Posts

Showing posts from August, 2023
Image
  Indeweqek .   Indewqek il-benna tal-għasel, Il-fwieħa tal-ġilju fil-wied, Titjira ta’ seħer il-għodwa, Biex togħla ’l-fuq fis-smewwiet.   Indewqek id-dehxa taż-żiffa, Il-bewsa tal-baħar ir-raxx, Il-fewġa lubiena f’Novembru, Ħuttafa tittajjar fil-baxx.   Indewqek il-frotta maqtugħa Mis-siġra tal-Għeden il-mit, Imbagħad issir għarfa u titlaqni Biex timraħ fil-baħħ infinit.   Indewqek il-qtar tal-ambrożja Li biha jitrejqu l-allat, Indewqek is-sokor tal-għeneb Mal-beraq tal-ajru nkurlat.   Alfred Grech. 31/08/2023.
Image
  Niġġerra Għal Xejn.   Niġġerra għalxejn u naqbeż fuq gradilja li taħtha n-nar jixwili jixwili qiegħ saqajja; nipprova għalxejn biex toqba f’dinix-xibka Insib,   u minnha darba għal dejjem naħrab.   Għax dal-fantażmi huma wild in-nebħa; mostri li ħloqt u tajthom nifs il-ħajja; aħjar ma bdejtx niġġerra f’kurituri ta’ labirinti bla ma naf fejn sejjer.   Għax stajt ukoll intajjar tajr l-imgħoddi biex nerġa’ nqajjem dik is-sensazzjoni li tlift, li saret ħolma tan-nawfraġju Biex kull ma jmur insir anakroniżma.   Aħjar li ma ħtaft xejn il-waqt li jsaħħar u emmint li riħ ta’ siegħa jnaddaf qiegħa Għax hekk il-ħolm li noħlom sar delirju U kull filgħodu l-baħħ jiċċassa lejja.   Alfred Grech 30/08/2023.
Image
  Ħolm .   Ħolm imnaqqas fi-ġebel Kif l-għanja titla’u tinżel Mar-ritmi feruti ta’ poeta mutu. Imqar jekk kont l-isfinġa Ta’ bla żmien ta’ bla eta’ Kont nibda’ nemmen fl-għera tal-bjuda Fejn tegħreq r-ruħ Bħalma jegħerqu l-aħħar xintilli Ta’ kwiekeb jiġġerrew bl-addoċċ.   Imbagħad fuq il-linji sfukati Tal-ibgħat xefaq niflu sewwasew kull mafkar Li jfakkarna fiż-żmien li ma sraqniex Fil-mirja jbiddlu kollox fis-sabiħ U fl-alluċinazzjoni tal-eqdem mistoqsija . . .   Sinfomija li tibqa’ mhix mitmuma.   Alfred Grech 27/08/2023.      
Image
  Mhux Jien Kont.   Mħux jien kont il-gwardjan Li kien iħares b’dawn l-għajnejn Mit-tieqa tal-fanal Jinterċetta s-sinjali Li ġejjin minn min qiegħed Fit-tiġrib, fit-tbatija, jew qed jegħreq.   Mhux jien kont li ġarrejt fuq spallejja It-pis kollu ta’ kull ħtija Kell meta s-sireni bdew isejħu U jien bqajt qatt ma ntrabatt Mal-arblu tal-bastiment li qed iġorrni.   Mhux jien kont il-prim attur Tar-rakkont li mqar illum Jixbaħ ħafna tal-imgħoddi l-miti Sewwasew għaliex huma tal-imgħoddi.   Mhux jien kont; Jien kont biss l-ispettatur Li jħossu ħati.   Alfred Grech 25/08/2023.
Image
  Stennejtek.   Stennejtek bħal xemx tiela’ kull filgħodu, Fil-limbu, mimli ħedla u ta’ bla saħħa; Imqar jekk ta’ kull darba f’dit-tellieqa Kont it-tellief xħin tħares minn din-naħħa.   U issa li ġejt hawn fuq din ix-xtajta Biex nikkuntempla l-ħares li nġorr miegħi, U nogħnos ġewwa d-dlam ta’ mingħajr ir-ritmu U npinġi fuq is-sħab id-dwejjaq tiegħi.   Stennejtek li ser tiġi mqar dalgħodu Xħin l-aktar kont ninħtieġ il-faraġ tiegħek, Biex nogħodos ġewwa l-qalba ta’ xbihetek U b’ħarsa u fuq il-mewġ iġġorni miegħek.   Alfred Grech 24/08/2023
Image
  182.   Ma stajna nifhmu qatt il-ħlieqa x’kienet Li niġu hawn interqu f’din il-plajja Jekk nafu li ta’ nżul ix-xemx l-indiema Tħallina ta’ kuljum bit-togħoma morra. L-għorrief il-kbar li ġew sabiex jgħalmuna ma siktuniex u lanqas taw tweġiba bqajna hawn weħidna niflu kull tħaqqiqa U minn ġol-labirinti l-leħel jidwi Loppju divin itaffi dwejjaq ruħna sakemm ribelli sirna kif mistenni u bdejna naħsbu b’moħħna u nagħrfu s-sewwa għax il-ħelsien hu toqol li trid terfa’ tagħżel minn rajk, ma tħalli ’l-ħadd ibiddlek u toħroġ jekk jinħtieġ mill-merħla ’l-barra.   Alfred Grech 20/08/2023
Image
  181.   Ikun in-nar li jixwi fuq gradilja, Jew dak il-ħruq li jobrom ġol-istonku, Il-magma ħierġa tfawwar mill-kraterji Ta’ xi vulkan mill-qiegħ tal- homo sapiens .   Xi tkun il-qilla ta’ kull min jibgħatlek Is-saħta f’dagħa u krib mingħajr tifsira, Min min qatt biss ma mess id-diwi tegħek Dik l-arpa li stunat mal-mess tas-swab?.   Mingħajr id-daqq tat-trombi din tasallek Fil-Ġnien tal-Għeden, xmara tat-tnissija Fejn kont iddur żugraga mal-irwiefen U fil-misteru jostor dell is-seħer.   X’jgħidula din? Mibegħeda? Nkella Ħażen? Dell tqil li joħroġ mill-infern tal-bniedem.   Alfred Grech 18/08/2023
Image
  Titkebbes Xrar.   Titkebbes xrara Xħin tibda’ tifhem it-taħdid tal-ward U l-fwieħa tal-inċens u l-hwejjeġ ta’ bla isem. Jittella l-lukkett U l-bibien jinfetħu beraħ Biex jgħaddi l-uragan U l-iwiefen ta’ Oelu. Il-poeta jfittex pinna Biex jaqbda il-mewġa Fix-xibka tal-ħolm. Imma l-versi jinkitbu weħidhom Għax hu jibqa’ spettatur Iħares.   Alfred Grech 17/08/2023.
Image
  Ma Stajtx Nemmen.   Ma stajtx nemmen kif ningħalaq F’ta’ did-dinja l-ħabs krudil, Meta stajt, nittajjar, nogħla Xejn ma seta’ jkun hekk tqil.   Xħin ta’ seqer kelli ġwienaħ Stajt nittajjar fuq is-sħab B’hekk insir għasfur tal-passa Mhux nitmiegħek qalb it-trab.   U stajt dort madwar id-dinja Dan bla xkiel u dan bla rbit, Bqajt hawnhekk ġo din il-gaġġa Nerġa’ noftoq dak li nħit.   Meta ntbaħt li xħin irmewni Jien stajt nitlaq, nibda ntir, Ħieles sirt, fil-beraħ nogħla Taħt das-sema ikħal nir.   Alfred Grech 14/08/2023
Image
  Biex iġġiegħel.   Biex iġġiegħel il-kwiekeb li jaqgħu Biex iġġiegħel il-qamar biex jiddi Biex toħroġ u tislet rbissima Fuq wiċċ it-tfajliet sbieħ Il-kliem biss mhux biżżejjed. Jinħtieġ il-qabża fid-dlam Jinħtieġ lli temmen fil-beraħ U togħodos fl-infinit. U jekk ma tkunx dil-kewkba Li nnewwillek Għad tkun oħra fis-sema nfinit.   Alfred Grech 14/08/2023
Image
  Hekk Biss.   Hekk biss Xħin l- g ħajnejn iduqu Ir-raġġi tad-dawl verġni Ħiereġ mid-diadema tal-qaddisin Jew l-ilsna tan-nar it-tnebbieħ In-nar divin imqieghed fil-vojt ta’zokk tal-busbies li l-poeta jsir ir-rifessjoni Bħal mera msadda ta’ ruħ imdejjqa. U l-ebda traqqih mirqum kemm hu mirqum Ma jista’ jrodd il-qawwa tal-waqt li jibqa’ għal dejjem.   Hekk u hekk biss l-għajnejn ta’ bniedem huma x-xiedha tal-isplendur tal-kuruna dehbiena li titqiegħed fuq il-qurriegħa tal-magħżul biex iwelled il-għanja li ma tmut qatt.   Prinċep tal-kwiekeb Għajnejħ fuq is-sħab Ankrat bil-ktajjen tal-eżistenza.   Gawduh il-fosfru Fiddien Li jarmu imsiebaħ il-lejl.   Gawduħ sakemm għadu d-dlam.   Alfred Grech 13/08/2023
Image
  Imqar ‘Kk Ma Nitkellmux.   Imqar ‘kk ma nitkellmux   il-le ħ en tieg ħ i Int t għaraf kull x ħ in nikteb poe ż ija, Fid-dlam li hemm bejnietna stajt ti lmaħni U hekk s irt taf li jiena mhux b ħ al ħ addie ħ or .   Kien hemm il-baħar jaqsam ta’ bejnietna, Iżd’int waqajt mis-sema u ġejt ġo ħoġri, Jien bżajt li mqar hawnhekk mhux ser ninftiehmu, Għalkemm it-tnejn imdawwra madwar mejda.   Jien stajt nissinkronizza l-arloġġ tiegħi Mal-ħin tiegħek: iżd’int dlonk bdejt titbissem. Kont taf x’ser ngħidlek qabel ma ftaħt ħalqi U jiena fhimt li kellha tkun darb’oħra.   Alfred Grech 10/08/2023  
Image
  Nerġa’ Lura.   Iva nerġa’ lura lejn Itaka Inġorr iż-żiffa tal-grigal Għax waħdek ma nħallikx.   Warajja jtellqu l-mewġ li jikkumbati L-iwiefen tan-nawfraġju Il-għana tas-sireni l-imħabba ta’ kull ninfa U l-miti li jserrħu l-imħuħ.   Warajja nħalli rima bir-riħa t’elf mitt warda U l-qilla tal-allat.   Int tkun għalija l-kewkba feġġa Li taqsam deżert ir-ruħ.   Jien nibqa’ biss poeta Li ħolom id-divin U ħaddan il-kwiekeb jimirħu Biex ngħidlek dak kollu li xtaqt tisma’ Fi kliem ġdid.   U jekk inti ukoll ma tibqax tarafni Nibqa’ l-ħrafa Ta’ wieħed li ssielet mal-allat.   Alfred Grech 09/08/2023
Image
  Id-Dmugħ ta’ San lawenz.   Stennejn lil xulxin Taħt sema mimli kwiekeb Parata ċelesti u doċċa ta’ qtar sieket. Tkelllimna u ntbaħna   Bid-dmugħ ta’ ferħ Fuq ħaddejn is-smewwiet. U dawn waqtiet lil bqajna niftakru.   Kont għedtli: Kull kewkba li taqa’ hi xewqa moħlija Fesfistli f’widnejja xi ħaġa moħbija Kont għedtli: Il-kwiekeb li jaqgħu tamiet li jaħarbu Inkella dan tagħna hu ħolm li jittajjar.   Iż-żifna tagħna hi poeżija kosmika Ta’ faraġ das-skiet u d-dlam ta’ bejnietna.   Alfred Grech 08/08/2023.
Image
  La Tiġix ’l-Hawn.   La tiġix ’l-hawn Mingħajr ma tilbes kappa Għax minn hawnhekk   Żgur ħadd mhu ser jiskappa.   U tiġix ’l-hawn Iġġibx id-dadi tiegħek Għax id-destin Jitwieled dejjem miegħek.   Dawk il-waqtiet Ta’ dieqa u ragħwa bajda Huma t-tberfil Tal-baħar wara sajda.   Imma ruħek bħal baħar Għax dejjem hemm ix-xrara Imqar jekk kulħadd sieket Ma tiskot qatt u dejjem jibqa’ x’tara.   Alfred Grech. 02/08/2023.