Xita Dan dmugh Din mhix ix-xita Id dmugh igelben Ix-xita traxxax Id dieq jinsab fuq kollox Imkebba fi shab minghajr raguni Taht xemx li ma tiddix Ningarru mill-widien li jgherrqu lit-toroq taghna Dan dmugh mhix xita U swied il-qalb Alfred Grech 28/11/2021
Posts
Showing posts from November, 2021
- Get link
- X
- Other Apps
Inti Li qiegħda Tħares . Inti li qiegħda tħares lejja Tistenna ċaqliqa Ma tirriflettix bħal mera Bħal baħar bnazzi jbus is-sema Lanqas turini dak li hu Trid terfa’ l-ankri u ma tistax Trid ittir mingħajr il-ġwienaħ Trid tiġi f’ħoġri U taf li ma niflaħx Trid terġa’ tara l-kwiekeb. . . It-toqol tiegħek hu mistħajjel Il-ferrovija telqet U bqajt ma rkibtx Tista’ teħles mill-imgħoddi Tinża’ ħwejjġek U tgħidli int min int U jiena ngħannqek. Alfred Grech 30/11/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Id-Dlam jiblagħni. Id-dlam jiblag ħ ni Irrid nikteb dak li naħseb Iżda lanqas naħseb U lanqas niket li tixtieq taqra Nikteb dak li nħoss. Jieħdok għall-għarrieda Dak li trid taqra’ Iżda mingħandi xejn ġdid Għax lanqas nissorpendi Iżda r-ritmi hekk jinħtieġu U d-drawwa li jien nikteb U issa qed nikteb Mhux dak li stennejt Tara? Bdejt nissorprendi. Alfred Grech 29-11-2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Jekk Tibqa’ Tiela’ ‘l-fuq. Jekk tibqa’ tiela’ ‘l-fuq Għad tilħaq saħansitra l-kwiekeb U tibda’ tara kolloxx idur bik. Nogħla kemm nogħla qatt mhu se nilħaq ‘l-għoli tiegħek Sirt bużżieqa mimlija arja. Nogħla kemm nogħla Is-sema mhux ser nilħqu U minn dan l-għoli kollu Mhux ser nagħraf wiċċ minn ieħor. U ma naħlifx jekk insibx xi paraxut Biex ninżel ħelu ħelu. Nogħla kemm nogħola Mhux ħlief inkejjel l-irjieħ bħal animometru Inkella xi pinnur Li jbiddel fehmthu. Alfred Grech. 27/11/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
ImqarIx-Xquq. Imqar ix-xquq tas-saqf bdew jitwessgħu U s-sħab li kien għaddej infetaħ jibki F’ta’dak il-ħin it-telfa qed jintilef U naħsbu li kull darba qed noqorbu. Noborxu s-sħab bil-ħolm imbexxaq tagħna Id-dellijiet jitwalu, id-dlam jinkina, U qiegħed fl-istess keffa bħal ħaddieħor, Għajnejja magħluqin għall-li qed jiġri. Jekk għadni ma missejtx is-sema b’idi Talinqas l-atterraġġ ikun ftit artab. Alfred Grech 26/11 2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Dak Kollu Li Qed Nagħmel. Dak kollu li qed nag ħ mel Biex nibdlek f’xi ħ addie ħ or, U ni ġ ri f’ kull mog ħ dija U ma żġ ar mhux b ħ all-ie ħ or. Biex ngħaddi għal darb’oħra Minn fejn kont ngħaddi dari U f’daqq t-triq intilfet U int malajr sirt rari. Għax int tlaqt jew jiena X’aktarx li tliftha qablekż Mal-kantuniera daret l-imħabba li tixraqlek. Illum it-triq tlifniha Illum ma tridx tkellimni, Iż-żmien kien li bidilna Xi darba għad tidfhimni. Alfred Grech 25/11/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Min Jaf? Insibni ngħidlek kliem bla ma naħsibhom Xi ħaġa’ illi titlaq bla ma żżommha Bħal drawwa li titrabba bla tintebaħ U f’daqqa ruħek sibt f’baħar imqalleb. Min jaf kienux għajnejk qed inebħuni Inkella dawk xuftejk ta’ bla tbissima Min jaf jekk hux inħabbat rasi qiegħed Mas-seħer tat-tqanqil ġo baħar ħiemed. Alfred Grech 24/11/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Lil Lana. Il-ksur infetaħ ġol irdum imkennen Nebbieħ żernieq li qatt ma stenbaħ waħdu ix-xemx tistaħba mhux għax tistħi qabel ma terġa’ tqum f’sessik, tkun taf fejn qiegħed. Tista’ tgħoxa bis-seħer tas-sbuħija f’għejbien ix-xefaq, min fejn stajt tittawwal taħt il-ħmura ta’ sħab li qatt ma jdellel l-iżraq fil-baħar ħiemed . . . Alfred Grech 22/11/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Dan Jista’Jkun. Dan jista’ jkun il-vjaġġ tal-fantasija Jew vjaġġ lejn dawk l-imkejjen infernali Sussulti ta’ bejnietna u maltempati Inqbadna imbagħad f’nofs uragana papali. Dan jista jkun il-vaġġ f’xi odissea Tinbixa’ ta’ bla ħsieb u bla tifsira Ridt biss naf kif in-naħħa l-oħra jolqtok Ir-raxx tal-baħar f’maltempata kbira. Kull mewġa li taħsilni terġa’ ġġibni F’sensija, qabel nikxef il-purtiera Ta ’ x’hemm, ta’ x’ma narax, ta’ x’jista’ jiġri Jekk jiena ma nibqax ġo dil-filliera. Kull meta timbuttani jfisser l’inti Trid terġa’ lura miegħi wara l-kwinti. Alfred Grech
- Get link
- X
- Other Apps
F’Dak Il-Waqt Li Ma Tafx. U f’dak il-waqt li ma tafx Jekk hux ta’ ferħ jekk hux ta’ dwejjaq It-tħeddida tiegħek issir taħbit mal-bieb Ta’ barra u jiena naf li jekk nażżarda Niftaħ iġorni r-rambaġġ. It-taħrikiet tiegħek Biċċiet tal-poeżija li ma tqanqalx Dak l-uragan li dari kien Ikaxkarni miegħu. Int ħsieb maħrub li jerġa’ lura U jibqa’ jirrikorrri Għax hekk inqum jien ta’ kull filgħodu Infittex il-kliem Kif nista nfissrek. It-tnejn li aħna nimxu wara l-leħen Li ma jinstemax mingħajr ma nafu Kemm aħna qrib xulxin. Jista’ jkun li nibża’ minnek Inkella leħni ma jwassalx. Iva tista tgħid li missejna Lil xulxin iżda mbagħad Int issaħħart u ntlifna Fl-abbissi ta’ kuljum. Alfred Grech Ż17/11/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Meta L-Bibien Jinfetħu. Meta l-bibien jinfetħu Toħroġ hi, diva mitlufa U fid-dalma ta’ lejl ħiemed Tidher kewkba mhix magħrufa. Meta l-bibien jinfetħu Tbexbix il-jum jistagħna Bid-dija ta’ xemx oħra Biex ngħidu: Alla magħna. Meta l-bibien jinfetħu Mhemm xejn li jista’ jżommok Tarbija li titwieled Tkun int li tmut fuq ommok. Hekk naħlu t-tnejn li aħna Il-ħin fil-passiġġata Mhemm xejn li jista’ jxekklek Jekk mhux il-ħsieb tal-għada. Alfred Grech 16/11/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Kif Stajna Nobsru. Kif stajna nobsru qatt Li m’a ż niex fit-triq tal- ġ enna Li żż ellaqna fuq ż ur ż ieqa Li twassal biss sa ġol-abbiss? Jien nikteb dawn il-versi Li bihom nistħajjilni qed inkellmek U nħoss id-dehxa tat-tmellis Fil-qiegħ tal-eżistenza. Imbagħad nitħajjlek tatwaġġ Mitub kullimkien fuq ġismi Biex b’hekk nista’ naqrak il-ħin kollu. Alfred Grech 15/11/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Sokor. Imqar l-għana sar il-vizzju Malajr teħles mit-taħwid Jew il-morsa li qed tgħafas U l-munġbel li qed iżid. Tagħmel kollox barra taħseb Fuq li hu u fuq li ġej, Għax il-ħin igerrem dejjem U titħabat! Dan għalfejn’? Iżda n-nies hekk qed jinġarru Mal-kurrent tal-ilmijiet Ta’ ġot-toroq b’ħalba xita Xħin tinfetaħ is-smewwiet. Mela jekk għal xi waqt wieħed Taqa’ d-dalma, swied il-qalb, Ibda għanni, ibda qabbel Jew inkella nfexx fit-talb. U jekk għad xi darba tieqaf Għax mill-ġdid spiċċajt fit-tajn Mil-ġdid erġa’ l-muża sejjaħ Qatt ma tinxef dina l-għajn. Alfred Grech 13/11/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Meta Jdejja Waqfu Jmellsu. Għax issa sirt riga Fin-narrattiva tiegħi Għax issa sirt werqa Li timbela’ mill-art xħin taqa’ Inqum min-ngħas kull meta Fi mniffsejja tasal il-fwieħa tiegħek U meta fi ħsiebi tibda’ tiela’ Tarġa tarġa tat-tron li ħejjejtlek. U meta tersaq qrib inħossok Tiġri ġewwa l-vini. Jien issa ankrat għax naf Li ma nistagħax induq aktar Mill-ikel tal-allat l-ambrosia li ħbejtli fi Ġnien l-Għeden meta idejja waqfu jmellsu. Alfred Grech 11/11/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Jien Xtaqt. Jien xtaqt li kelli l-ġwienaħ tal-għasafar Sabiex intir u mhux ankrat mal-art. Jien xtaqt li kelli l-ħsieb ta’ xi filosfu Biex mhux indur u nfittex qalb l-iskart. Jien xtaqli kelli flus kemm jasa’ ġildi Biex nibni torri ieħeor ma li haw’ Għax issa saret moda illi tibni U ngħid li jien spekulatur bħal daw’ Alfred Grech 09/11/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Jekk Int Iġġor Valiġġi. Jekk int iġġorr valiġġi Li huma tqal għalija Kif tridni nibqa’ naqdef Fit-tul da dit-tfittxija? Kif tridni jdejk inżommlok Jew nilmaħ il quċċata Li fuqħa trid li nasal Bit-ġieħ li int jistħoqlok Jekk int iġġorr it-toqol Tal-bieraħ li jifliġna Ma nafx kif sejrin naslu Sal-bieb li minn ħriġna. Alfred Grech 08/11/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Il-Ġrad li Baqa’ Jgħanni. Ġiegħeluni l-kutrumbajsi ninsa’ wiċċek lanqas li kont bla ħwejjeġ tittajjar fuq xi xkupa biex tara kif hawn isfel in-nies tgħeda inkella tara kif tilħaq xi kewkba. Ġiegħelni int għal ftit waqtiet liż-żmien għaddej ninsieħ u ħsibt li rġajt mill-ġdid bdejt tiela’ t-telgħa sakemm imqar il-ġwienaħ li selliftli inħallu u ntbaħt li sal- quċċata qatt ma nasal. Għalhekk hawnhekk nintasab taħt dan il-ħajt biex ngħanni l-għanja li biha biss nista’ insir bħal ġrad li baqa’ jgħanni mqar fix-xitwa. Alfred Grech 07.11.2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Mhux Hawnhekk U Issa. Bħallikieku l-Imgħoddfi se teħles minnu Ma taqleb qatt il-folja u ssebbaħ il-jum Għalxejn il-qrar Imqar jekk ħlejt ħajtek u żmienek Tfittexk it-triq lejn l-infern. It-triqat tagħna ma jiltaqgħux Hawnhekk u issa. Int trid terġa’ titwieled mill-ġdid U jien irrid insir ħaddieħor milli jien X’aktarx xi ħadd li qasam miegħek Il-pont tal-biki Jew xi ħadd li ħlomt bih. Iżda ma jistax ikun hawnhekk u issa. Alfred Grech 06/11/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Idejn Imċappsa. Kif tgħid li għandek f’idejk imċappsa Bid-demm ta’ taħt it-terrapien Ta’ mitt kantun Tal-konrit li jgħaffeġ qalb il-krib Lil min hu ferut il-muftieħ tal-ġejjieni. Għalxejn tistaħba mill-ħars Ta’ għajnejn l-isqra Dawl ix-xemx bħar riflettur Fid-dlam il-lejl jisiltek mill-bqija. Qatt ma terġa’ tingħaqad magħha Dik li telqet u taret mar-riħ Bħalma jtir il-kosbor. L-ingann inqala’ minn wara l-purtieri Li ma fetħux Bl-irrumblar ta’ nġenji qattiela Li jgħaddu mnejn iridu Li jimlew kull fejn isibu. Aħna spettaturi ħatja U siekta għal ġenb tat-triq. Din hija l-karba tal-innoċenti Din hija l-għaġna tal-prepotenti. Alfrd Grech 03/11/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Fix-Xejn Nintilef. Imqar jekk jiena mimli għadab Għalija nnifsi, naf li għada Jerġa’ iġarrabni l-ħsieb nebbiexi Il-molla li tiġbed u tispara. L-ewwel trid toqgħod attenta Li ma tweġġax Imbagħad tmur fuq ix-xifer Mingħajr ma taqbeż. Minn tiegħek baqa’ biss is-simulakru Taż-żmien li għadda Għaliex f’idejja m’għandi xejn U xuxtek tmelles biss il-fewġa tal-grigal Xħin dan jimtela’ bis-sogħba. Jien twelidt fix-xejn U fix-xejn irrid nintilef. Alfred Grech 02/11/2020