Int Ma Tħalli Qatt. Art thou afeard To be the same in thine own act and valor As thou art in desire? Wouldst thou have that Which thou esteem’st the ornament of life, And live a coward in thine own esteem, Letting “I dare not” wait upon “I would, ” Like the poor cat i' th' adage? Lady Macbeth Macbeth, Act I Sc. 7 L. 40-45. Int ma tħalli qatt il-bejta Biex ittir fil-baħħ ta univers li jibdel ilwienu Biex tara kemm tassew ħafifa l-ħajja Biż-żiffa tal-grigal ma wiċċek tħabbat U ma sidrek ir-raxx ta’ tqanqiliet li malajr jgħaddu Bħal tkexkixa li tibqa tiftakarha. Inti ma tagħmilx il-qabża li tintħtieġ Fid-dlam sabiex lid-dellijiet tisfida Tbexkel il-mażż tal-karti Biex tara jitlagħlekx il joker . Gwenħajk ma tmattarhomx U għalhekk qatt mhu se tilħaq it-titjira Tal-għasafar qed ipassu minn fuq rasek. Alfred Grech. 30/03/2022 ,
Posts
Showing posts from March, 2022
- Get link
- X
- Other Apps
Jum Li Jibda’ Bil-Maltemp. Jum li jibda ’ bil-maltemp ma jbiddilx dak li qed jiġri. Il-kurrent qadim fil-qiegħ tal-uġiħ eżistenzjali ma jbiddilx is-sħab ta’ jum qarrieq. Ifakkrek biss li taħt kull munġbell ġwejjed hemm oċean ta’ maġma qed tinħema. Inti tista’ biss titqarraq għaliex taħseb illi bnazzi prekursur tal-aħbar it-tajba mingħajr ma qatt tintebaħ illi l-bnazzi mhuwiex għajr ix-xewqa perenni ta’ eternita’ mistħajjla Jum li jibda’ bil-maltemp huwa mera tas-sotterran qalil ta’ ruħek li tishar l-iljieli mirjieħa ta’ xitwa li qatt ma tgħaddi u ssir il-ferrovija li ntilfert minn ħsaddieħor Jew bastiment li tilef it-tmun u l-boxxla. Matul il-mixi tal-istorja aħna bżieżaqtal-arja fuq wiċċ l-ilma. Alfred Grech 29/03/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Issa Li Xtaqtek Tiġi. Issa li xtaqtek tiġi, ma tiġix. Issa li qed infittxek, ma nsibekx. Issa huwa l-waqt illi ssir tafni. Għada nkun mibdul. It-triq li qbat tistaħba fid-dell tiegħek U issa li stenbaħt fhimt li din il-ħajja Lin-nis iġġiegħlom jistaħbew fihom infusdhom. Jien kont naf ukoll li t-triq għal għandek U d-dawl li jista’ jmexxini Iżda salib it-toroq mimli dellijiet U jien nintilef fihom U int tintilef f’ġenna Fejn wara jerġa’ jibdielek. Jien naf ukoll fejn nista’ nasal Għax kemm il-darba wasalt s’hemm U qtajt biljet li mbagħad ħbejtu Fejn ma jista’ jsibu ħadd. U lanqas ngħidlek fejn trid tmur Għax lanqas temminni. Alfred Grech 28/03/2022
- Get link
- X
- Other Apps
Ejja Ngħidu Li M’hemmx Għada. Ejja naħsbu li mhemmx għada Jekk illum ninsabu sew; Ejja ngħidu: hawn se nibqgħu Għalfejn toħroġ min hawn ġew? Ejja ngħidu l’hawn se nibqgħu Għaliex għada ma taraħx, Fejn hu dak li jrid iħabbat Il-bieb baqa’ ma nfetaħx? Fejn hu dak li jrid jisfida? Żmien għaddeju ma ġara xejn, Fejn hu dak li baqa’ tiela’ Sal-quċċata imma għalxejn? Ejja ngħidu li m’hemmx għada Kollox ħolm u qatt ma jkun, Niktbu l-ġrajja li titħassar U l-aħbar ħażina tkun. Ejja ngħidu li m’hemmx għada U ma tkunx daqshekk ħabriek, Għandu kollox imur sewwa Għalxejn toqgħod fuq ix-xwiek. Alfred Grech 26/03/2022
- Get link
- X
- Other Apps
Għalhekk Qatt Ma Niftiehmu. Idum, idum jaqbad in-nar li kebbisna Sakemm tiġi buffura riħ Inti mbagħad tmellisli xagħri U tgħidli li ma ġara xejn. Taħt dawl il-qamar inajjar il-ħatab L-iskaldi jtiru bħalkieku xintilli Xħin jagħmel il-ħin għalxejn tirtokkja Kwadru qadim li xjaħ jindokra lid-dinja għaddejja. Għalhekk qatt ma niftiehmu Għax inti tmur għal trtiqtek Għax inti mgħaġuna xort’oħra U b’liema lsien tkellimni Xorta waħda tqajjem maltempata Inti togħla ’l-fuq U jiena ntir fil-=baxx. Għalhekk qatt ma niftierhmu Għax dejjem kontro kurrent Għax nagħmlu bħal ħaddieħor U nintilfu fil-kotra. Għalhekk qatt ma nintiehmu Għax dak li minnu għaddejna Jiġri bil-maqlub. Alfred Grech 26/03/2022
- Get link
- X
- Other Apps
Jista Jkun . Jista’ jkun li ter ġ a’ tnebbet in-nebbieta biex minnha joħorġu l-versi li bihom għad irrid nagħmillek l-aħħar lament qabel l-eklissi Jista’ jkun li għadek trid xi ħaġa minni għalkemm xħin tħares lejja jiena nifhem li lanqas għadek biss tinħtieġni. U jiena nħossni mormi hawn ma dawn il-qabda uċuħ inewwħu xortihom, qalb dawn l-lħna li ma nifhimx u ma nagħrafx fost dawn ir-riġlejn li jimxu lura. Jekk ngħid li m’għadnix nifhmek inkun qed niċħad lili nnifsi għax miegħek u bħalek għomt il-baħar kollu u tlajt u nżilt ma mewġ il-baħar li ta’ kull darba kien jaqtagħli nifsi bħal ċattra għal ħniena tal-irjieħ bit-tama li xi darba għad nilħaq dawk it-tqanqiliet li qatt ma twieżnu. Alfred Grech 25/03/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Xtajta. Immensa din ix-xtajta li fiha ġ ejna ng ħ oddu ċ - ċ ag]aq u n ħ affru fir-ramel biex insibu min il-għaliex wasalna s’hawn. Ir-ramel li ta’ kull darba mewġ il-baħar Jimbotta taħt riġlejna. Jista’ jkun li l-wesgħat li hawn madwarna ma jesgħux il-kliem kollu li rridu ngħidu lil xulxin, imma jkun biżżejjed li nħarsu f’għajnejn xulxin sabiex insibu li dal li ħsiebna kien fil-bogħod jinsab quddiemna. Għalija biżżejjed li noqgħod bil-qiegħda ħdejk nikkontempla l-ħajta tax-xefaq fil-ħemda tal-waqtiet xħin ngħodd il-minuti. in-nifs ta’ sidrek tiela’ u nieżel u kull mewġa li toqrob lejna bit-tama ta’ qawmien li qatt ma jasal. Mutu quddiem beraħ li jaqtagħlek nifsek. Alfredf Grech 25/03/2022
- Get link
- X
- Other Apps
Mas Tmurx Taħseb. Ma tmurx taħseb li lili se tbiddilni Lill-mannikini tal-imgħaddi tlibbes l-iskeletri xxiddilhom ħwejjeġ ġodda sabiex f’għajnejn in-nies din moda ġdida. Tillega b’qoxra ġdida kull reġistru Qadim li mhux ħlief kopja ta’ li għandna Narrattiva ta’ dak li llum qed jiġri U tbellagħielna li kollox jinbidel Biex ngħixu f’illużżjoni t’era ġdida. Int ibqa’ għaddej kemm trid tirrombla u tgerrem U tgħid li ma sibniex xi skuża ġdida Biex l-għada nsebbħu u ’l-quddiem inħarsu Għax kollox ġdid u kollox qed jinbidel. Xkiel wieħed għandek biss: għalkemm xejjaħtni U qed bil-ftit tmewwitni; li kont għadni U f’dak li huwa jien qatt ma ninbidel. Alfred Grech 24/03/2022
- Get link
- X
- Other Apps
Lil-Albert Camilleri. In memoriam. Xħin tħares minn ġot-tieqa U tara min għaddej Xi ħadd ipassi jgħaġġel Ma tafx minn fejn hu ġej. Xi ħadd li jisparixxi U qisu qatt ma kien Xi waħda sbejjħa tfewwaħ U ssebbaħ kullimkien. Min hemm li jimxi mgħawweġ Min hemm li jimxi dritt Hemm min min-naħħa għall-oħra Jiskarta ’l-mim hu fitt. Min jimxi qed jiġġenneb Min jimxi bħal distratt Hemm min mank biss jintebaħ Li qiegħed hawn fil-fatt. Dan hu passaġġ mistħajjel Għalkemm ħallejt sinjal Għax ħafna telqu u marru Mal-fewġa tal-grigal. U hekk tissokta l-mixja Min aktar ma taraħx Min kien biss kewkba feġġa Għax l-għada ma sebaħx. Inħares minn ġot-tieqa U int li m’ghħadekx hemm Ġigant tal-iġulija U nemmen ridt bil-kemm. Alfred Grech 23/03/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Lil Lana. U int kont ħsibt li taħt ir-riedni tiegħek U xejn b’kumbinazzjoni seta’ ġara, Xħin jien u int taħt il-fanal iltqajna Il-bogħod mil-ħars tan-nies fl-isqaq ta’ wara. Għad jiġi żmien li aħna nibdew nifhemu Għaliex dan kollu ġara u kemm hi kbira ll-wesgħa illi fiha qed miriħu biex wara nerġgħu negħerqu ġo l-għadira. Għaliex il-mogħdijiet x’imkien jiltaqgħu U kellek ta’ bil-fors tiltaqgħa miegħi Iżda fejn tidħol int hemm biss it-tama Biex ma noħlomx tgħallimt għas-spejjes tiegħi. Alfred Grech 22/03/2022
- Get link
- X
- Other Apps
U Nibgħu Hekk. U nibqgħu hekk issa li x-xefaq telaq Il-konfini ntradmu u tneħħew il-barrikati Ma nafux aktar minn fejn sejrin nibdew U lejn liema naħħa se nimirħu. Jien irrid inkun għalik l-anġlu kustodju La biss tarani u lanqas tmissni U nkun ukoll għalik musbieħ il-lejl Li lanqas dawl ma jagħti. Int siekta bħall-art mogħottija bin-nida Inti l-abbundanza tal-ħemda lejlija Meta konniex imgeddsa ma xulxin Ma tkellimniex Meta ħassejtx nifsek fuq sidri ma emminniex, Illum imqar jekk ma narakx erġajt bdejt nemmen Illum bdejt tagħmel il-mirakli imqar jekk ma tkunx ħdejja Illum bdejt nemmen fik imqar jekk il-bogħod minni U tislet minn ġo ruħi it-tnegħid ta’ min mal-art imkaxkar Illum tinsab il-ġenna Inkella għamara tal-allat U tħares lejja hawn isfel Qisna dak il-midneb Li qatt ma nidem. Sakemm iddum b’saħħitha din l-imħabba Inkella nfatwazzjoni. . . . Illum inħobbok. Alfred Grech 2...
- Get link
- X
- Other Apps
Foloz. Għaliex m’aħniex tassew l-atturi aħna, Protagonisti ta’ spettaklu ieħor Għaliex ħallejnihom ’l-min ix-xena jisraq U l-fjamma tal-ħelsien minn taħt idejna? Għaliex mhux aħna konna illi ktibna Il-vera storja w dak li tassew ġara? Għaliex ħallejna ’l-min idardar l-ilma U jimla’ kullimkien bi xniegħat foloz? Alfred Grech 19/03/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Il-Ħlas Tal-Ħelsien. U mqar xħin tlaqna mkasbra kif konna bi d -dwejjaq Ta ċ-ċiniżmu inkallidit ral-imperaturi mingħajr ħwejjeġ Sibnieħ imkien ta’ kenn għalina dan l-oasi Fejn jittewbu dawk li baqgħu bil-ġuħ U jtertru bil-bard dawk li baqgħu mingħajr għata U jitolbu dawn li saru niedma. Bil-kemm kien jidher Fost id-deżert immes ta’ ruħna. Iżda mqar qatra ilma Mill-ibjar il-qodma li ħaffru dawk li ġew qabilna kienet biżżejjed biex nibdew istejqru u nibdew mill-ġdid inħarsu lejn il-kewkba tal-punent minn fejn għal sekli sħaħ feġġet id-dija li wrietna t-triq. Issa jista’ jiġri kollox, imqar it-tifrik u l-qtil bla sens Tal-bombi u l-karri armati bl-iskuża ta’ konfini li qatt ma kienu. Issa ħlifna ħalfa li qatt aktar ma nerġghu nħallu jagħmel bina n-ngħas Bit-tama li l-lupu għad xi darba se jbiddel il-vizzju Għaliex il-ħlas tal-ħelsien hu l-għassa dejjiema. Alfred Grech 18/03/2022
- Get link
- X
- Other Apps
Fejn Huma Dawk l’Għaġnuk? Fejn huma dawk l’għaġnuk U għamluk dak li int illum? Diwi ta’ ilħna mill-imgħoddi Li għadhom jikkumbattu fil-kranju qadim Bħal reġistru li tilef l-indiċi tiegħu. Issa ntbaħt li l-mixi tiegħek Bħal dak ta’ wieħed miexi lura. Issa sirt il-fdal tal-petali Imxerrda mat-tifkiriet li jtiru mar-riħ Uħud tista’ taqbadhom, oħrajn intesew. Iżda l-petali jittajru u jibqgħu mar-riħ Inkella jgħumu f’wiċċ il-baħar ħiemed Ta’ dak li jidher. Bqajt inti waħdek tisqihom u tagħtihom Il-ħajja sakemm ħajja ma jibqgħalekx. Mill-bqija sirt tixbaħ ukoll id-diwi Ta’ leħen mill-imgħoddi Fost il-petali tat-tifkiriet Jittajjru mal-friefet. Bħal nixxiegħa li tinbela’ U tinxtorob fir-rasmel tagħha. Alfred Grech 17/03/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Qisu Passiġġata Dal-Vjaġġ. Qisu passiġġata dal-vjaġġ Biex nasal ħdejk. Bħalissa għat-telgħa Iżda hemm it-tama Li ma ndumx ma nsib il-wita’. Xi kultant nitaqa’ ma min Jurini triq b’oħra Iżda xejn ma jkun ġara Għax jiena nibqa’ miexi U jekk għad ma nasalx x’għandek Int mhux ser tlumni Jew tagħmel ħaqq minni. Alfred Grech 16/03/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Int U Jien. Jiena niġi miegħek bħal ħabib inżommlok idek. U kull meta ssejjaħli jiena ngħolli rasi Fuq wiċċ il-folol tad-dinja u nwieġbek. Jien naf li bħali ġralek f’daqqa waħda Rajt il-ġejjieni jniħall qisu silġa fis-sħana tax-xemx tikwi Inkella l-melħ li twaddab ġewwa l-brodu. Int aktarx li bħali ntbaħt li kullma għandek Irid jispiċċa u wara kemm tkun immensa Id-deżolazzjoni tal-qalb imċaħħda minn dak li tħobb U minn dak kollu li tara b’għajnejk. Int tibqa’ għaddejja tħares mit-tieqa tax-xarabank U taħseb li dal-vjaġġ qatt ma jispiċċa U tibqa’ tħares il-bogħod bil-panorama Dejjem tinbidel. B’hekk int u jien inkunu qed interrqu Fuq żewġ kwiekeb differenti. Alfred Grech 14/03/2022
- Get link
- X
- Other Apps
Ħenjin. Ħenjin għax spiċajna jum ieħor Ħenjin għax dak kollu li kellna nagħmlu Għamilnieħ. Ħabrieka konna l-ħin kollu Mhux żgur li fehemna ħaġa waħda milli kien Mhux żgur jekk għadna nafu fejn sejrin. Ħenjin għax naqset ġurnata oħra Żidna diġit ieħor ma li hemm Saff ieħor fuq il-muntanja Mhux żgur nafu dan għaliex Inkella fejn qiegħdin Alfred Grech. 11/03/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Min? Min se jqis din it-traġedja Min ser jonqox dax-xbig ħ at Min ser itenni dawn l-iste jje r Li jinbidlu mas-sig ħ at ? Min se jġerraħ dal-martitju Dan il-ħbit fuq nisa u tfal Min se jbierak il-ħruxija Tax-xitan bid-dwiefer twal. Min ser jemmen li qed jara Dan mhux żmien li ngħixu fih Li fid-dinja hawn iż-żibel Li jrid jiknes poplu sħiħ. Min kien jgħid li dil-ġurnata Għad trid tasal qabel xejn U mill-ħsara tal-imngħoddi L-injorant ma tgħallem xejn. Alfred Grech 09/03/2022.