Għajnejja Tqalu. Għajnejja tqalu bis-sogħoba tat-tamiet Li għabu U jinfetaħ quddiem għajnejja s-siparju Tal-ġejjieni mudlam Raġġ dawl li ma jinfidx iċ-ċpar Tal-perċezzjoni Fanal fuq l-għola punta ma jnebbaħx Lill-baħħara U ma jdawwalx Ilma mdardar bid-dnubiet Ta min jaf ħafna U ta’ min huwa għaref Inġorr mal-buffuri tat-tramuntana l-irdum iwissi lil min irid ikejjlu U l-gawwi bil-ġuħ Jisseqqer fuq wuċċ il-baħar. Hwejjeġ mibdija U mhumiex mitmuma. Alfred Grech 28/09/2023.
Posts
Showing posts from September, 2023
- Get link
- X
- Other Apps
Soġġettiva. Int tibqa’ ma tifhimnix U lanqas tista’ qatt tittawwal Mit-twieqi tat-torri tiegħi U lanqas tista’ tkun ta’ fanal Għal min isalpa. Sonda spazjali Li tirrifletti l-kurrenti U tieħu l-enerġija Biex tista’ tinnaviga Bla qlugħ. Bla lqugħ tibqa’ nieżla Fl-abbiss tal-baħħ Spazjali. Tista’ tfittex fil-kraterji Ta’ wiċċi biex tkun taf Jekk jien qedx ngħid is-sewwa Jew fit-tqanqil tal-ilma jagħli Sabiex tkun taf Jekk dak li ngħidlek Hux dak li nħoss. Alfred Grech 26/09/2023
- Get link
- X
- Other Apps
Ħallini. Ħallini nintilef fil-bur bla konfini, Ħallini nintilef fit-tul ta’ bla tmiem, Ħallini niġġerra fuq l-andar, fil-plajja, Sa nilħaq ix-xefaq xħin niġri ’l-quddiem. Ħallini ħa noħroġ mill-qxur ta’ dil-fosdqa, Dirgħajja nwessaħħom u nħaddan il-ġid U għinni biex nieqaf mill-ġdid fuq saqajja, Darb’oħra nitwieled , nirxoxta mill-ġdid. Insib iż-żmien kollu biex miegħek nitkellem U nersaq u nirfes l-ispazji ta’ ħdejk, Infittex li nirgħa’ kull fejn hemm il-ħlejju U tiddi fuq wiċċi d-dija t’għajnejk. Ħallini ħa nerġa’ nitrejjaq mill-għasel U nisma’ xi jqanqal l-ispirtu mifxul, Il-qalb li bdiet tħabbat għax messet ix-xrara, Xintilla li tolqot ’l-bniedem mibdul. Ħa nieħu ftit nifs ‘mma mhux fl-arja moqżieża Ta’ min qatt ma ntrefa jew stagħdar fit-tajn, Ta’ min qed jintrass u jrid jirbaħ bl-imgħawweġ Ta’ min hu stunat, ma jixbaħx lill-oħrajn. Ningħalaq mhux aktar fil-ħabs ta’ madwari, Imdawwar bil-ħażen, bil-vizzji u tidwir, Ta’ min qiegħed jg...
- Get link
- X
- Other Apps
That’s What We’ve Been Doing. That’s what we’ve been doing all this time , We have been lured By the sweet music of the morning By the promise that to morrow Will be different And that each encounter Would be new And would bring with it A new beginning A new world. That is what we have been doing All those years Learning one more way How to trick ourselves Into believing. It was like watching a movie In which we were protagonists. And then we learned That there was nothing more to it Than the show. Alfred Grech 20/09/2023.
- Get link
- X
- Other Apps
Ħarist Lejk. Ħarist lejk u sibt il-ferħ, U sibt xintilla, sibt xrara li ħarqitni, Sibt dinja ġdida dinja msaħħra U tiffieħa li stajt naqta’ Minn siġra pprojbita. Ħarist lejk u bqajt ma ntbaħtx Biż-żmien mitluf li qatt ma wasal Bil-ħin li stajna għaddejna Fuq bandla ta’ tfulitna Fil-ġnien fejn konna mdorrijin inżuru Hemmhekk fejn hemm jilgħabu t-tfal Ta’ mingħajr ħażen. Ħarist f’għajnejk u ntbaħt Li l-ħajja hi waqtiet U li kull waqt eternita’ Fil-kisra t-għajnejk Fil-ħlewwa ta’ ħaddejk U fit-tbissima ta’ fuq xoftejk. Imbagħad għamiltni lsir ta’ sbuħitek. Alfred Grech 20/09/2023
- Get link
- X
- Other Apps
Serqulna l-Qawsalla. Serqulna l-bandiera, Ħadulna l-ilwien. Min lura se jġinbhom, Duħħan kullimkien. U xejn mhu bħal qabel, l-imraqqa miftuq, u kollox imqalleb u ġie ta’ taħt fuq. Serqulna l-qawsalla Ejn huma l-allat? Jintiehmu bl-imgħawweġ F’pajjiż iffullat. Riġlejhpm misluba Idejhom f’xulxin Ħalluhom ħa jgħaddu Kemm huma mkabbrin? Serqulna l-qawsalla Xħin konna reqdin U saru kotrana Itambru f’kull ħin. Ħalluhom ħa jgħaddu Jekk mhux għall-infern Jitilgħu l-ġenna U jmissu l-etern. Serqulna l-qawsalla Xħin konna reqdin, Xħin konna storduti Fis-seigħa u l-ħin. Nistaqsu u b’dan kollu Lil min jisfidaw? Id-dritt li hu sewwa? Lejn xhiex jimmiraw? Serqulna l-qawsalla Ħadulna l-ilwien Xħin jgħaddi dan kollu Nistaqsu: Dan x’kien? Għidulna minn issa Xi tridu min-nies? Dal fandarunati U blugħa bla qies. Serqulna ...
- Get link
- X
- Other Apps
Il-Fuq Għola Kemm Tiflaħ. Il-fuq għola kemm tiflaħ ja ruħ tiegħi, Il-fuq minn din il-miasma t’għaks u ġuħ, Il-fuq minn min qed jisraq il-qawsalla Biex joħloq id-duħħan ġewwa l-imħuħ. Kemm tista’ għola ’l-fuq biex tfittex taħrab U dritta l-isfel ħares bla ma tmil Biex ma jilħqukx il-bżieżaq tal-burdati U mal-għasafar imraħ bla tfixkil. U itlaq ’l-hemm u aħrab dawn l-inħawi Għax hawn issib lil min għad iferik Inkella sa ssib ruħħek ġo xi xibka Ta’ min jidħaqlek f’wiċċek bla jmerik. Kemm tista’ għola l-fuq biex tfittex taħrab Lil min jinsab ferħam għax moħħ magħluq Iħott dak kollu li ma jistax jifhem Il-vand’li u l-esperti l’hawn fis-suq. Alfred Grech 18/09/2023.
- Get link
- X
- Other Apps
Fidwa. Li nniegħes lili nnisi f’nagħsa ħelwa U nwarrab kull tingiża ta’ rimors, U le biex nidher ifrem milli jmissni Jew f’tat-tjubija nidħol f’xi konkors. Biex nagħsar ta’kull jum is-sugu tiegħu Ta’moħħi nkeċċi x-xjaten minnufih Banali t-tila illi fuqha npinġi l-ilwien, li bħal burdati ma kull riħ. Inkella nibda noħlom giljottina Filwaqt li npejjep pipa bil-ħaxix, Infittex gomma li ’l-dnubieti tħassar U d-drawwa li mingħajrha ma ngħaddix. Alfred Grech 16/09/2023.
- Get link
- X
- Other Apps
Monument . Jien hux se nħalli torrijiet mibnija, Ħażna flus, ġawhar fin, ħaġar prezzjuż; U ma nħallix arkati trijonfanti U lanqas ġol-irħam wiċċi gustuż. Il-monument li nħalli wara mewti Hu ward ifuħ, qawsalli kollha lwien, Il-ħolm li noħlom meta mqajjem, Bżieżaq tal-arja imxerrda kullimkien. Il-monument li nħalli wara mewti Wild is-sabiħ li ma jinbidel qatt Għanjiet l-għasafur iberraħ il-ferħ tiegħu, Leħen il-mewġ ibus sider ix-xatt. Alfred Grech 15/09/2023.
- Get link
- X
- Other Apps
Bħal Si ġ ra Li Qlajt Minn G ħ eruqha . Bħal siġra li qlajt minn għeruqha Pingwin illi tfaċċa f’desert, Jew torri fin-nofs ta’ foresta Stunata din-nota f’kunċert. Jien ngħix qalb in-nies ta’ did-dinja, Ħaruf qalb il-merħla ferut, Kefrija tal-bniedem li jaħkem; Torturi i jtuk sa ma tmut. Jien ngħix id-duħħan ta’ kull għodwa, Id-dwejjaq xħin tgħodos fil-qiegħ Tkekixa ta’ ħares li jbezza’ Il-ġenn ta’ min joħlom qatigħ. Alfred Grech 14/09/2023
- Get link
- X
- Other Apps
Le Mhux Għalissa. Le mhux għalissa Għad hemm ritwali Li għadhu sarux Għad hemm wegħediet Li għadhom ma twetqux Le mhux għalissa Issa mhux il-waqt U jekk tistaqsini: meta? Ma nafx inwieġbek Iżd’issa mhux il-waqt. Għad jasal iż-żmien Li inti stess tkun raf Il-ħin meta għandek titlaq. Alfred Grech 11/09/2023.
- Get link
- X
- Other Apps
Iqasqsuk. Jekk togħla ’l-fuq mis-sħab Issib lil min iħamġek Issir għasfur mitluf Fi żmien il-passa Jixkubettjawk ix-xemx tħoll ix-xema ta’ ġwenħajk isammruk b’xi skandlu salibek il-fastidju li tajt lil xi waħda lanqas biss tafha. Jekk togħla ’l-fuq mis-sħab Issib ’l-allat t’olimpu Jistennewk Iqasksuk Iqassruk U jdaqsuk Biex rasek ma tikbirx U ssir bniedem bħall-oħrajn. Alfred Grech 06/09/2023
- Get link
- X
- Other Apps
Nixgħel Fjamma. Nixgħel fjamma oħra xħin titlaq inti U t-tentazzjoni li nerġa’ mmur Fl-istess sqaqien ta’ dinja antika Tiżdied minn waqt għall-ieħor. Għidli jekk qattx iltqajt ma iblaħ Aktar ħieles minn dak li ġera Wara l-friefet u l-bżieżaq tas-sapun. Serqulna wkoll il-qawsalli Biex issa jagħlu festa Mis-sorpriżi tagħna Biex issa kollox wita’ U ż-żurżieqa lejn l-abbiss Saret destinazzjoni. Xtaqt insib oasi fejn nistrieħ Fejn nista’ nerġa’ mil-bir tal-tifkiriet Intella’ ilma ġieri li ma jaqtax U noħloq oħra bħalek Biexnista’ inħares lejja nnifsi. Alfred Grech 05/08/2023.
- Get link
- X
- Other Apps
Tgħallimt Dan Kollu . Tgħallimt dan kollu, mhux minn dak li taqra’ Minn kull għalliem li ħalla l-marka tiegħu, Minn xi programm, mgħaġun, misjur minn qabel Jew xi kurrent ta’ ħsieba li jġorrok miegħu. Jekk tgħallimt dan, bis-swat li qlajt fuq ġismi Jew biż-żelqiet li żlaqt ma kull żellieqa, Mid-disappunti u s-sogħba ta’ li kull wegħeda Li ma twettqitx, jew baqgħet biss mixtieqa. Jekk tgħallimt dan, fil-forġa ta’ did-dinja, Fejn issawwart, imsammar fuq l-inkwina, Jew illimat bħal kieku biċċa għodda, Ċappa ħadid sa bqajt ftit ftit nirfina. Jekk tgħallimt dan, kull darba li ħbatt rasi Kull darba li għolejt ’l-fuq mill-bqija, Kull xkiel li sibt indur mal-kantunieri Bla ma staqsejt x’kien hemm miktub għalija. Jekk tgħallimt dan, b’kull waqa’ li bdejt naqa’ Xħin ittarraft, kastig li mbagħad indara, Kont nerġa’ nqum, nitfarfar, nibqa’ miexi U l-logħoba bqajt nilgħaba u xejn ma ġara. Alfred Grech ...