Posts

Showing posts from July, 2021
Image
  Issa X’Baqa’.   Issa x’baqa’? Ma baqa’ xejn Reġgħu tfaċċaw il-Kimeri Biex ibellgħulna l-ħuxlief tal-miti U l-moħħ jirtira fil-kurituri dojoq Tat-tiġib ta’ kuljum.   Issa x’baqa’ Xħin insejna xhemm barra Il-ħitan mistħajjla Għax drajna mdawewrin bihom U ħadna l-għamla tal-fosdqa Li fisqewna fiha.   Għalxejn idoqqu t-trombi Għax ħadd ma joħroġ Għax ħadd ma jqum Mill-imwirt Min-ngħas alluċinanti Taħ it-tinda Tad-disinformazzjoni.   Il-bieraħ kien hawn id-dawl Kien kollox miftuħ beraħ Illum il-ħabs tal-qawwa moħbija.   Alfred Grech 31/07/2021
Image
    X’Jiġri?   X’jiġri xħin ma nibqgħax Għalik il- Pied Piper ta’ Hamelin U ma nibqgħax inġorr warajja Il-ġrieden kollha Li nfestaw il-Ġnien tal-Għeden.   X’inkun infisser jien għalik Jekk ma nibqgħax nagħmel Is-seħer bħal meta kont noħrġ Il-fenek mil-kappell?   U x’jiġri jekk jiena Ma nibqgħax ngħanni Għax leħen joħroġ fgat U fuq ruħi Taqa’ d-dalma tal-lejl?   X’jiġri xħin ma nibqgħax inżomm Il-bilanċ tal-ekwilibrista li tafni Miexi fuq ħabel issikkat Għax inkun waqajt u sirt mitt biċċa?   Tibqa’ tiġi żżurni?   Alfred Grech 30/07/2021.
Image
  Tirbaħ.   Tirba ħ , tirba ħ, tikkumbatti I ż da mabg ħ ad xi darba Tid i ċċ edi g ħ at toqol ta ż - ż mien.   Ti ġ ri, tirba ħ tikkumbatti, I ż da mbag ħ ad xħ in te ħ el U tħoss li wara kollox int tellief.   Tirbaħ tirbaħ, tirbaħ Kemm se tirbaħ? Jasal żmien li inti ukoll tintebaħ Li wara kollox kien duħħan.   Duħħan il-ħajja Mhux għal jum wieħed tgħix Iżda għal-ħajja eterna Għax lanqas għandek ħajja x’tgħix.   Alfred Grech 29/07/2021.
Image
  L-Għanja.   Meta ma ngħannix Għaliex ir-ruħ tkun mejta U nibda naħseb li lilhinn mill-għanja Hemm dinja tistennieni.   Meta ma ngħannix Inkun waqajt fil-muta Dik il-ħemda primordjali Li la taf lewn u lanqas għamla U nħoss l-uġiħ tat-tmiem li qatt ma jasal Il-ħruq ta’ nar ir-ruħ U t-twerwir tas-solitudni.   U meta naqa’ fil-muta Għaliex ninsa’ Li l-ħajja mhija xejn Jekk mhux l-għanja.   Alfred Grech 28/07/2021.
Image
  Imqar Fil-Ħabs Tal-Ħajja.   Imqar fil-ħabs tal-ħajja Insibu x’nagħmlu Sakemm tinbena l-binja tat-twemmin Li taħtha għad niġġarfu.   Imqar fil-ħabs tal-ħajja Ifittxu l-għaliex Il-ħelsien hu kelma tqila U nfittxu ngħoddu t-toqol tas-sigħat Fid-duħħan tal-ħaxixa Jew fis-sakra ta’ kulma jista’ jaljenana.   Imqar fil-ħabs tal-ħajja Hemm it-tama Li għad xi darba tiftaħ warda.   Imqar fil-ħabs tal-ħajja. . . . .   Alfred Grech 27/07/2021  
Image
  Ma Nagħmlu Xejn.   Ma n agħmlu xejn Noqgħodu hawn Imdendla ma ħajta tal-għanqbuta Bil-biża’ Li jekk inħars l-isfel l-abbiss jiblagħna u hekk ngħid li bħal ħaddieħor qiegħdin ngħixu u hekk sewwa jekk is-sewwa mhux aħjar milli nħars lejn l-iskrin inlaqqt ir-raxx tas-sewwa.   U hekk aħjar mill-baħħ Li ma nafux, ma nagħmlu xejn inħarsu lejn l-iskrin li jittrasmetti s-sewwa noħolmu bħal qattusa l-iċċassata.   Konna ngħixu sakemm kien hemm Min jgħid li jinħtieġna U aħna nintefħu.   Alfred Grech 26/07/2021
Image
  Niġi Nħabbat il-Bieb Tiegħek.   Niġi nħabbat il-bieb tiegħek. Niġi nfittex intix hawn; Jekk inkellmek int tifhimni Għad li l-bogħod f’waqtiet bħal dawn.   Għax int qiegħda x-imkien ieħor jew għax tlift l-identita’, jew għax ħrabt u ma tridx tibqa’ tieħu sehem fl-assurdita’.   Niġi nfittxek u nħabbatlek beraħ ftaħtli wkoll il-bieb Iżda naf li   mhux hawn qiegħda u jġenninni dan il-ħsieb.   Alfred Grech 25.07.2021.
Image
  Għidilhom.   Għidilhom l’huma ħielsa Bl-għażliet li hemm fis-suq, Tintefaħ il-bużżieqa U tibqa’ bla ma dduq.   Għidilhom li fis-sakra Dil-festa ma tieqafx Mingħajr ma qatt tweġibhom Xi ħaġa   li ma tafx.   Għidilhom l’huma bravi U jemmnu kollha fik Fid-dinja tal-fidili Min sejjer imerik?   Għidilhom li m’hawnx bħalhom U kollha josannawk Żebbuġ u palm f’idejhom Ftit ieħor jadurawk.   Urihom kif jitwensu Għad-dell tal-liġijiet Xinuha l-ġid komuni U jemmnu l- ħmerijiet.   Għax hekk biss jista’ jkollok Miġemgħa nies ġwejjdin Werwirhom li ġej l-għadu U żżommhom magħqudin.   Alfred Grech 23/07/2021
Image
  Jien Nista’ Nħares ’l-baħħ f’Wiċċu.   Issa nista’ nħares ’l-baħħ f’wiċċu U lanqas nista’ ngħid li reġa’ bdieli U lanqas nista’ ngħid li ż-żmien inbidel Għax inti għadek hawn.   Ftit kliem int tgħid U tgħid li tħobbni U ta’ kull darba li nċempillek Nisma’ dejjem l-istess   kliem. Issa mqar ħarstek saret bħal ta’ min qed joħlom Inkella miexi fuq il-ponot Ta’ subgħajħ waqt ħmar il-lejl.   Ftit kliem int tgħid U jiena rrid nifhem U jien bħal dak l-għannj ta’ lwien u tal-burdati Li jaqleb qisu xejn minn ton għall-eħor U jaqbez minn fuq pedestall għal fuq l-ieħor. Il-lejla ridt nistiednek biex noħorġu U nġeddu dak iż-żmien li qatt ma kellna U ndommu l-kullana biż-żibeġ tal-waqtiet   In-nar li jħeġġeġ kollox jaħraq Imqar il-ħsibijiet Tal-ħolm dan l-univers Li sibna ruħna fih.   Int mingħalik li tikteb Kliemek fl-arja biex b’hekk Ħadd ma jaqrak, iżda kull pass li tieħu Qed jimmarka fir-ramel ta’...
Image
  Fuq Il-Ponot Tal-Iskolji.   Fuq il-ponot tal-iskolji Qed in ħ ossni i ż olat U hekk ner ġ a’ nibda nemmen Fil-kundanna tal-allat.   U ngħid ħafna kliem u nerġa’ Fuq ix-xifer tal-irdum Jew qurriegħa ta’ xi mewġa Nibqa’ hekk għaddej kuljum.   U jekk nerġa’ ruħi mmattar Fuq ir-ramel taż xi xatt, Dan ifisser l’hawn wasslitni Kull ċaqliqa tal-imbatt.   Imma fl-aħħar niżfen żifna Mal-ħuġġieġa li kebbist Insir fjamma nar il-ħajja  Naħraq dak li kont geddist.   Alfred Grech 22/07/2021
Image
  Vivere.   Vivere in un altro tempo Il tempo che abbiamo vissuto E’ meglio vivere in un mondo che non c’e piu’.   Allora avevamo la carica Di sfidare gli dei e buttarsi in avanti Di scoprire, di lottare, di conoscere   e di non mollare. Adesso tutto questo non c’e’ piu’ Soltanto una voglia di sparire.   Alfred Grech 20/07/2021
Image
  Evanexxenti.   Evanexxenti inti daqs il-fwieħa Ftaħt il-flixkun u qiegħda   kullimkien Mhemm xejn li tista’ tmiss inkella taħfen Ma tħalli xejn bi kwietu jew kif kien.   Evanexxenti inti daqs il-fwieħa Li min mil bogħod tkun taf min huwa ġej; Evanexxenti inti daqs il-fewġa U r-raxx li jaħbat miegħek int u għaddej.   Bħalissa qed ftit fti terdgħali ħajjti Fantażma tax-xewqat u tat-tamiet, Ma jitwemmnux il-ħrejjef li noħolqu Iżd’hawn nistħajjlek nibqa’ jien fis-skiet.   Bħalissa sirt is=seħer biex inderri Iż-żmien immaġinarju fejn intir U noqgħod ninbex, nisgħar jew innkejjel Minn tarf sa tarf l-għeluq ta’ dan l-irtir.   Alfred Grech 17/07/2021
Image
  Għalxejn.   G ħ alxejn ippruvajt na ħ rab Il -ħ lewwa ta ’ kul l waqt Ma kienx hemm fejn tista ħ ba Il- ġ lied kien wisq qalil .   Il-bogħod minn dawn l-inħawi Fejn lanqas titla’ x-xemx Ibiegħu d-dagħa faħxi Għax fidwa għalihom m’hemmx.   Kif nista’ qatt inħalli dix-xibka ta’kuljum jew noħroġ mill-għadira li fiha qed nistagħdar?”   Imqar jekk inrabbi l-ġwienaħ Tal-farfett indur minn warda għall-oħra Inkella ntira bħall-ajkla Nisseqqer fuq l-assurdita’ ta’ taħti.   Jew niġi fl-ermitaġġ miegħek Biex insiru ħaġa waħda Fit-toqol tas-skiet ta’dejjem.   Alfred Grech. 16/07/2021.
Image
  Xi Ħtija Għandna.   Xi ħtija għandna aħna Jekk ilkoll spiċċajna Ġewwa l-gandott imħaffer Bir-roti tal-karrettun Jekk kull filgħodu xħin nistembħu Jilqugħna l-ħsejjes tal-inġenji U dħaħen soffokanti Li joħorġu minn dil-ġungla tal-konkrit Li sibna ruħna fiha?   Xi ħtija għandna aħna Jekk hawn min hu bla moħħ U ma jaħsibx u ma jafx kif jgħolli ftit rasu U jħares ftit laġemba Għajnejn m’għaandux jew lanqas jara?   X’naħtu aħna li dejjem emminna Fl-għerf tal-imgħalmin u fl-għaqal tal-mexxejja li ħallew lil minn wassalna fit-tarf nett tal-preċipizzju?   X’naħtu aħna jekk ħallewhom jiżverġnaw Din l-art ħelwa li tnixxi ħalib u għasel Din l-art għammiela Fejn konna niġġerrrew fil-beraħ Nisimgħu l-għana tal- għasafar u nitgħaxxqu Bil-ward ta’ ġol-widien? Din l-art issa mtiel sa ruħ ommha bil-folol ta’ kull razza U l-Maltin m’għadhomx jingħarfu.   X’naħtu aħna jekk serqulna wkoll is-skiet, Is-skiet ta’ ruħ li tisma’ lilha nfisha.   Xi ħtija għandna aħna U x’għa...
Image
  Mea Tkun Sħana Wisq.   Meta tkun sħana wisq imqar biex taħseb u l-weraq tal-kuruna tar-rand jitbielu qatt ħsibt li tferrixhom madwarek biex juru t-territorju tiegħek safejn jasal?   Meta jasal il-lejl u tħoss it-toqol li ma tafx ta’ xhiex ma tifilħux, qatt ħsibt li tixgħel xema’ u tqiegħda fit-tieqa ta’ kamartek? Għandu mnejn ikun hemm min jitħajjar u   jsib it-triq għal għandek.   Meta jaqgħu il-barrakati u jinfaqgħuu id-digi tal-widien imħabbti tiġi tgeleqel u tfur għal għandek imqar bħal maltempata f’Lulju.   Bħall-għanja li qatt m’ għannejtlek għax qatt ma ġiet il-muża.   Alfred Grech 11.07.2021.    
Image
  Il-Baħar. Il-Baħar bħat-tferfir Li x’minn daqqiet inħossu jrieghedni Ma tafx kemm hu fond Ma tafx menejn hu ġej Il-kurrent tiegħu Tħoss biss it-tqanqil Jekk mhux mit-temp li jbiddel kull filgħodu Jitfaċċa s-sħab u ngħidu tela’ l-ajru. Hemm il-kurrenti tal-qiegħ Li qatt ma taf mnejn jibda’.   Il-baħar bħat-tferfir Li tgħaddi trid minn fuqu Merfugħ minn xi bużżieqa Inkella minn xi mirkeb Bla tmun u mingħajr qlugħ.   Alfred Grech 14/06/2021