Posts

Showing posts from August, 2021
Image
  Fissazzjoni .   Inti għandek fissazzjonijiet diversi Jien dik li naf li jien nixtieq immut. Jekk nirkbu t-tnejn vagun ta’ ferrovija Int tasal qabli, dan destin misħut.   Jien nibqa’ nħaffer fond fil-qabar tiegħi Infittex nara qatt insibx l’għaliex Nistaħba wara l-velu tat-tjubija U dak li jiena u int ma stennejniex.   Alfred Grech. 27/08/2021.
Image
  Jekk tħallini.   Jekk tħallini bix-xewqa Ssir misteru La tħeġġeġ wisq U lanqas tnin Bħaż-ż-żiffa ġġorr magħha l-aħbar it-tajb.a Jekk lanqas taf fejn sejjra aħjar Għax mhu se tasal qatt U ma jkollokx indiema Li xi darba għad tintilef. Jien nista’ biss noqgħod nistħajjlek Ġejja bil-pass meqjus U kull tektika tat-takkuna Intunata ma taħbit qalbi.   Alfred Grech 26/08/2021
Image
  Logħoba.   Il-Logħba tkun li tinsa’ fejn tkun qiegħed, Li tibqa’ għaddej, ma temmen qatt fit-tmiem, Li tibqa’ għaddej u taħseb l’hi tellieqa, Marda din, li taħkem lil kull min kien.   Marda din li tnaqqar qisha susa Minn ġewwa. Minn barra ma tidhirx; Biex tinsa’ illi hawn mintix għal dejjem Bil-wegħa li ċ-ċirku ma jinkisirx.   Alfred Grevch 24/08/2021
Image
  Hekk Nagħmel Jiena.   Hekk nagħmel jiena, Nonfoħ il-bżieżaq tas-sapun Biex nisfolja l-ilwien tal-qawsalla Fis-sħab tal-evanexxenza.   Hekk nagħmel jiena Inpejjep il-weraq tat-tabakk Biex ninsa lit-taħbit ta’ qalbi Jgerrem is-sekondi   Hekk nagħmel jiena Biex jgħaddi l-ħin U l-ħin jgħaddi.   Alfrd Grech 23.08. 2021.
Image
  Il-Mostru Li Ma jidhrix.   Xħin tassew tkunu fixkiltu lill-kullħadd jekk għanhomx jilbsu l-maskra jew le; Xħin tkunu ħawwaddtu lill-kullħadd jekk għandhomx jitlaqqmu jew le; Xħin tkunu gerfixtu lill-kullħadd f’dak li jaħsbu f’dak li jgħidu; Xħin tkunu xekkiltu lil kulħadd bil-kotrolli u bl-issikkar taħt l-iskuża tal-marda li tittieħed jew il-ħasil tal-flus għildulna ftit jekk dan hux manikomju tal-għomja ta’ nies b’għajnejhom miftuħin; jekk huwiex ħabs ta’ bla ħitan, turrufnament fi djarhom stess. Spjegawlohom ftit għaliex dawn il-kontrolli inkella min hu l-monstru li baqa’ ma jidhirx.   Alfred Grech 22.08.2021  
Image
  Imqar Is-Skiet.   Imqar is-skiet tiegħek ifixkilni U lanqas kien in-nar Li ħaraq l-andar Għax iż-żiffa ġiet u ġarret kollox Is-sġra bdiet tinħarq bla ma taqbad.   Ma kienx l-għana tas-sireni Li wassalni f’tarf l-irdum Jien minn qaddisi Ekwilibrista.   Ma kienetx il-kurżita’ Inkella x-xewqa li nitbigħed Li fetħitli l-bibien Għas-swali tiegħek Għaliex din kienet biss Il-prova ġenerali.   Alfred Grech 20/08/2021.
Image
  Ħallihom.   Ħallihom ħa jgħaddu s-snin Talinqas tinkiteb l-istorja Ħaddieħor jgħidha kif irid Għalija jkun aħjar biex b’hekk Jinkixef għaliex bil-fors Kelli nirvilla.   Ħallihom ħa jgħaddu l-ġranet Bis-sensazzjoni li ż-żmien Mhuwiex għaddej.   Ħallihom ħa jgħaddu s-sigħat Mingħjr ma ngħodduhom, Ħalli ngħidu li x-xemx illum M’għadietx minn dawn l-inħawi.   Alfred Grech 19/08/2021.      
Image
  Jekk Illum.   Jekk illum ma ġejtx nikkuntempla x-xemx nieżla għax ħsibt li l-ħajja tibqa’ għaddejja xorta waħda mingħajrek. Iżda ma tibqax. X’sar minnhom il wegħediet li konna għamilna? U l-ħalf kollu li l-mewt biss trid tifridna? Jekk aħna t-tnejn fl-istess vagun tal-ferrovija int għad trid tasal qabli. Jien nibqa’ nħaffer aktar fil-fond bit-tama li għad insib repert li jurini fejn jiena stajt intlift filwaqt li noqgħod bħal dejjem ninħeba wara l-velu tat-tjubija u dak kollu li għad iġib ir-risq imqar jekk għal waqt wieħed niss jitwieled fija il-poeta.   Alfred Grech 16/08/2021
Image
  Nogħla kemm Nogħla.   Nogħla kemm nogħla l-għoli tiegħek ma nilħqu qatt sirt bużżieqa mimlija arja sħuna jekk nibqa’ tiela’ għad nilħaq saħansitra l-kwiekeb.   Nogħla kemm nogħla is-sema qatt mhux l-bogħod u minn dan l-għoli kollu qajla tibqa’ tagħraf lil-dak li jkun u għandi d-dubju tiegħi kemm l-atterraġġ għad ikun wieħed pjaċevoli.   Nogħla kemm nogħla bqajt biss inkejjel s-sħab u nifida lir-riħ fil ġiri tiegħu bħal pinnur li jdur kull direzzjoni.   Tista’ tistaqsini wkoll għaliex inpinġi l-qawsalli dawk li wara ftit jgħibu.   Alfred Grech 14/08/2021.
Image
  Fuq l-Għolja t’ Għammar.   Jekk titla’ hemm fuq mhemmx bżonn ta ċwievet Jekk titla’ hemm fuq ma ssib lil ħadd Jekk titla hemm fuq , iż-żiffa tmelles U ma tħossux it-toqol li qed iġġorr.   Jekk titla’ hemm fuq mhemmx x’jaljenak Mhemmx il-kakafonija tal-mużajk U lanqas it-tifsila li tistordi Hemm biss il-ħsieb li flok tirxoxta Tidilha biss: lili tmissnix. Hemm biss il-ħsejjes tal-urieżaq Jistembħu dawn ma nżul ix-xemx Hemm biss il-baħ tal-mera tiegħek U x-xejn li tħares fih qed int.   Alfred Grech 13/08/2021    
Image
  Waqt Wieħed.   Waqt wiehed biss ta’ ewforija Ikolli mqar jien f’dal-ġranet Ta’ sħana nfernali Waqt wieħed biss ta’ mħabba F’dal jiem ta’ desolazzjoni. Waqt wieħed ta’ ferħ, Waqt wieħed li jfisserr l-eternita’ f’ħoġor is-skiet u t-tifkiriet ta’ surtek.   Waqt wieħed biss Meta jiltaqa’ d-dawl li jgħammex Ta’ kwiekeb qed jitwieldu Ta’ bidu li qatt ma kien Fiż-żurżieqa tal-ħolma Li qatt ma għext.   Imqar jekk inġorr fuq spallejja It-toqol kollu tal-bieraħ.   Alfred Grech 12/08/2021.
Image
  Imma x-Xitwa Tasal   Jien lilek nistaqsik fhiex nista’ ngħinek, iżda għandek tkun taf li jien ukoll għandi x-xjaten tiegħi x’nikkumbatti u l-iħirsa ta’ bil-lejl li jiġru wrajja. Ma tarax li d-dwejjaq kollha li qed inħoss għaliex ma nafx kif ser tispiċċa? Ma tafx li l-uġiħ ta’ kull filgħodu ġej mill-biża’ tat-tmiem li dejjem joqrob? U li kull ħaġa li għamilt u li qed nagħmel kienu biss biex inderri minn dal-ħsieb li bħas-susa qed jiekolni. Ċar daqs il-kristall li l-kurrent li ngħumu fiħ hu biss ftit tal-mediċina biex il-ħsieb isir farfett minn fuq warda għall-fuq l-oħra jew il-grillu li s-sajf kollu għaddieħ jgħanni. Imma x-xitwa tasal.   Alfred Grech 12/08/2021
Image
    Togħġobni Din il-Logħoba.     Togħġobni din il-logħoba Imma tidher ftit għariba Inkella ażżardata F’did dinja li saret Daqshekk skandaluża Daqshekk skomda U perikoluża.   Togħoġobni dil-logħoba Fejn attaparsi nirbaħ jien U inti terħi l-ħabel Għal waqt wieħed Tal-eternita’.   U issa fhimt Li għalija Sabar ma baqax.   Alfred Grech 11/08/2021.  
Image
  To Anna.   But see that you are As strong as the wind And indomitable as the sea Because the real drama of life Is in loosing yourself.   Beyond the absurdities of life There must be a world Where everything makes sense And everything is crystalline.   Beyond this utter madness At the end of times There must be a garden Where the   mystral breeze Induces people to start To understand each other.   Alfred Grech 10/08/2021
Image
  Imma Ara Li Tkun.   Imma ara li tkun Qawwija daqs ir-riħ U ndomitabbli daqs il-baħar Għaliex id-drmm veru tal-ħajja Huwa li titlef Lilek innifsek. Lil hinn mill-esterm’ assurdita’ Irid ikun hemm dinja Fejn kollox jagħmel sens U kollox tista’ tifhmu.   Lil hinn minn dan il-ġenn Ta’ tarf iż-żmien Irid ikun hemm ġnien Fejn fewġet il-majjistral Iġġiegħel lin-nies Jibdew jifhmu lil xulxin.   Alfred Grech 10/08/2021.
Image
    Irridu Nkomplu l-Vjaġġ li Bdejna.   Jien qed ngħix l-għanja li għannejt   U noftoq it-tila li żewwaqt Għalhekk bqajt waħdi Lanqas Int minti ħienja bl-għażliet L’għamilt U meta ssib ruħek qed titkaxar Ma jkun hemm imkien ma xhiex tqabbad. Jew ittir mal-qata’ li tpassi Minn staġun għall-ieħor U hekk tħosok aħjar Għax tħares lejn ħaddieħor. Irridu kieku nkomplu Il- vjaġġ li bdejna Imma issa drajna Ma nagħmlu xejn. U int m’ għadek taf tgħidli xejn aktar Ħlief li tgħidli li jien għajjien. Nibqgħu nagħmlu minn kollox Biex inkomplu din il-mixja Sakemm nisfrundaw in-naħħa għan-oħra jew insiru l-infinit.   Alfred Grech 09/08/2021    
Image
  Stennejtek.   Stajt ma stennejtekx xorta kont tiġi ġejt tard għax ġratlek xi ħaġa int priġuniera ta’ ruħek u ħabsija ta’ għemilek f’kull liwja skuntrata li tagħmel mal- kantunieri ta’ ħajjtek.   Stennejtek u bqajt ma ġejtx jista’ jkun li reġa’ bdielek int hemm u jien hawn mhu tort ta’ ħadd minna jew tort tagħna t-tnejn.   Għax imqar li kieku ġejt kont nistaqsik: Fejn se mmorru u int tagħmilli kont l-istess mistoqsija.   Alfred Grech 08/07/2021.
Image
  Perche’ Si Fa Tardi.   Perche’ non camminare vicino al mare o scalare la prossima collina per allargare la vista?   Perche’ si fa tardi, perche’ c’e’ il buio e c’e’ la notte nel cuore.   Se la fonte di tutte le mie stelle sarebbe questo cammino devo sempre seguire il percorso. Si perche’ respiro l’odore del timo selvatico e cosi trovero’ ancora il coraggio di scalare anche le montagne.   Alfred Grech 07/08/2021.
Image
  Drown Me.   Drown me, Drown me in the solitude of a countryside in the pain of the memories of things I should have done in the quietness that comes after the setting of the sun.   Drown me in the unconsciousness of a lazy mind that slumbers in the summer heat in the pain for the harm inflicted unawares on someone dear in he womb of a dusk that overcomes us in the abyss of a night that preceeds a death that sets us free.   Alfred Grech 07/08/2021.
Image
  Lili Xebbaħni.   Lili   xebbaħni ma nżul ix-xemx imdemmi meta ftit jibqgħala saħħa u s-sħana li qed tħalli tintrikeb miż-żiffa mielsa tal-punent u l-fwieħa tas-sagħtar idderri d-dwejjaq ta’ jum mimli tnassis u ffullar ta’ maġbra miġnuna.   lili xebbaħni mal-kewkba tal-punent li tkun hi minn tal-ewwel li ddawwal u tħabbar il-miġja ta’ lejla sajfija u tkun hi l-għelm ewlieni għal min ibaħħar fl-infinit.   Alfred Grech 07/08/2021.
Image
  Before It Is The End.   And then when I sit down Under the shade of this tree Which survived the holocaust of street widening The gentle stroke of zephyr Brings relief and makes me think: Now that we have won the latest It is fit that we should rest Before the bugle calls us again for the next Ordeal and wonder How many more of these shall we survive Before nothing can wait any longer?   Alfred Grech 07/08/2021