Posts

Showing posts from November, 2020
Image
  Ningħalqu Fina Nfusna.   Meta din il-manija sabiex nibnu Kull fejn insibu tgħaddi u jispiċċa L-għatx għat-tidwir, li nsawwru bla ma naħsbu Xi jkun l-effett fuq min se jiġi wara? Bħal-għadda uragan u minn fejn għadda Xejn għajr tħarbit, tifrik, desolazzjoni. Meta l-lublieba   mxajtna biex inkerrħu U nisfiguraw wiċċ id-dinja tgħaddi Bħalma tgħaddi s-sħaba li ċajpritilna Dak li naraw bil-lenti ta’ mamonna X’ġejjieni jibqa’ għalina u għal uliedna? X’ser jgħidu ta’ warajna? Kienu boloħ? Iħarsu biss sal-ponta ta’ mneħirhom? Issa x’ser nagħmlu xħin jitlaq il-gawwi Għaliex roqgħa art ma sabx fejn jista’ jbejjet? U x’ser jiġri xħin il-wegħeda tal-bżieżaq Li jintefħu u mbagħad jintefħu sa jinfaqgħu Kienet biss frott tal-għażż u l-illużżjoni? Uliedna ma jistħuniex għaliex id-dinja Kif kienet ma jafux qabel ġew huma Xbigħat in-nostalġija xejn ma jgħidu. Iħabbat il-baħar mal-blat u jkarwat L-ajru fuq dawn il-gżejjer avviliti U aħna b...
Image
  When We Danced Together.   When we danced together We never thought the music would ever stop All we wanted to do is dance And so kept dancing on and on Only the dance kept us alive But the music would some day stop And we kept on dancing.   Alfred Grech 28/11/2020.
Image
  158.   Il-ħolqien tiegħi għandu minn tal-beraq, Iroxx qtar id-dmugħ, jonfoħ fwar il-għaraq Fi-terrimot li jgħeżżeż bla ma jġarraf Biex tieqaf ftit u tidħol ġo qoxortok. Il-ħolqien tiegħi tqil, tqil wisq biex terfgħu Imwieżen fuq il-krozzi biex jitħarrek, Minn qiegħ l-abbiss tal-baħħ araħ jirxoxta Biex ma l-oħrajn jitmiegħek u jistgħadar. Bħal meta qalbek teħber, u int bla sabar Tkun trid minn ġismek toħroġ u tittajjar Biex tislet mill-qawsalla lewn minn tagħha U terġa’ mal-bnedmin bil-ferħ li tħabbar: Ferħan għax tad-divin għollejt il-velu U mort lilhinn mix-xefaq u rġajt lura.   Alfred Grech 27/11/2020
Image
    Nistaqsu minn fejn ġejna.   Nistaqsu minn fejn ġejna, Nistaqsu fejn sejrin Ġo din l-għadira mdardra Hemm jiemna magħdudin.   Ilkoll noħolmi ħolma U lkoll hekk imjassrin Mingħajr ma qatt nintebħu Bis-swat tal-argużin.   U tul dil-passiġġata U tul dal-ħmar il-lejl Inħaddnu bla ma nafu Abbiss li hu bla kejl.   Alfred Grech 26/11/2020.
Image
  X’Qed Tistenna?   X’qed tinsetenna Li nintrassu aktar b’dan l-irbit? Oħroġ barra fil-miftuħ u igħidilhom Li mhijiex il-pandemija li toqtol Mhux il-mard li jikkalzra Iżda min jinqeda bihom biex aktar jaħkem.   Għandhom arma biex iferu X’qed tistenna? Afda ruħħek fis-seħer tal-għodwa Erħi lilek innifdsek fi ħdan l-abbiss Jien bħalhek irrid noħlom U xejn ma jiġri Jekk naqa’ għal darb’oħra U nbieħ ruħi lil ħaddieħor lix-xitan li ma nafux.   Alfred Grech 25/11/2020
Image
  Lil Oliver Friggieri.   Hekk toħroġ il-karba xħin jieqaf is-sider tiela’ u nieżel Għaliex imbagħad il-ġisem ma jiflaħx Iġorr it-toqol tar-ruħ li ħaddnet l-univers U sawwret dinja ġdida. Għaliex mingħajr in-nar li ntefa’ qajla tista’ tkebbes u ssaħħan dak li nħema. U jien irrid inżid tiegħi Mal-ilħna li sellmulek għall-aħħar darba.   Kliem jien m’għandix biex inlissen It-toqol tat-tifsira,tat-telfa. Xi tkexkixa ġġib il-mewt?   Niftakar meta għallimntni   ngħolli s-siparju U nċarrat dak l-istar li ħeba tant misteri Iċ-ċpar li ma kien xejn Iċ-ċpar tal-perċezzjoni.   Int għentni wkoll insib it-triq li kont tlift ilu U nġonġi t-trufijiret biex nerġa’ ninseġ L-ilwien evanexxenti ta’ tela dejjiema Imbagħad insewwasq bdejt il-gliegel Tal-ilma ġieri Li ħareġ min-nixxiegħa Li jien ma stajtx inżomm, Li ħadd ma seta’ jżommu.   Int kont il-kewkba ta’ filgħodu tnebbaħ Qawmien ġdid ta’ trasfigurazzjoni U...
Image
  157.   U hekk qatt ma sturdejt bit-tentazzjoni Fid-dawl tar-rifletturi f’nofs l-arena Bil-lejl fid-fdawl tal-qamar solitarju. Kont naħseb u nistaqsi miexi waħdi Għax bqajt nagħnniha l-għanja ta’ tfuliti U naf li mhemmx għafejn iż-żifna nisfen Minn tal-oħrajn jinagħfu l-passi tiegħi U xtaqt li nimla s-sema b’ħafna kwiekeb. Fid-dlam tal-lejl xħin sibtni qiegħed waħdi. Int ġejt hawnhekk tistaqsi kif nitbandal Sirt taf ukoll għaliex żammejt iċ-ċiera Żammejt ukoll ir-ritmi li bdejt bihom Sabiex xi darbs għad ninftiehem nibda’ Għaliex bqajt hawn u għaliex m’għandix ninbidel.   Alkfred Grech 23/11/2020.
Image
  Din Hija L-Għanja.   Din hija l-għanja tiegħi mank tingħaraf mill-ħafna għajjat u mit-tgeġwiġ tal-folla, u tista’ wkoll tqabbilha ma xi ħanqa ta’ ħmar li qatt ma qorbot lejn is-sema.   Din hija   l-għanja tiegħi qisha karba li ħarġet minn ġox-xquq ta’ qiegħ l-abbissi tad-dlamijiet li jtennu u jirriflettu dal-vizzju li rrid ngħix, din l-ossessjoni.   Din hija l-għanjafqira ta’ min ħaseb li jista’ jbiddel ftit mit-togħma qarsa li tħalli wrajja x-xemx li titla’ u tinżel u tħalli radda twila ħżuż il-ġrajja.   Alfred Grech 22/11/2020/
Image
  20.11.2020.   You are like the poem that was lost among the papers You pop up when least expected To make me happy. In the long run All we try to do is keep the pace In the ambivalence of an monastic trip Or the life of a nomad. But you know that in the end That is all that you can get Because there is always someone Who does the talking Or someone else who speaks through you.   I still have your smell in my hair, And the clothes carry your perfume And then wonder what it is That make things happen.   I could partake in our erenity If only you knew how I feel And that I wanted an excuse to depart But the moment was so brief.   You can hide behind the mask With the absurdity of what you are And the obscenity of a pandemic But they would still know who you are.   We make parabolic someraults to eplain what we mean And tell myths to become inscrutable But the bad one will always reign. To day ...
Image
  Għarwiena u B’Saħħitna.   Għarwiena u b’saħħitna nistgħu nintellqu U ninġarru mill kurrenti tal-impulsi. Jien nibda mmur infittex fil-ħolm tiegħi Bl-imfietaħ li jiftħu tiegħek Biex nibda sabiex nifhem Il-maltemp li hemm bejnietna.   Għax meta għandi ruħi li tħobb timraħ Bħal friefet fuq il-ward Insib lilek żunżana turini t-triq U t-telgħa tal-kalvarju.   Għax meta għandi ruħi tħobb tittajjar U togħola ’l-fuq mis-sħab Insib lilek tifqagħli l-bużżieqa U ssammarni mal-art, Ir-ruħ li tgħanni u tiżfen Iżd’int ma tgħidli xejn Lanqas temminni.   Alfred Grech 19/11/2020    
Image
  U Xi Ftit Ninsa’.   Quddiem il-maqdes tiegħek Intiehem aħjar frott il-fwieħa U kull tingiża tal-musmar Tniffed fil-laħam il-ħaj. Mhemm xejn xi jżommni f’dan l-irbit Għajr is=seħer aljenanti tiegħek. Imbagħad nintilfut-tnejn   fil-kurituri Ta’ dħaħen ir-ruħ Ta labirint imdallam Li jżomm l-illużżjoni ħajja. Huma ħafna li jixtiequ jduqu Minn din it-tuffieħa tad-dnub Il-frotta maġika Iżda jiena niġi ħdejk biex ngħaddi l-ħin U xi ftit ninsa Li qiegħed ngħix.   Alfrred Grech 16/11/2020        
Image
  Ximkien .   Imqar xħin isir il-ħin il-purtelli jibqgħu magħluqin sakemm jisbaħ għaliex id-dawl jibqa’ ma jgħaddix u trid id-dawl biwx tara tikteb.   Fid-dlam nistgħu nimxu iżda għajb għalina jekk jitfaċċċa merżuq dawl, jinxtegħel fanal jew taqa’ kewkba li juruna t-triq u nibqgħu ma narawx.   Ximkien ukoll insibu tarf ta’ din l-assurdita’ ts-sokor fis-setgħa u r-regħeba.   Alfred Grech 15.11.2020.    
Image
  Il-Lejla Hawn il-Baħħ.   Daqs mewġa gravitazzjonali Tħalli tqanqil fil-wiċċ seren Tal-oċean ta’ ħajjti U tibqa’ bħal ħsieb Imxeblek ma l’għanqbuta ta’ moħħi Jew meta naħtaf bejn idejja Il-ħolm li nkun insejt Il-ħsieb li qed tgħix issa U taf b’dak kollu Li għadu ma ġarax. Bħal meta taqra’ l-poeżija Kulħadd iċapċap U ħadd ma jkun fehem xejn Inkella li nħallik sabiex turini U lanqas naf xi tkun qed tgħid Għax dak li tara int Jien mhux qed nara.   Il-lejla hawn il-baħħ Għaliex in-nies qed tibża toħroġ Bħal dak l-għarib li bnewħ in-nies U emmnu fih Il-lejla hawn il-baħħ U m’hawn xejn għajr ħsibijiet Li jiġġerrew min ħara għal oħra.   Jien ukoll nilbes il-maskra Biex ma ningħarafx Jew ma nitteħidx Jew ma ninfettax. Jien qed nifga mhux bil-mard Iżda bil-qtugħ in-nifs Ta’ dawk li hawn madwari.   Alfred Grech 14/11/2020.
Image
  Adrift.   You will drift away Like flotsam nad jetsom And you will be lost among the many voices And I will no longer listen To what you have to tell me Nor try to ecxplore your shopping bag.   Ours was another rung in the ladder That takes you above the skies Becuase there beyond the skies You have always been unreachable.   Alfred Grech 13/11/2020.
Image
  If You Have Found.   If you have found a reef on which to stand on Hang on to it By the time you reach the top You will be without   energy By the time you get entlightened You would have lost your beauty By the time I reach the treshold You would have already changed And what I was searching for Would be no longer there.   So we are not separated By the distance nor by the years We are separated by history And the soil on which we grew, Those years that we have lived On borrowed time The time of sensation and fragmentation.   Alfred Grech. 12/11/2020.  
Image
  Jista’ Jkun.   Jista’ jkun hemm sinjali li għandi nagħraf U nagħrfu jien miniex Għax l’ebda triq mhu qed twasalni sa ħdejk Nittama biss li jekk inġorr din it-tifkira Xi darba għad nista’ nasal għandek. Għidli xi tridni nkun u jien insir Għidli xi tridni ngħidlek u jien ngħidulek Għidli xi tridni nagħmel u jiena nagħmlu M’hemm ebda qadi li ma nagħmilx Mhemm ebda ħila li ma nitgħallimx Jien nista’ nintilef mingħajrek Imm’inti ħdejja ma tkun qatt U huwa ż-żmien li jżommna mbiegħda Mhux id-distanzi Għax meta kont qiegħda hawn Jien mank tajt kasek. Imbagħad nistaqsu għaliex m’aħniex nitjellmu Għax xejn m’hawn sewwa ġo dan il-kwadru.   Alfred Grech 11/11/2020.
Image
  Il-Kafe’ Toxorbu Waħdek.   Il-kafe’ tixorbu waħdek U waħdek tmut Il-bogħod mill-pandemija Fil-baħħ tal-ħsibijiet bla ħsejjes Il-bogħod min-nugrufun U l-profanazzjoni ta’ dak kollu li tista’ tara. Iżda kif għad issib tarf id-dinja? Bħal meta tgħid issib lilek innifsek Tidħol f’qoxortok Tħares fiss fil-mera U ma tilmaħ xejn Ix-xejn bix-xejn jitwieżen. Jekk tmur lil hinn mhix xefaq Issib l-irdum Hemmhekk fejn tmur tinħeba x-xemx Biex qatt ma tlaħħaq magħha Biex terġa tibda. Il-kafe’ waħdek tixorbu Il-bogħod mill-għajjat tal-folla.   Alfred Grech 10/11/2020
Image
  Żifna.   Iridu lkoll niżfnuha din iż-żifna Ta’ dak li hu inkella jista’ jkun Ta’ dak li ma kien qatt inkella ħlomtu F’dan l-univers jinfirex bħal miġnun.   Din żifna li jiżfnuha n-nibbiexa Ta’ ħaġa kontra l-oħra fl-istess waqt Ta’ min itir ’l-fuq mis-sħaba u jerġa’ Lejn l-art għaliex imkien mhu bħalma xtaqt.   It=toroq kollha minnek qed jitbiegħdu ’Mma jiena xorta waħda sibtha t-trieq Għax għad irrid inkun profeta tiegħek L-għannej tal-isbaħ għanja kif tixtieq.   Il-ġrad li ħela’ żmienu fit-tfittxija Tal-għada illi fettxu u t’ bla ħsieb U mbagħad xi jgħaddi s-sajf u trid titnikker Jien nerġa’ niġi ngħanni wara l-bieb.   Alfred Grech 09/11/2020.
Image
  Imbagħad Tiskanta.   Imb agħad tiskanta għaliex inħossuna mbuttati mill-mewġ u l-ħalel tat-tempesti. Ma  ċedejniex għax  għadda ż-żmien minn fuqna jew għax saħħitna qiegħda tnin.   Ċedejna għaliex it-telgħa kienet wieqfa għaliex ir-riħ jinsulentana għaliex waqajna kemm il-darba u m’għadniex nifilħu nqumu.   Jien stagħġibt kif lanqas int ma ntbaħt li s-siegħa waslet u bqajt għaddejja bħallikieku xejna ma ġara.   Alfred Grech 08.11.2020.