Tassew Li Rridu Ntiru. Tassew li rridu ntiru U ma nħallux lil min iqasqas Il-ġwienaħ tagħna. Għaliex ikun trab fl-għajnejn Li kieku ma mxejniex flimkien U ħallejna l-ħars tan-nies Jaħsilna bis-sorpriża Inkella bl-għaġeb. Għandek tkun taf Li f’dinja fejn kulħadd iħares ċass Jiena u int inħarsu f’għajnejn xulxin Inħarsu ’l-fuq U npinġu kwiekeb ġodda Bl-ilwien tal-qawsalli. Għalhekk ġawhra ta’ qalbi Ikollok ftit tas-sabar Għaliex il- qawmien mill-ġdid Ftit għad baqgħalu Sakemm jasal. Alfred Grech 30/04/2021.
Posts
Showing posts from April, 2021
- Get link
- X
- Other Apps
Hekk Aħjar Hekk aħjar ma taħseb f’xejn Biex ma tqanqal ebda fewġa Jew tibda’ tħoss id-dwejjaq Tal-għaberx skarnat. Aħjar ma taħseb f’xejn Jekk tista’ U tibqa’ f’salib it-triq Fejn jiltaqgħu il-ħolm mat-tifkiriet. Hemmhekk m’għandekx għalfejn Tiġġerra sabiex taqbad Id-dellijiet Għax tasal żgur fil-ħin U ħadd ma jimbuttak U t-triq issibha waħdek Imqar fid-dlam tal-lejl Qabel jibda’ jberxberx. Alfred Grech 30/04/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Kolossu. Jekk ma tkunx mimlija mbarazz Il-bettiegħa tkun imdejjqa. Hekk int trid timla’ lilek innifsek Bit-trab u bid-duħħan Li ssib madwarek. Mhux li kont tkun barrani f’dar ħaddieħor - Emarġinat - Ma kont issib in-niċċa li tista’ tesgħek qatt U issa li tlajt fuq il-mambar I-Taċ-ċarlatani hawn ħafna jadrawk U tibda’ taħseb li issa M’hawn ħadd kbir aktar minnek Kemm mill-wisa’ U kemm mit-tul. Ħaġa battala tagħmel ħafna ħoss Aktar mill-ħmar li libes ġild ta’ ljun. Alfred Grech. 29/04/2021. B’dedika lil min imtela’ ħafna arja sħuna u issa bħal bużżieqa beda tiela’ ’l-fuq. . . Il-fuq. . .
- Get link
- X
- Other Apps
Dik Hi s-Sbuħija. Dik Is-sbuħija, Dik hi l-eleganza Tara u ma tmissx b’idejk Il-ward fil-ġonna publiċi Mhuma ta’ ħadd Iżda jħennu lil kulħadd Xejn aktar. Kull meta taqta’ warda Naqqast tkun mis-sabih Għaliex is-sabiħ jibqa’ Imqar xħin dik titbiel Għax is-sabiħ bla sid, Bla qies u bla konfini. Hekk għedt bejni u bejn ruħi Xħin bqajt għaddejja dritta dritta minn quddiemi Bit-takkuna għolja. Alfred Grech 27/04/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Sirt Qisek. Sirt qisek dak il- waqt li li xtaqtu qatt ma jasal Mhux għax jaqbadni l-biża’ ta’ filgħodu Kull meta nsib quddiemi għodwa ġdida Li żżid fit-toqol kollu li nġorr miegħi U lanqas għaliex nibża mill-isfida; Iżd’għaliex kull darba li nażżarda ħalqi niftaħ min jisma’ jkunu l-ftit u ħadd ma jifhem. Sirt qisek dak il-waqt li minnu trid titbiegħek Il-waqt tat-tarf, fejn lanqas tħares lura U toqrob qiegħed lejħ kull waqt li jgħaddi U issa qbadt in-niżla u mhemmx xi jżommok U ttawwal kemm ittawaal għat-turmenti Għalhekk ikun aħjar jekk jiġi kmieni. Alfred Grech 26/04/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
161. Għaliex ma ħallejtnix intir fil-beraħ Xħin kullma kellek tagħmel tisma leħni Stajt tagħraf liema naħħa r-riħ qed jonfoħ U ma kien jiġri xejn jekk f’ħin jew f’ieħor Niżbalja ir-rifsa. Waħdek trid titgħallem Għaliex ma ħallejtnix indur u nagħqad Xi darba niċċa għalija kont insibha U jekki din ma nsibiex kont bħal ħaddieħor. Erwwilla mhux kulħadd skond l-għaġna tiegħu? Illum tgħallimt ukoll għas-spejjes tiegħi Kif trid tinqara l-mappa u kif kont nasal Sirt naf minfejn għaddejt iżd’ aktar kmieni, Bi ftit strapazz bil- għaqal u ftit xorti Illum nistħajjel biss kif kien mod ieħor. Alfred Geh 26.04.2021
- Get link
- X
- Other Apps
Staqsejtni. Staqsejtni kemm qed ngħaġġel Għax mhux qed tlaħħaq megħi Weġibtek: int qed tkarkar Ma żżomx mal-passi tiegħi. Fakkartni meta konna Nistkennu f'bejta waħda U li bis-sħana tagħna Inbiegħdu l-ksieħ taċ-ċaħda. Qed tħoss il-bard kont għedtli Mank sliftek l-għata tiegħi, Weġibtek li trid tħaffef U tkompli taqdef miegħi. Alfred Grech 24/04/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Jien Naf. Jien naf għaliex ma trid x qatt terġa’ lura Ħamiema tat-tamiet u tal-ġejjieni Għax sirt esploratur ta’ dinja ġdida Inkella ġibt il-bnazzi xħin kien spiċċa Id-dulluvju, u tfittex il-quċċata Fejn tista’ tmidd riġlejk u tieqaf taħseb U tara jekk hux għaqli din il-ġirja Sa tarf l-irjieħ. Illum int qed tkellimni mingħajr biża’ Mingħajr ma tuża’ kliem inkella leħnek Jien naf għaliex sal-lum int bqajt itittajjar Tintfiehem biss minn dawk tal-wegħediet fiergħa U dawk li mingħalihom sabu posthom U wieħed minnhom stajt kont jien fil-biża’ tiegħi Inkella l-ħolm li ħlomt mingħajr sekwenza Bħal dik il-poeżija ta’ bla rima. . . . Inkella għax sibna ruħna mwarrba u mitluqa Għal-ġenb tat-triq. Alfred Grech 23/04/2021
- Get link
- X
- Other Apps
ICARUS And every time we say we will get over it And then realize that we have just surpassed another hump In this dark and forlorn desert Were we were thrown to graze like animals Competing for the smallest shrub of a mirage That every stroke and every blow we get Is a reminder of how hopeless is our situation, As it has always been. We will never live to see our accounts settled But if at all will learn Of more permutations of how of the chaos has evolved Until we find ourselves nowhere. We know that with every blow we get we are the losers But with a smile on our face we still defy the gods Because we want to fly and will refuse to be bogged down In the quagmire of a programme. Alfred Grech 23/04/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Ħaġa B’Oħra. U jista’ jkun li soluzzjoni kienet Fli ngħollu l-ħitan u l-barrikati Biex naħbu dak li konna naħsbu u dak li xtaq nagħmlu. Fejn kont meta sejjaħtli? Kont ġo xi bosk tal-ħrejjef u l-fantażmi Nikkaċċja xi feniċe jew għasfur li jġib il-ferħ. Fejn kont jien? Jien aktarx kont fis-sakra Sabiex ninsa’ r-rit sfrenat Ta’ din il-ħajja Jew forsi aljensat minn xi kewkba Li għalkemm ma tiddix Kienet taf kif tisseduċi Kemm fl-agħmla u kemm fir-rogħda li kienet tqanqal Inkella kienet ħaġaż b’oħra. Alfred Grech 22/04/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Your Loneliness. Your loneliness is a shooting star Your distance is too much Your shot was like a diamond I was mesmerized by the touch. How can I capture the magic The picture is all torn The movement lost its rhythm The shadow grows forlorn. Your loneliness has borrowed The interstellar space The limitless rotundity The void full of your space. Your presence is a day dream That recreates the past Though the legend of the landscape And the embers dying fast. Alfred Grech 21/04/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Il-Barka Tagaħna. Imqar jekk t ħ allini nkun i ż - ż ernieq al-wegħediet Tiegħek, inkantalek matutin stunat Ta’ żmien in-nanniet u naqra mill-vanġelu Il-parabboli li xtaqt xi darba nfissirlek Tixtbieħat ta’ kullma xtaqna konna. Imqar jekk tħallini nagħmel Mill-fonti mbiereak tas-solitudni tiegħi Magħmudija ta’ tqanqil il-passjoni Xorta waħda, hekk kif joqrob tarf il-jum Il-fidi tagħna t-tnejn issir djamant Jew djarju mimli tifkiriet u ammissjonijiet Li bihom stajna nfejjqu l-feriti li laqqatna xħin bdejna nitgħallmu. Alfred Grech 20/04/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Għax Imqar Int. Għax imqar int, xħin jien ġejt nistrieħ miegħek Bdejt iċċedi Sisien ma kienx hemm U lanqas pedamenti Konna ħaġa waħda Iżda mbagħad ridna ninfirdu Biex naraw s-sema Kif ikun in-naħħa l-oħra U hekk kullħadd beda jaqdef għal rasu sakemm jasal Fuq in-naħħa l-oħra tax-xtajta Ħallejna wkoll l-irbit li kien jgħaqqadna. Konna flimkien iżda mbagħad Intbaħna li l-mixja solitarja Tista’ twassal sa xefaq li qatt ma lħaqna U bqajna hekk sejrin Sakemm intlifna, u sar il-ħin U f’daqqa waħda sibna Li kien dalam. Alfred Grech 19.04.2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Hemmhekk Titfgħek Il-Ħajja. He mm hekk il- ħ ajja ti t fg ħ ek Tibla’ r-ramel ta’ xatt il-ba ħ ar Wara n-nawfraġju tal-ħolm kollu u tal-miri li qatt ma lħaqt Meta is-sisien jiġġarfu Bil-kedda tal-ħalel u t-tinwir. Imm'int ma tkunx it-tifrik tiegħi Għaliex minkejja d-dwejjaq kollha Jien nibqa’ inkanta u nkanta Sakemm nintlaqat minn xi sajjetta Jew minn tir ta’ xi kaċċatur. U titqanqal fija x-xewqa Li nirbħek u nittrijonfa fuqek Għalkemm int tirregalali sensazzjoni kbira Ix-xewqa li mmut Bil-mod il-mod taħt il-ħarsa ndifferenti tiegħek. Xejn ma ngħidlek. Ara li tkun qawwija daqs ir-riħ Għax jgħaddi għad minn fuqek riefnu Kun qalila daqs il-baħar Għaliex it-tifsir tassew ta’ din il-ħajja Huwa li ma tintilifx U ma titlifx lilek innifsek. Alfred Grech 16/04 2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Rancore. Volevamo creare un mito Ma i miti si creano una volta soltanto Abbiamo vissuto una vita Ma la vita si vive una volta sola Abbiamo volato nel cielo Ma qualcuna ci ha feriti Abbiamo affidato il nostrto destino Ai guardiani del cielo ed agli angeli Ma i guardiani del cielo e gli angeli Ci hanno deluso. Alfred Grech 15/04/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Sei Diventata. Non siamo riusciti a collegarci Io sono stanco di aspeetari Sei diventata una nuvola Dentro la quale ti nascondi Sei diventata come il fulmine Che brilli inaspettatamente Sei diventata un idea Di quello che sarebbe stato Il-paradiso Sei diventata la mia donna Sull’altra sponda del fiume Sei diventata la speranza di domani La ragione per cui vivo Sei diventata un icona Una di quelli attaccati al muro. Alfred Grech. 15/04/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Hekk jimxu dawn il-mostri. Hekk jimxu dawn il-mostri Billi joħolqu l-kuntratti fittizji U favolużi U jimlew l-art kollha bini u frakass Biex jifgaw lill-kull min irid jieħu nifs Ta’ arja pura, Jimlew l-art kollha bil-bini Fejn jgħixu n-nemel tal-purċissjoni. Hekk jemmnu dal-mostri Id-dinosawri li jibdu l-ġilda Billi jwegħdu l-ġenna fl-art U joħolqu l-miti Li jilluppjawm lil-nies. Hekk jisirqu dawn il-mostri Bil-proġetti fantasjużi Li minnhom igawdu biss Il-qirdien lli jerdgħa demm il-poplu U l-ġid li jipproduċi. Hekk jimxu dawn il-mostri. Alfred Grech 15.04.2021
- Get link
- X
- Other Apps
Imqar Jekk Nagħmel Kull Ma Tgħidli . Imqar jekk nagħmel kull ma tgħidli Ħienja ma tkunx, Imqar jekk nistudjak minn Filgħodu sa filgħaxija Ma nissodisfakx. Jen xtaqtek tiftaħ bħal qaqoċċa Li tagħmel fi żmienha U tweffaħ daqs il-ġiżimin. U issa tibda’ l-għażla Bejn it-tajjeb u l-ħażin Bejn dak li tista’ ġġerraħ U dak li trid tistmerr. U jekk kulljum jien nikkuntempla X’għedt il-bieraħ Insib li kont żbaljat Jiddispjaċini U mbagħad nibda ninnamra Max-xbieha tiegħek. Ħaffef, qabel tintefa’ x-xrara, Iġri, qabel isir il-ħin U dak li għandek tagħmel għamlu Mingħajr it-tejatrin Imbagħad jekk għad ninqabdu F’uragana żmagat Is-seħer kollu tagħna Mqar ’kk ma tintebaħx. Iżda la ddumx U dak li għandek tagħmel għamlu malajr Għaliex l-arloġġ itektek qiegħed U l-aqwa li tħalli l-għelm tiegħek fuq ħaddejja Tatwaġġ tal-grif isteriku Li jinfed taħt il-ġilda L-uġigħ hu biċċa waħda mix-xenqa tiegħek...
- Get link
- X
- Other Apps
Jekk Int Skoprejt. Jekk int skoprejt il- Ġ nien tal-G ħ edeen U lili m’g ħ edtlix bih Kif trid li nżomm ir-ritmu U nilħaq pass ir-riħ. Tgħix għalxejn fit-truf ta’ dan l-ipazju Bejn dak li taħseb u dak lil tara Ugħax il-verita imħażża fuq moħħok U d-dieqa tittradik Għaliex minn hawnhekk sal-eternita’ Int irbatt il-brejkijiet Bil-biża’ li tgħix kulljum Qisu li kull jum ma kienx bħall-ieħor Jew li sejjra tiltaqa’ ma xi ħaddieħor Biex tagħmel minn dan ir-rakkont Xi xeneġġjat Jekk mill-banda l-oħra Qed tħoss Li ħlejt il-ħin kollu tiegħek Tinsab fl-istess keffa miegħi u Ma dawk li ma jafux għaliex qed jgħixu Għaliex id-dinja saret dak li ħsibna li kienet Jew dak li xtaqna Fil-gaġġa tal-irbit u tal-konfini li mgħixu fiha. Alfred Grech 10/04/2021