Posts

Showing posts from December, 2022
Image
  Ħallini Dalgħodu.   Ħallini dalgħodu mitluf minn sensija Ħallini dalgħodu nixxejjer mar-riħ Ħallini nistaħba fis-susa ta’ moħħi Ninħeba, niskappa u ndub minnifiħ.   Ħallini dalgħodu għax l-aħħar tas-sena Biex noqgħod hawn waħdi u ndomm il-waqtiet, Tal-ferħ u tad-dwejjaq u nara liem’ l-aktar Se jniżżel id-dafar fost dat tifkiriet.   U nifraħ bil-bosta jekk qalb din id-dieqa Li fiha filgħodu nistenbaħ kuljum, Inxejjer bandiera u l-jasar jispiċċa U lura nirxoxta u inqum bla ma ndum.   Ħallini dalgħodu mit-tieqa ta’ ħajti Jien narmi dak kollu li ġabni tallab, Dal kollu li jtaqqal, dak kollu li jfixkel U fl-għana nifexx, u ntir fuq is-sħab.   Alfred Grech 31/12/2022.
Image
  Iżda Jekk Idejk Ittawwal.   Iżda jekk idejk ittawwal Sabiex   li lili tkun salvajt Tista’ tgħum il-baħar kollu Bla ma llili kkuntentajt.   Jekk idejk int għad ittawwal Aktarx negħrqu aħna t-tnejn Int rid taqsam il-bosk kollu Bla ma tgħaddi taf minn fejn.   Dan hu l-bosk tas-solitudni Illi fih hemm ħafna uħux Ħafna bjar fejn tista’ taqa’ Ħsejjes koroħ għal min trux.   Hemm kampnar li jgħolli rasu Hemm il-ħmura ta’ ħaddejk Hemm qanpiena li ddoqq ħlejju Tisma’ d-diwi ġo widnejk.   Għidli mela kif se nagħmlu Biex fil-ħofra ma naqgħawx Hemm il-biża’, it-tentazzjoni U t-tiġrib li ma narawx.   Alfred Grech 30/12/2022.
Image
  Tredden.   Tredden, tredden tredden Imma xejn minn dak li tgħidli Ma jiċċarali moħħi. Kull filgodu ċċempilli u tistaqsini Għaliex sirt mutu. Tredden, tredden, tredden U dak li tgħidli ġa għedtuli kemm il-darba Titlaqni fis-solitudni tiegħi Imbaħħar f’oċean bla xefaq Navigatur etern fl-immensita’ universali Fil-wileġ mistħajjel li kien artna tal-imgħoddi Flimkien għamilna dil-passiġġata Li trid biss wassal għal tarf it-triq Imbagħad ma jibqa’ xejn Il-baħħ jiblagħna Il-baħħ jimbuttana biex nerġgħu Nibdew mill-ġdid. Tistaqsini u ma nafx inwieġbek Nistaqsik u ttenni l-istess mantra Jien noqgħod nilgħab bis-susa qadima ta’ moħħi U qatt ma noħroġ mill-qoxra tal-bebbuxu. Jien ma nibqgħax jien U nsir ix-xebħ mistħajjel tieghi stess Inħares fil-mera u nibqa’ nilgħab Bil-moħbi bl-għanqbut Attur ta’ dramm li jismu mħabba.   Alfred Grech 29/12/2022.
Image
  Tiġġieled għalxejn.   Tiġġieled għalxejn mal uħux U ċ-ċpar ta’ fuq l-għajnejn Li bih tistembaġ filgħodu Id-dieqa hemm tibqa’ U għalkemm  tinsa’ għal xi waqtiet It-terrimoti u s-sussulti Jibqgħu iriegħedu s-sinsla Ta’ ruħ imbezza’. Akbar mill-uġih tat-tqala Uġih ir-ruħ meta ebda merżuq dawl Ma jfiġġ minn sema trapjantat F’xi presepju. Xħin tagħraf biss l-abbiss Tfittex twemmin li jista’ jqanqlek Li tista’ tinbidel il-kundanna Għax xejn min xejn, trab kont, Għax il-kundanna hi wħda biss Ma tinbidilx U tafha sew Għax giet minn qabel Il-wasla tat-tmiem U xħin tasal min ser inewwel id? Min ser jeħilsek mill-abbiss? Minn se jsalvak minn nawfraġju? Tittama biss li din ma kienetx Għajr ħolma mill-oħrajn U li l-qlub tajba tal-bnedmin Iħejju triq tas-slavazzjoni. U xorta waħda bid-dmugħ ġo qalbi Infaqqgħalek tbissima.   Alfred Grech 27/12/2022.
Image
  U Jista’ Jkun Li Drajna.   U jista’ jkun li drajna, Dis-sodda tal-imsiemer U nistħu jew nitolbu Quddiem dad-destin kiefer.   Infittxu kewkba ġdida Fuq sema li jiddaħħan Ġo lejl ta’ ksieħ u sirda U xefaq li jittappan.   U waqt li tgħid li tħobbni Ninfexx fis-sabiħ tiegħek Fis-suq tal-apparenzi Imbagħad nintilef miegħek.   Mhux żgur milli qed ngħidlek Mhux żgur sa fejn se naslu Ninxteħtu f’din l-għadira Li fiha t-tnejn ninħaslu.   Biex nara xi tkun tfisser l-imħabba fl-istennija kull darba tgħid li tħobbni u nara x’hemm ġo fija.   U nagħrbel lili nnifsi, Jew noqgħod hawn ngħannilek Fuq sodda tal-imsiemer Fis-skiet nistenna lilek.   Alfred Grech 26/12/2022
Image
  Sejħulhom.   Sejħulhom ħa jiġu Mir-rħula tal-qrib Biex bħalna u magħna Kull wieħed isib,   Sejħulhom ħa jiġu Mill-ibgħat ibliet Jaraw u jisimgħu Il-ġrajja is-skiet.   Ħalluhom ħa jdoqqu Il-qniepen fil-bogħod Il-bxara ħa jħabbru B’leħinhom jirtogħod,   Għax dan hu jum wieħed Ta’ sena l-għaddiet Fejn nerġgħu niġġeddu Fil-ħemda u fis-skiet.   Fuq tiben f’maxtura Imkebbeb għal ksieħ Tarbija li biddlet Il-ħajja bis-sħiħ.   Alfred Grech 25/12/2022.    
Image
    Mank Biss Tistaqsi X’Tagħmel   Mank biss tistaqsi x’tagħmel Fil-biża' kull xħin tqum Iċċedi u tħalli jgħaddu l-iwiefen ta’ kuljum.   Mank tfittex li tkun ħieni Il-ħajja tagħmel bik, Jekk int trid tgħix il-ħajja Mur tagħmel li jiġik.   Issib li l-maltemp għadda U siket l-oċean Ir-riefnu waqaf f’daqqa U tgħidx kif ikun dan.   Alfred Grech 23/12/2022
Image
  Fejn Hu Wiċċek?   Fejn hu wiċċek? Illum inħares fiss f’għajnejk U nerġa’ naqra dak kollu Illi inti biss qed tifhem.   Fejn hu wiċċek Erġajt mort lura tfittex Il-passi mnejn għaddejt Li ma jwasslu għal imkien.   Imqar jekk il-kaskati ta’ tifkiriet Ma jxebbgħu qatt ix-xmara ta’ tamiet li tferra fl-oċean tat-tnisssija.   Fejn hu wiċċek? Jien nerġa’ naqra dak kollu Li inti stess tridni nkun naf.   Int fhimt tassew It-tweġibiet taż ruħi U ġrejt qabilhom Biex issa sibna Dak li aħna t-tnejn Xbajna minnu Wara li fittixna Qalb l-għalqa tar-rifjuti.   Alfred Grech 22/12/2022.
Image
  Iljuni.   Iljuni issa sirna Bil-bixra ta’ bnedmin Infittxu l-priża tagħna Bla nagħżlu min minn min.   Iljunu ilkoll feroċi Ġo xagħri ta’ taħwid U skirna xħin fittixna U issa sibna l-ġid.   Iljuni bla kuxxjenza Mingħajr l-għafsiet ta’ qalb B’difrejna twal nisolħu Lid-dgħajfa u lil-fqar.   Iljuni bla kuxjenza U qalb mingħajr tingiż Nifirħu xħin nisolħu Liċ-ċkejken u l-għażiż.   Din hija s-saltna tagħna F’dil-medda ta’ ħaxix Li sar deżert ta’ ġebel Konkrit mingħajr tinqix.   Alfred Grech 21/12/2022.
Image
  Imqar Li Mmis B’idejja.   Imqar li mmiss b’idejja l-g ħ era tal- ħ olm u l-frug ħ a li tg ħ araf il-qalb ikun il-bidu ta ħolqien ġdid.   Imqar li kelli l-miftieħ Tal-ħlewwiet il-feħma Mitluq mal-kurrent fuq mewġ il-baħar Mingħajr it-tmun U mingħajr l-ankra Pellegrin ta’ mingħajr saqaf Ruħi ssir narrattiva Poeżija ta’ ħafna strofi Mingħajr rima u mingħajr ritmu Ta’ ħwejjeġ li jiġru Li xejn m’għandhom x’jaqsmu Ma xulxin.   Alfred Grech 20/12/2022.  
Image
  Bojod U Suwed.   Bojod u suwed ir-rigi Mat-tul tal-fanal Raġġ dawl ma tmiem il-jum U hekk tkun tista’ tagħraf Inkella l-art tibilgħek. Imqalleb il-baħar ta’ moħħok U tibda taħseb li Fi nżul ix-xemx ta’ ħajtek Ma baqax gawwi jittajjar fuq l-ixfar Jisfida l-mewġ u l-qilla, Lanqas xi ġifen li jfittex Il-wens tal-qala tiegħek. Hemm biss irdum Jaqtagħlek nifsek U xefaq li jfakkrek Safejn tista’ tasal.   Alfred Grech 17.12.2022
Image
  Bla Fejda Aħna.   Bla fejda aħna f’din il-bitħa Immiddu riġlejna wara d-dell tagħna Nistennew il qanpiena ddoqq Nonfħu l-fenomeni tal-ħrejjef Li minnhom hi magħmula Il-ħajja tagħna ta’ kuljum U jkunu l-iskuża l-għaliex Għandna nibqgħu induru Bħal ħmir tas-sienja.   Fenomeni aħna Tal-għaġeb Intellgħu lill-allat Fuq l-għolja ta’ Olimpu U ninżlu għarkubtejna Nadurawhom Huma li xejn ma jimpurtahom Mit-tiġrib u minn dak kollu Li jgħaddi mingħalina.   Alfred Grech 16/12/2022.
Image
  Fejn Wasalt? Kont għaddej bir-ritmu tiegħi Kont għaddej u ma kontx ngħid Dak li ssoltu jgħid ħaddieħor Kelli xorti li rġajt ġejt.   Kien jum ieħor bla tifsila F’dak il-jum fejn ma jsir xejn Tgħid għaliex nittajjar fl-għoli U bqajt dejjem bejn ħaltejn?   Tgħid għaliex nittajjar fl-għoli U x-xemx lili ma ħamlitx Jew inkella għax kont ħati Ta’ xi dnub li jien m’għamiltx?   Jew inkella soqt bla rażan Xħin insejt minn fejn għaddejt Jew inkella fejn kont sejjer U ebda traċċja ma ħallejt?   Issa xħin waqaft mill-ġiri Fit-telieqa jiena m’għadnix Xi ħadd jista’ lili jgħidli Fejn wasalt? Jew baqagħalix?   Alfred Grech 14/12/2022    
Image
  Għaddejjin.   Għaddejin Imqabbda f’xulxin Imriekeb tal-bnazzi Bil-qlugħ miftuħin.   Bil-ħarsa ffissata Tal-kewba fis-sema Noħorġu mid-dalma Bid-dawl ta’ xi xema.   Biex nerġgħu inqumu Bl-istes sturdament Tax-xorb illi xrobna U nisħtu l-mument.   Għaddejjin Mil-wied imkaxkrin Miblugħa f’belliegħa Imbagħad msjuqin.   Alfred Grech 15/12/2022.  
Image
  Ipparaliżżat   Ipparaliżżat It-toqol ma ġġorrux Trasfigurat Il-firda tixwik fuq gradilja Id-dawl tan-naħħa l-oħra Hu aqwa mill-ġibda Li għandi lejk U x-xmara tkaxkar Li kull minn jinxteħet fiha U tgħerqu.   Ipparaliżżat Għax ħaddtni għall-għarrieda Għax ġibtni bejn ħaltejn Kull firda ċċarat Il-laħam il-ħaj U int ħaffiftli t-traġitt Biex nitlaq bla ma niġi lura. Ma nafx kemm nistgħu nibqgħu Ninfdu d-dlamijiet Bid-dmugħ iġelben Fuq ħaddejna.   Alfred Grech 13/12/2022
Image
  Imwieġ F'Deżert.   Imwieġ f’deżert mudlam dak biss li tara Mit-tieqa ta’ fanal minn ġewwa tromba Li tkabbar dak li hu għall-kemm il-darba.   Imwieġ u dellijiet fuq sema mċajpar Bla qamar u bla kwiekeb illi jiddu U fin-nuqqas dardir artijiċjali Quddiem Hera li troxx ħalib fi triqtha Waqt waħda mill-mixjiet glorjużi tagħha.   Imwieġ ta’ deżert fil-kjaroskur ta’moħħi Hekk biss nikkuntemplaħ jien il-ġejjieni Raxx tal-ħalib u kwiekeb jgħidu s-sewwa Inkella xi tirjira minn ta’ Pindar.     Alfred Grech 11/12/2022.