Minflok Te Deum. Minflok Te Deum nintona Nunc Demittis għax fl-ebda żmien li jien niftakar ma nħoloq xkiel bħal dan għar ruh li trid tintrefa’. Qegħdin inħammġu l-beraħ li jeħbrilna. Qiegħdin nimlew ix-xejn b-imwieġ imniġġsa. Qiegħdin inħallu t-toqol tad-draguni jgħaffiġna bl-iskuża tal-imxija, L-ispaga qed jiġbduha l-innominati minn wara l-kwinti għax fl-ebda żmien li jien niftakar ma konna marsusin daqshekk ġewwa qoxritna Imbiegħda minn xulxin mingħajr saħħet in-numri imbeżża minn xulxin għax se nittieħdu imċaħħda milli nkunu għalenija imċaħħda minn min hu għażiż għalina fil-biża’ tal-ġejjieni d-dlam ta’ moħħna u l-ebda dawl ma jiddi fi triqatna u lanqas tisma’ jidwi leħen ħieles li fit-tbexbix tas-sebħ hu wild it-tama. Alfred Grech 31.12.2020
Posts
Showing posts from December, 2020
- Get link
- X
- Other Apps
160. Tħallat man-nar li ħaraq lilu nnifsu Das-sentiment li għandu minn tal-baħar, Fl-immensita’ tal-beraħ bla konfini F’leħħet il-ħsieb ileqq bħal-qtar tan-nida. Miegħi iddur fil-ħemda ta’ filgħodu Xħin għadhom siekta l-ħsejjes infernali Tal-makni jiżverġnaw din l-art għammiela Biex niktbu nerġgħu dak li lkoll nixtiequ Fuq fwar il-ħġieġ imtappan bin-nifs tagħhna. Ejja miegħi, mad-dellijiet lejlija Iħirsa bla ma nħallu ’l-min jarana, Dan huwa sentiment li rridu nferrxu Is-sentiment li jwelled poeżija. Imbagħad fuq ġwienaħ l-għana t-tnejn nimirħu Niltaqgħu nerġgħu f’għadex it-tifkira. Alfrd Grech 30/12/2020.
- Get link
- X
- Other Apps
Kimera. Spiċċa l-imbid li bih jien kont inderri l-ambrosia tal-allat ukoll biż=żmien, li baqa’ biss fl-aħbar tal-lvant iberraq hu biss il-fdal ta’ kif ikun it-tmiem. Spiċċa taż-żniet ix-xrar leqqien idawwal u miegħu spiċċa wkoll il-lustru jleqq li qabel kien iqawwi l-qalb u jmexxi għax it-tagħbija itqal minn daqshekk. U issa nieqaf ngħid hix illużjoni Kimera inkella kienx b’kumbinazzjoni. Alfred Grech. 30.02.2020
- Get link
- X
- Other Apps
Int Isbaħ Milli Tidher. Int isbaħ milli tidher Għax surtek taħbi ruħ ħielsa Ir-ruħ li dejjem tfittex Li tiżboq id-dwejjaq desolanti U l-kruha avvilenti. Għax surtek qed taħbilek Ir-ruħ li qiegħda tidwi Il-qawwa t’univers marsus Fi bniedma. Għalhekk jien il-ferut Bir-raġġ tal-grazzja tiegħek Nistaqsik jekk erġajtx dħalt ġewwa qoxortok U bqajt biex ma wettaqtx Il-wegediet l’għamilt xħin għadu kien Qed iżernaq. Jekk is-sebħ tiegħek huwa biss Biex jilludi l-ħars tal-kotra Sbuħitek hi efimera U ma tirbaħx iż-żmien. U bilħaq xkien dak li ridt ngħidlek? Alfred Grech 28/12/2020.
- Get link
- X
- Other Apps
Iċarċru Mal-Irdum. Iċarċru mal-irdum ta’ ħaddejja Id-dwejjaq ta’ sbieħ il-jum Fejn tixtieq tinsa’ int min int U li trid tkompli ġġorr il-valiġġi tal-bieraħ. Xtaqt insib ma min nitkellem ta’ sikwit Xħin inkun waħdi, jekk huwiex hu Inkella hi jew hu xi ħadd li m’għandux ġeneru. Aħjar li ma nkunx naf min hija dik ir-ruħ Li tislet minni ta’ kull darba Skiet il-għamad Il-baħħ jidwi U miegħi tibda ddoqq it-trumbetti Ta’ bla ħoss u ta’ bla ton Fuq noti minsija. Imqar jekk timxi miegħi s’hawn Inkunu mxejna mixja twila U fdejna l-ħaraġ xekkluna bih Jew il- midalja tal-għajb li dendlulna m’għonqna. Alfred Grech 28/12/2020.
- Get link
- X
- Other Apps
Dan Is-Skiet Għad Jixgħel Xema. U nerġgħu nibdew ngħixu l-ħajja ta’ kuljum il-ħajja tat-teatru tal-attaparsi. ittektek ix-xita mal-ħġieġ u l-lejl ta’ qtigħ il-qalb isib is-serħ fis-solitudni il-passi tqal iaċ-ċomb jimxu fl-għama u l-bahh tal-għada għax qatt ma tkun ċert minn dak li tkun qed tgħid u tħoss ġo fik bħal meta tħares lejk innfsek ġewwa l-mera iżda jien irrid immur lilhinn xħin niġi wiċċ imb’wiċċ ma dak li nara sakemm ninħaraq. Riħ il-lbiċ jonfoħ is-sinfonija tiegħu tat-twieqi u tal-bibien u jien ma narax għaliex jillarga għandi minn hawn sabiex nintilef fid-dlam ta’ ġewwa s-sqaq. Uġigħ il-qalb ma daqqx qanpiena lanqas is-sereni ma newwħu gwerer romblu jiżżeraq il-preżent u dan is-skiet għad jixgħel xema. Alfred Grech 27.12.2020.
- Get link
- X
- Other Apps
Efimera . Int tista’ tmissli qalbi Jekk itteni l-kliem li nixtieq nisma’ Int tista’ ġġiegħelni nħobbok Bla ma qatt tiltaqa’ miegħi Għaliex, ta’ kull darba li niltaqgħu Ma jkun xejn għajr episodju Ieħor fix-xeblik tal-univers imtarrax. Huwa terrimot li jista’ jgħeżżeż It-tessut ta’ wiċċ seren Ir-riġlejn ta’ ġgant imtarraf. Iżda kull kelma li tista’ tlissen Tkun bħal qatra nida fuq xfar l-għajnejn. Jien nista’ nħares lejk u nagħrfek Bla biss niltaqgħu Intant l-imħabba bħal farfett: Tiġi u tmur. Alfred Grech 26/12/2020.
- Get link
- X
- Other Apps
Bħal-Leħħa Ta’ Berqa. Din bħal -leħħa ta’ berqa li tinfed bla ma tħalli ebda marka iżda li minn xi daqqiet tagħmel ħsara lilhinn mix-xefaq ta’ dak li tara il-bogħod mill-għajjat tal-folla fejn is-saqajn jieqfu jiġru u l-moħħ jista’ jimraħ. Hemmhekk fejn mhemmx il-mixi u t-tektika tal-arloġġ. Tagħtini rigal biex nagħtik ieħor jiena nista’ biss nagħtik l-awguri għalkemm dawn ma jfissru xejn irrid biss jien li nkun ħieles minnn dil-gaġġa tal-ħadid il-gaġġa tax-xadini li jikkuppjaw lil xulxin merħla nagħaġ trid tkun misjuqa minn dal ħabs li hawn madwari. Imbagħad xħin waħdek issib ruħħek tgħid: iġri jgħaddi dan il-waqt għada mill-ġdid għal-ġiri u t-tellieqa ta’ kuljum. Lanqas xejn ma jkun jimporta Illi ħadd mhu jifhem xejn l-aqwa li tgħid dak li għandek tgħid Għalfejn qed tħabbel rasek Hawnhekk hawn wisq tħarbit u ma jsegwi l-ebda pjan mhux lakemm ittaffi l-qilla tal-allat. Alfred Grech Milie...
- Get link
- X
- Other Apps
Sorprendenti. Sorprendenti kif il -verita’ ma titkellimx u s-sewwa joqgħod bħal-kwadru mdendel mal-ħajt osservatur ħati ta’ dak i qiegħed jisma’ u qiegħed jara. Jiena li għandi ġilda rqieqa ħafna u wiċċi bla inforra jistampawni taħt ir-roblu tal-ħakkiema u l-vleġeġ tas-seksieka jinfduni aktar. Sorprendenti l-verita’ u s-sewwa sieket iżda xħin tiġi wiċċ imb’wiċċ mal-ilma qiegħed malajr tintebaħ li din mhix biss ħolqien tas-sensazjoni iżda lotta għall-għejxien. Alfred Grech 25/12/2020.
- Get link
- X
- Other Apps
Ikun Aħjar. Ikun aħjar li noqgħod nissemma U ngħożż dawn il-waqtiet Issa li m’għadnix narak U lanqas ma nisimgħek. Għaliex inkella naqa’ għal darb’oħra fid-dilemma Tal-impulsi u tqanqiliet Stravolġenti li ma jieqfu qatt. Għaliex tassew jien qatt Ma sirt nafek. Ikun aħjar li noqgħod hawn Imqar qalb il-ħsejjes tal-inġenji Nfernali u ta’ nies li xejn ma jgħarfu Għajr il-flus. Hawnhekk hawn il-paċi tax-xitwa Id-dawl ta’ nżul ix-xemx U l-ħemda tax-xjuħija Biex nisma leħen sinċier. Alfred Grech 24.12.2021.
- Get link
- X
- Other Apps
L-Aħħar Taż-Żminijiet. Issa waslet biex tintemm jekk Alla jrid Sena oħra li fiha għaddejna Minn inġazz għal ħafna sħana M’emminniex imbagħad emminna Ma bżajniex u bdejna nibżgħu U mhi xejn jekk mhux mewġ’oħra Illi fuqha stajna nirlbu Xħin irkibna waqa’ s-skiet Is-skiet li jirbombja. U xejn mhu xejn jew dak li hu Tiskantawx għax din hi Malta Biex tintiseġ narrattiva Tas-setgħana li jbeżżgħuna Bqajna ġewwa għaliex bżajna Li nittieħdu mbagħad qalulna Li għal kollox hemm rimedju Biex għalquna ġewwa djarna Dal-ħabs ġdid li ħloqna aħna Sabiex aktar jistgħu jafu Fejn inkunu jew x’qed nagħmlu U issa ġejna lanqas nistgħu Fit-triq ninżlu jew nixirfu Jekk mhux b’maskra jw tilqima Ngħidu dak li jkollna f’moħħna Ħadd ma jista’ jgħolli leħnu Kulħadd jibża’ jgħolli leħnu Bqajna hawnhekk bil-bieb imsakkar Jew bil-maskra mank jingħaraf Bħal bebbux li jgħix f’qoxortu Sabiex huma jkunu jistgħu Jagħmlu dak li jridu. ...
- Get link
- X
- Other Apps
Ferut F’Qalbi. Ferut f’qalbi Bħal għasfur li jinttlaqat waqt titjira Xħin turini bin-nuqqas fejn stajt nillarga U l-uġigħ li qed inħoss Mhux ghaliex jien miniex tad-demm u l-laħam Iżda għaliex jiena naħseb Li sal-lum jekk mhux kollu Tlajtu t-taraġ Kont wasalt biex immis il-patibolu U xħin nara ftit tad-dawl dlonk nintebaħ Kemm baqgħali biex inħallas Jew nintebaħ li ma nista’ qatt inlaħħaq La mal-ħallel ta’ dal-baħar Lanqas nilħaq xatt i-tama Jew insib tarf l-oċean. Alfred Grech 22.12.20
- Get link
- X
- Other Apps
Għalija Din Konkwista. Għalija kienet konkwista Iżd’inti ma nafx x’ħassejt. Biss bdejna nagħmlu l’istess ħsejjes Bl-istess ritmi u bl-istess qbil. Għaliex irridu ngħaddu minn dan kollu Meta t-tmiem hu tant fil-qrib, Meta t-tmiem hu ġa magħruf? Imbagħad ta’ kull sena Nagħmlu l-gabirjoli sabiex nemmnu Li twelidna mill-ġdid Il-bieraħ jinħafer U qisu qatt ma ġara xejn Bla ma nintebħu Li s-sies jinħtieġ il- pedament. Alfred Grech 21/12/2020.
- Get link
- X
- Other Apps
Kemm Se Tiġri. U tiġri! Kemm se tiġri Tistaħba ma tistax Tispiċċa f’kantuniera Fejn taħrab ma baqgħax. U wiċċ imb’wiċċ fil-mera Tal-fond li hemm ġo fik Tistaqsi l-mistoqsija Ma tafx fejn ser tħallik. U jista’ jkun li tinsa’ Warajk li tkun ħallejt Kull waħda liema minnhom Valiġġi li ġarrejt. Alfred Grech 21/12/2020.
- Get link
- X
- Other Apps
Il-Vjaġġ Ta’ Distrazzjoni. Int iġġiegħlni nerġa’ nibda’ niżfen Filwaqt li taf li dan kollu Mhu se jwassal għal imkien U n-nies madwarna qed jidddieħku U jaħsbu li qed nagħaqqdu t-tnejn fil-vojt. F’nofs tal-festa inti tolqot B’daqqa waħda u ma tfallix U f’kolp wieħed sirt ilsir Għax mingħajrek ma ngħaddix. Għedtli li l-kisra li ħadt ma twassal għal imkien Dawra mejt u ma tarax. Jekk ma jkollokx lili li nħajjrek Int aktarx ma tiżbaljax. Noqgħod hawn nisimgħek U mbagħad intenni dak li naf. Qadna l-Ferrovija li stennietna Xħin l-oħra ma lħaqniex Din hu żmien ta’ tranżizzjoni F’ dan il-vjaġġ tad-distrazzjoni. Alfed Grech 19/12/2020.
- Get link
- X
- Other Apps
Trid Toħloq Pandemija. Trid toħloq pandemija Biex tikkontrolla n-nies Fejn qabel kien biżżejjed Il-ħrejjef u t-twemmin. Ftit jimporta li dalgħodu Domt ma qomt U l-landa taż-żibel ma ħriġthiex Għaliex is-sejħa tiegħek qed nismagħha U jidwi baqa’ l-kliem Li għedtli qabel tlaqt. Ftit jimporta li llum Il-kliem mhuwiex bħall-ilma ġieri li jnixxi mill-ħitan ta’ raba’ xebgħan. Ma jiżżerżaqx u ma jimxix Mat-ton u r-ritmi tal-ġurnata Sakemm jintilef fl-imijiet ta’ baħar il-geġwiġija. Jien xorta ngħannqek Bħalma ngħannaq l-infinit. Alfred Grech 17/12/2020.
- Get link
- X
- Other Apps
Fis-Sokor ta’ Sbuħitek . Fis-sokor ta’ sbuħitek Inti tgħinni ninsa’ d-delużjoni U la tigħidlix biex ma nibqax ngħix l-imgħoddi, Il-musika kienet isbaħ dakinhar. Ta’ kull filgħodu xħin titla’ x-xemx Jaqa’ s-skiet tal-innoċenti Meta jaħarbu l-ħrejjef u l-ħsejjes tal-grillu. Il-barra minn dit-tieqa mnejn ninħares Ma nafx in-nies x’qiegħdin jgħidu Inkella x’qed jaraw xħin jien niċċassa. Iħarsu lejn dat-torri b’żewġt itwieqi Minn fejn jien qed inkejjel id-distanzi. Iżda qatt ma nista’ nkejjel Kif ħaddieħor minn ġot-toroq iffullati Jew mit-torrijiet minn fejn jittawlu Jikkunsidra t-torri tiegħi Li ħaddan l-univers fejn nista’ nimraħ. Jien xtaq li kont għadni nikkuntempla l-qamar U nisma’ t-tisfiriet tal-grillu Iżda fil-ħarsa tiegħi ta’ baħar jirrifletti d-dawl ta’ qamar Kien hemm biss il-ħrejjef. Alfred Grech 16/12/2020.
- Get link
- X
- Other Apps
Merħba. Meta l-mekkaniżmi jieqfu U r-rigi li jsawwru dak li għandna Nagħmlu jieqfu juruna Dak li mmissu jkun, Jien niġi nofroq baħar il-qasab U nasal għandek imġewwaħ u għajjien. Int sadanittant idejk miftuħa Għamel ta’ bir-ruħek qed tilqani Imqar jekk taf li żmien il-għasel Għadda. Kien hemm xi ħaġa li ċajjpret Il-lenti ta’ moħħi U int bħal xemx li ma tinżilx Bqajt iddawwal il-ħolm tiegħi Għalkemm imferrxa f’mitt fixla U f’mitt tentazzjoni. Alfred Grech 14/12/2020.