Posts

Showing posts from January, 2022
Image
  Li Kieku Stajt Ninbidel .   Li kieku stajt ninbidel f’anġlu U ninżel minn fuq is-sħab ta’ sema; Mehdi fl-illużżjoni Ta-sebħ il-għada jew Nidħol fuq il-ponot ta’ subajja Fil-ħsieb tiegħek li jisseduċi l-ħolqien Ukoll ma insibx il--kliem Li jaf jogħla ‘l-fuq mis-sħab Bħal gawwi kontra r-riħ. U jien li ridt nistaqsik u nisimgħek Niġri wrajk biex inħoss it-tmellis taż-żiffa U tinwieħ ir-riħ bħall aħħar messa tal-kordi tal-arpa.   U hekk timlieli ħsiebi u moħħi.   Alfred Grech 31/01/2022.
Image
  Il-Barranin.   Niġi hawn f’din ir-rokna Ta’ wied iħaddar u jlellex Fid-dell tal-grattaċeli tal-konkrit Li sfiguraw din art imwiegħda Biex niftakar Fil-wesgħat u l-wileġ li fihom xi darba Konna nimirħu.   Niġi hawn fuq dan l-iskoll Il-bogħod mill-art U l-għajjat ta geġwiġija Għal wens ta xi gawwija Biex niftaħar fix-xtajtiet ħiemda Fejn dari konna ngħumu.   Meta konna fil-Ġnien tal-Għeden Mingħalina sirna għorrief Ħarisna biss lejn il-lussu u l-ġid Li konna nsejjħulu ta’ kulħadd U fuqna ġibna fuq s-saħta.   U meta artna kienet tagħna Ridna nbigħuha lill barrani   Sabiex b’hekk jiżdied il-ġid F’ekonomija li dejjem tikber Biex issa sibna li sirna aħna Il- barranin.   Alfred Grech 30-01-2022.
Image
  Int Tista’ Tkun.   Int tista’ tkun il-ħlejjqa spirituża Li dejjem tiġi żżurni f’nofs ta’ lejl; Int tista’ tkun dak l-anġlu li jfarraġni Fis-sejħa tal-profondita’ bla kejl.   Int tista’ tibqa’ il-bogħod u jien nistenna Magħġun, magħżul u mfantas daqs għafrid; Nibgħatlek kull filgħodu l-għodwa t-tajba Messaġġi mbagħad ibgħatli int kemm trid.   Int tista’ tibqa’ tgħix fid-dinja tiegħek, Tintefaħ bħal bużżieqa bil-ftaħir, Attenta biss li xħin ittir fil-għoli, Ma tispiċċax minxura fl-art b’xi tir.   Alfred Grech 29/01/2022.
Image
  165.   Bħal dgħajsa ta’ bla qlugħ ‘l-quddiem nimxu U l-għana tas-sireni bħal stedina Li jnessi d-dwejjaq kbar u jġib il-faraħ Jekk mhux jurina mnejn irridu ngħaddu. Ikun il-mewġ li jqanqal kull tifkira It-tlugħ u nżul mal-qilla   ta’ kull ħalla, Iżda sal-lum għaddejna l-istaġuni It-tajjeb u l-ħażin, il-ferħ u n-niket U bqajna nissuktaw bejn telfa u r-rebħa U bqajna nissuktaw bla ma waqafna Għalkemm mhux dejjem ġietna kif xtaqnieha Tmellisa kien l-effett ta’ kull buffura U r-riefnu li dawwarna mbuttatura Kun af: li int u jien qatt mhu ser nieqfu.   Alfred Grech 28/01/2022.  
Image
  F’Kull Daqqa t’Għajn.   F’kull daqqa t’għajn li tagħti hemm tqanqila Kull daqqa t’għajn minn tiegħek tkun titjira Hekk biss jien l-infinit qatt nista’ mmissu Hekk biss, bħal kull xħin tersaq ħdejja Għalkemm l-istess, ninbidel jien f’ħaddieħor.   Kull daqqa t’għajn li biha nfidt l-għanqbuta Li tostor minn quddiemna s-sebħ tas- sajjem Int stess tgħollih trid das-siparju Taħrika biss ta’ ġismek waqt ta’ dejjem.   Alfred Grech. 27/01/2021
Image
  Waqtiet.   Fl-għeluq ta’ din iċ-ċella Bla biex bla kuritur Maqful fis-solitudni Ta’ dina bla kulur.   Fl-għeluq ta’ dan l-uffiċċju Mintix ħlief tgħaddi l-ħin Ma ssir qatt ta ħaddieħor Waqtiet int, magħdudin.   Alfred Grech. 26/01/2022
Image
  Kemm Hu Qalil.   Kemm hu qalil Meta tridu li   jg ħ addi l- ħ in u l- ħ in ma hemmx li jg ħ addi G ħ ax ix-xejn bħ al-b aħħ   ikejjel it-tul ta’ ħ ajtek Meta ż-żnażen ta’ moħħok ma jridux jieqfu Iżda l-ebda warda ma jsibu Fuqhiex jirgħu Meta t-tinnitus ta’ ġo widnejk Isir qawwi wisq li jibda jtarrax. Għax il-quċċata ma lħaqthiex U kien baqgħalek l-aħħar tarġa Biex twaħħal il-bandiera U tgħid: hawnhekk jien kont ukoll.   Qalil il-baħħ xħin xejn ma tista’ tagħmel. Hawnhekk oqgħod kemm trid Ikun il-ħabs tas-skiet u l-ħabs taċ-ċokon Ikun it-tmiem ta’ dit-taqbidaa apokalittika Mal-uħux u mal-iħirsa Tax-xejn li jieħu għamla u int Għamiltu jiswa’ ħafna. Hawnhekk tista’ wkoll toqtol u tidfen U r-ruħ diġa’ midfuna Iżd’hemm il-ġisem li għad irid konflagrazzjoni. Fis-skiet issib il-bixra Fis-skiet jintrema’ kollox U lanqas m’għandu għalfejn Jisbaħ għada filgħodu.   Alfred Grech 25/01/2022.
Image
  Min S ejja ħ li I lu l L T elaq .     Min sejja ħ li ilu li telaq U jiena bqajt ma smajt ebda leħen Jew kont inħabrek aljenat Infettaq il-patalli tal-ward.   Imlewna dawk il-bżieżaq li qed tonfoħ Għax dawk jinfaqgħu f’wiċċek Imqar jekk lanqas taf għaliex.   Mhux kollox mitluf Taħt il-kwiekeb li jiddu Jista’ jkun li tistaqsi Għaliex ma bqajtx taqdef Galiex għereqt fil-port Għaliex dan is-skiet kollu U mhemm xejn li ser jifdik Milli tkun ġifa.   Le le taħt sema’ mimli kwiekeb Ma jistax ikun li tlifna t-triq Ma jistax ikun li tlifna r-ritmu U s-sintonija ta’ x’seta’ kien.   Jien imbagħad jgħaddili minn moħħi Li għad teħodni x’imkien U jiena niġi.   Alfred Grech 24/01/2022
Image
  Bandla .   Jista’ jkun li kull demgħa li ġġelben u tqattar Tqanqal wiċċ l-ilma ħiemed Il-mera li fiha ta’ sikwit inħarsu Sabiex insiru naf s-sewwa U jiena u int nibdew tielgħin u nieżlin Bħas-sufri mal-ħalel Fil-bandla li ħloqt inti stess Li ħloqna flimkien U fil-benniena li fiha qed iġġorni miegħek. Illum jisbaħ bnazzi Għada ma nafx x’ikun. Iżda kun af li ma baqgħaliex wisq Biex tinqata’ l-ispaga.   Alfred Grechh 20/01/2022.
Image
  Għalxejn Noqgħodu Nħarsu.   Għalxejn f’għajnejn xulxin noqgħodu nħarsu Bla ma ħadd minnha jaf x’bi ħsiebu jagħmel. Għalxejn inwensu lil xulxin: ħadd minna Ma jaf għax qiegħed hawn jew liema niċċa Jimla’, il-pass li jmiss liema naħħa.. Nafu biss li xortina hawn tefgħatna Jew ġejna hawn frott l-insiġ illi sawwarna. Imbagħad inwaħħlu għalxejn fl-allat t’olimpu Jew fil-kwiekeb li taħthom bdejna nterrqu Bla naċċettaw li din hi ħtija tagħna U li għalxejn nistaqsu x’-pass se nagħmlu Dan pass fid-dlam u vjaġġ ta’ min hu mgħammad.   Alfred Grech 15/01/2022
Image
  Auschwitz.   Din bħal marda Li tqum filgħodu tfittex distrazzjoni Biex tinsa li riekeb il-ferrovija lejn Auschwitz. Imqar f’dal kamp tinħass il-ħtieġa Li tibda toħlom Li tilgħab logħob tal-azzard Li tinsa’ Għax il-maskra mhijiex maskra U t-tilqim hu biss reġistru Tan-nagħa’ li hemm fil-merħla Bit-tama li rgħaj għandu għal qalbu Il-ġid tal-merħla. Mhemm ebda triq oħra li tista’ taqbad Fuq din il-ferrovija.   Alfred Grech 12/01/2021.
Image
  Tsta’ Tintilef.   Tista’ tintilef biex ma tinstabx, Tista’ wkoll tinħaraq Iżda l-impronti li tħalli ma jmorru qatt Tibqa’ bħal tebgħa Fl-isfera tal-isproprorzjon Fid-dwejjaq tat-telfa. Tal-ferħa bla temma Ta’ dak li deher li kien tassew U li qatt ma kien Fid-dagħbien tal-ħin li sar Tal-partiċella li tixxierek Ma kull numru sħiħ. Ta’ kull qatra li tħalli n-nixxiegħa U tibda taħseb li n-nixxiegħa saret hi. Dan teatrin tal-attaparsi Il-parti titgħallimha xħin li jingħalaq is-siparju U titniżżel fil-mafkar tal-mejtin.   Alfred Grech 11/01/2022
Image
  Din Tista’ Tkun Bħal Meta.   Din tista’ tkun bħal meta tmur għal gwerra Tagħżel il-waqt, terren u strateġija; It-telf u r-rebħ tkun tafu xħin tiġġieled l-imħallef ta’ kull għażla n-nostalġija.   Tixbaħ xi ftit bħal meta n-niżla taqbad Għax kollox jibda’ jkaxkrek lejn l-abbissi M’hemm xejn li jista’ jwaqqfek jew ifixklek Għajr dak il- ħsieb li kont tinsab imwissi.   Illum li qed inġorr it-toqol tiegħek Nifhmek aħjar u naraf minn fejn ġejna U issa jiena wkoll inħossni nindem Li rġajna morna lura minn fejn bdejna.   Alfred Grech. 10/01/2022.
Image
  Ma Jiswa’ Xejn.   Ma jiswa’ xejn li noqgħod naħli ħini, Ma jiswa’ xejn li ngħanni bl-ogħla vrus, Minn widna dieħel biex mill-oħra joħroġ F’ħanut tal-pulċellana rħejt gendus.   Ma jiswa’ xejn li nwitti t-triq biex timxi U tibqa’ għaddej sa tmiss għad is-smewwiet, Ma jiswa’ xejn widinti qed nisilfek Għax issa lili mlejt ukoll bl-inkwiet.   Għax tiġi żiffa riħ u taqleb kollox Ma jiswa’ xejn! Jissarraf biss f’duħħan. Għamilna żmien nissieltu mal-iħirsa Għax kull ma bnejt inġarr mill-uragan.   Alfred Grech 07/01/2022.
Image
  Kif Tmewwet Dawn Il-Ħsejjes.     Kif tmewwet dawn il-ħsejjes, Il-ħsejjes ta’ ġot-triq, Xi malti jgħolli leħnu U s-skiet jagħtih bis-sieq?   Issikket litanija Ta’ kliem li hu bla sens U tislet ftit tal-paċi U toqgħod ftit għal wens.   Il-ħsejjes tal-inġenji It-traffiku ffullat Duħħan, tgeġwiġ li bħalu Din Malta qatt ma rat.   Il-ħsejjes oħloq tiegħek Bir-ritmi jikkalmawk U doqq xi melodija Fejn ħadd ma qatt jarak.   Alfred Grech 06/02/2022.
Image
  X’ikun Hemm?   X’ikun hemm xħin tieqaf qalbek tħabbat? Ikun hemm is-skiet Ikun hemm il-ħemda tal-eternita’ Il-baħħ tal-univers itektek Nanosekondi.   X’ jibqa’ xħin titlaq u tħallini? Jibqa’ t-togħma  ta’ min irid Isib skuża biex jibqa’ jgħix Imqar fil-ħolm.   X’jiġri xħin jitla’ s-siparju? Ma nafx u ma nafux Nibqgħu bħall-atturi fuq il-palk Nistennew li naqtgħu il-vers li jmiss.   Alfred Grech 06/01/2022
Image
  Valerie.   Xtaqt ilħaqt sħaba li titbiegħed Il-beraq ma tmissux Jaħarqek Jien bqajt fil-ħabs ta’ ġismi U int sirt qawsalla bl-isbaħ ilwien.   Tarf ix-xifer tal-irdum, Imbiegħed U tfuħ ir-rima li ħallejt Għamilti bħal kometa Xegħelt ir-rifletturi U jien bqajt waħdi fuq il-palk.   It-tama biss fadalli Li naqbeż jien ukoll fl-abbiss Minflok intir.   Alfred Grech 06/01/2022.
Image
  Hemm Barra.   Hemm barra tieħu forma differenti U ma tidhirx kif tidher minn hawn ġew, Hemm barra aktarx taħsibha xi ħaġ’oħra, U tkun biss oħra minn dawk li għaddew.   Hemm barra aktarx li tidher differenti L-aqwa li huma u aħna ferħanin Ħaddieħor jista’ jilbes in-nuċċali Ma ġara xejn għax nibqgħu għaddejjin.   Kulħadd ser jifhem kif jaqbilli jifhem Kulħadd ibiddel fehmtu xħin irid Kulħadd bil-qamar tiegħu qed isuqu Kun af biss waħda: tagħna ħadd mhu sid.   Alfred Grech 05/01/2021.
Image
  Epiphany.   Is it to show us how it goes To sacrifice your only son Or is it just the explanation Of human destiny on a tree? Always afflicted with strife and desolation Where is the salvation From slavery?   We try to revolt  But they crush us down With all their power And all their might.   So where is the salvation? To what must we turn a new page? And we get lost in the game And never realize that whatever the result We are the born losers.   Is it to manifest the human destiny That you send your only son To be born in a manger?   Alfred Grech Christmas Day 2021.