx xtajta fejn tista’ tistrieħ.   Alfred Grech 22/06/2022.
Image
  Ikkalpestat Taħt Iż-Żraben   Meta tintemm din il-ġrajja Bħal kull rakkont ieħor Li għandu mid-dramm dramm li jintemm Bil-mewt tal-prim karattru; Meta l-hena u s-sliem huma biss Oasi f’dan il-vjaġġ; Meta tispiċċa din l-istorja Li konfini m’għandhiex Għandha biss il-barrikati Tiġrib u tfixkil Ta’ minn għadu ma sabx In-niċċa tiegħu: Ilsieni jitqal U ma nafx liema talba nista’ nagħmel Il-kliem isir frak u żrar Ikkalpestat taħt iż-żraben.   Alfred Grech 20.06/2022.
Image
  Nawfraġju.   G ħ ax hekk qalulna Ner ġ g ħ u nib n u lilna nfusna mill-ġdid Wara li nkunu w’qajna minn jaf Il-kemm sular U jgħidulna li b’dan il-madmad fuq spallejna Il-madmad tal-ubbidjenza Tal-konformita’ Nistgħu nibdew mill-ġdid. Sadanittant iż-żmien għaddej U tlifna l-ferrovija.   Il-madmad li tgħabbejna fih Il-madmad li trabbejn fih Il-jasar il-ġdid tagħna Ħalli jgħidulna U aħna nemmnuhom Il-ħajja tista’ tkompli U għada jisbaħ jum ġdid. Hekk biss isseħħ il-ħolma Hekk biss in-narrattiva Hekk biss l-illużżjoni Tridimensjonali. Hekk biss in-nawfraġju Ma kull skoll li miegħu niltaqgħu.   Alfred Grech 18/06/2022.
Image
  Russi.   Għax jekk iż-żmimijiet li qiegħdin fihom Iqallbu ta’ tat fuq kull ordni qiegħed Itennu dak li ġara f’sura ġdida Tissejjaħ profezija kif imwiegħda.   Snienhom urewna bil-qilla u bil-kefrija Isawwtu ‘l-min hu dgħajjef jew jiqfilhom Wirtu n-nisel tas-slavaġ u tas-slavi Tennew is-saħta   ta’ min ġie qabilhom.   Ħalluna għal ftit żmien fis-sliem u s-sabar Kif issa drajna nrawwmu dak li żrajna Il-bogħod mit-tixlijiet ta’ ġlied u ħerba Is-sebħ inħallu għal dawk ta’ warajna.   Alfred Grech 18/06/2022
Image
  Jekk Tasal Għad Xi darba.   Jekk tasal g ħ ad xi darba Fil-ħajja ta’ kuljum Tistaqsi l-mistoqsija Hux hawn hu posti llum.   Jekk tħoss ġo fik id-dwejjaq Xħin tħares minn fejn tlaqt Fi triqtek terġa’ lura U tiżen dan il-waqt.   U tħoss li bniedem ieħor Stajt kont, illum mibdul Għax kantuniera b’oħra Stajt dort għax kont mifxul.   Qagħad tisma’ minn ħaddieħor U domt m’għamilt il-pass Jew bżajt li stajt tintilef U tagħmel xi frakass.   Tibżax għax mintix waħdek Mijiet u eluf ta’ nies Qed jagħmlu xogħol mhux tagħom U l-oiena tkun bla qies.   Imbagħad li jifdi kollox Għax tibqa’ aljenat U tilqa’ mbagħad l-isfida Fis-sakra bħal sfrattat.   Alfred Grech 17/06/2022.
Image
  Tħalliħx Jaħbilek l-Għada   T ħ alli ħ x ja ħ bilek l-g ħ ada Li jista’ jkun a ħ jar Aktarx lilhinn mixxefaq Tiddilek kewkba a ħ jar.   Tħalliħx jaħbilek l-għada Id-dlam ta’ xjista’ jkun Il-biża’ li tispiċċa’ X’imkien fejn ma tridx tkun.   Tħalliħx jaħbilek l-għada, Għax għada ma nafuħx, Għalkemm l-imħabba mietet U l-ward li qtajt ma jfuħx.   Tħalliħx jaħbilek l-għada Dan ħares ta’ bil-lejl Xitan li xħin tmidd idek Issib li ma fiħx kejl.   It-togħma tibqa’ qarsa Fid-dlam ta’ lejl ir-ruħ U jdum ma jisbaħ għada Iżd’ int qatt m’int mirbuħ.   Alfred Grech 16/06/2022  
Image
             Unmovable            Never try to dissuade her She will never change her mind Never try to dismantle The structure that was raised A thousand times Throughout the years   She has become a statue now Unmovable from her plinth She speaks another language And was born under a different star.   She is unmovable and unchangeable And she only can grow old She was not the one who haunted you She’s become a locomotive That   will never change the track.   Alfred Grech 14/06/2022.
Image
  Thetis. Erġa’ ħares f’għajnejja U għidli li mhemmx għażla l-ilħna mill-bpgħod m’għadhomx isejħu jew ħajja mitluqa ta’ mħabba f’dirgħajk inkella l-għarfien tal-eroj li jiġ mal-mewt.   Mara li tibdel surtek U tħares fil-tul fil-qiegħ ta’ kull għodwa Ġo baħar bla xefaq taħt sema mitbuq Xi tkun dik il-qawwa li tbexxa fuq il-ferħ U r-rieda li nasal sax-xifer tas-sies?   Erġ’għidli l-ġejjieni marbut ma tmiem il-ġrajja Fil-glorja li tikber fit-tifkira mal-milja tas-snin Jew l-għożża ta’ mħabba ta’ dik li   m’għadiex.   Qawwija l-ħuġġieġa li ħarrqet il-ħatab. Jien ġbarthom il-bċejjeċ x’ħin tlaqt u ma ġejtx. Għalina li ħolmna s-sabiħ dil-ħajja Xejn ma tiswa’ u sakemm inti tibqa’ moħbija Jien mhux ser naqra iżjed dwarek.   Alfred Grech 13/06/2022.
Image
  Jista’ Jkun.   Jista’ jkun li qatt daqs illum ma ħassejtha ix-xafra tinfed bla ma ntbaħt min huwa l-għadu Bla ma ntbaħt min hu x-xitan.   Jista’ jkun lil d-duħħan taċ-ċifċifogu Qered ukoll it-tifkira tal-midfen mingħajr mafkar. Iżda inti kont hawnhekk miegħi il-ħin kollu Fit-tmellis taż-żiffa riħ li tqajjem tkexkixiet Fil-għana tal-għasafar, fl-ilwien ta’ kull qawsalla U fil-fwieħa tal-ward iħeġġeġ f’nofs Ġunju Qalb il-bini tal-konkrit u t-toroq tal-asfalt.   Iva int hawn kont tagħġen il-ħolm tiegħi Biex tgħidli meta għandi nistejqer U nqum min-ngħas tal-bruda.   Ibqa’ hawn u la titbiegħedx U ibqa’ qajjimni f’nofs ta’ lejl Bħas-sentinella tal- qui vive .   Alfred Grech. 12/06/2022 L-anniversarju mil-mewt ta’ Valerie.