Illużżjoni. U sewwa wkoll li tgħix taħt illużżjoni Tqum minn filgħodu kmieni biex tiltaqa’ Imbagħad issib appuntament li tħassar U ġrejt, għaġġilt fexfixt biex tista’ tlaħħaq. “Mma b’hekk issib li rbaħt il-ħin u spazju Biex tieħu nifs u tieqaf minn dil-ġirja U dawra mejt iddur miegħek innifsek U tgħix għal ftit waqtiet ir-ritmu tiegħek Kmieni jew tard tintebaħ li fil-ħajja Aktarx li xejn ma jkun kif tkun qed taħseb. Alfred Grech 29/04/2022.
Posts
Showing posts from April, 2022
- Get link
- X
- Other Apps
Għalhekk Saħħar Ħsibtuni. Għalehekk saħħar ħsibtuni Għax wiċċi ma nbdilx Għalhekk qatt ma fhimtuni għax ħsara ma nagħmilx. Mhux bħal min jibda’ gwerra Biex jaħtaf ta’ kulħadd Imbagħad ma jafx fejn wasal Għax miegħu ma żamm ħadd. Inkella beda jiekol Ħaddieħor ma tniffisx l-aptit ġieħ u ried aktar imqar minn ma ntrifisx. Inweġġa lili nnifsi Għax jien ikkumplikat Taħsbuni jien diffiċli Inkella xi sbukkat. It-toqol ta’ ġo fija Jankrani sew mal-art Inġorru fuq spallejja U naqdef qalb l-iskart. Għaliex in-nies li jsaltnu Fuq palk ta’ teatrin U l-folla aljenata Tistenna jgħaddi l-ħin. Alfred Grech 27/04/2022
- Get link
- X
- Other Apps
Jien Ngħidlek Li Bik F’Ħajti. Jien ngħidlek li bik f’ħajti nkun aħjar U taf li nkun qed nigdeb. Jien ngħidlek illi mnalla kont int Għalija u taf li mhux tassew. L-aqwa li nferrħek ftit Imqar jekk qed nigdiblek Inħossni aħjar. Inkella x’għadna nagħmlu hawn Jekk lanqas nuggustaw Il-ħin li nqattgħu? Ħarisna ’l-quddiem U nsejjna kull ħaġ’oħra U l-ħajja għaġinniha Bħat-tafal tal-fuħħari U ma kien hemm ebda twissija Li setgħet iddawrilna r-rotta Għajr il-ħsejjes ta’ kuljum U tfesfis li ma nstemgħax F’widnejn li lesti li jisimgħu. Il-mafkar li ħallejna Jista’ ma jkunx dak li tassew ifisser Il-ħeġġa li ħallejna Iżda huwa l-għelm ta’ żewġt irwieħ Imsoffija fil-purgatorju Ta’ dak li seta’ kien mod ieħor. Alfred Grech 26/04/2022
- Get link
- X
- Other Apps
Grillu Jonqosni. Sakemm tgħolluni fuq bradella U sserħuni fuq forċina Aqta’ kemm jitla’ Għal rasi. Imnalla dal-lejl M’għalqatx għajnejja M’hemm xejn li nista’ nagħmel Hemm biss il-pressjoni ir-rass u t-tfesdieq l-imbuttatura. . . mill-bqija kurrent wieħed dejjem għaddej. Il-grillu jkun jonqosni Biex niġbdu Imbagħad ix-xejn Il-baħħ, lanqas tfaqqiha. Il-grillu biex inħossu jien U jien biss U nista’ nispara U nista’ niddetta Jew nagħmel li rrid. Alfred Grech 25/04/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Id-Dawl Li Tixtieq Jiddilek. Id-dawl li tixtieq jiddilek Ma jiġix mill-penumbra ta’ xemx li kifset Għax ix-xemx tiddi biss fis-satra Ta’ ruħek, hemmhekk fejn ħadd Ma jara ħliefek. Imbagħad mid-dlam jitfaċċaq xefaq ġdid U f’lejla ta’ bla kwiekeb il-mixi jsir misteru. Jekk trid li l-jum ma jkunx għajr ġolġota oħra Fejn taqta’ nifsek tiela’ imqar mingħajr it-toqol Tħoss il-letarġija ta’ tbatija bla fejda Taljena rasek aħjar milli tistaqsi U d-dawwar wiċċek in-naħħa l-oħra milli tissielet. Dawk li jissieltu huma l-gellieda Huma l-eroj ta’ bla isem li fuq il-midfen tagħhom Jinbena l-ġejjieni jew jekk trid, tinkiteb l-istorja. Il-jum jista’ wkoll jaqtagħlek nifsek Jew jifgak bħal fil-lejl mudlam tar-ruħ Għax mingħalik li l-ħbiberija u l-fratellanza Se jsalvawk mit-telfa diġa’ mħabbra U ssib li kont imqarraq. Imbagħad jista’ jkun li tieqaf tħossok ħati U l-munzell ma jidhrix li żdied daqshekk. ...
- Get link
- X
- Other Apps
Reżurrezzjoni. Imqar jekk xħin inħares lejk Int ma tkun xejn għajr xbiegħa mnaqqxa Il-kwiekeb ma narax fid-dlam tas-skiet U ruħi tintebaq Għat-tgħemiż u u l-istedina. Imqar jekk xħin ’l-fuq inħares Eda dawl ma jiddi għajr dak Tal-qamar fiddien u l-frak li jarmi Fuq wiċċ il-baħar ħiemed Jitmattar lejn ix-xefaq. Ġo qalbna tibqa’ t-tama Li dan kollu mhux għalxejn U xi darba għad xi ħadd Jirrombla l-blata tal-qabar Li fih ndfinna jew difnuna. Il-blata tal-aljenazzjoni. Alfred Grech 19/04/2022
- Get link
- X
- Other Apps
Tifhimni Bla Ma Ngħidha. Tifhimni bla ma ng ħ idha U tissellef il-ħin Għaliex taf li d-daqqa ta’ ħarta Tweġġa biss lil-min jagħtiha. Tiġi miegħi bla ma tiġi Għax ruħħek ma tkunx hawn U f’moħħok u f’qalbek tħożż Il-ħolm li qatt ma jseħħ. Tqanqil biss Ta’ kull filgħodu Għal dak li kont se tgħidli U bqajt m’għedtulix. Għax ilsira aħna Magħluqin f’gaġġa tad-deħeb Iżda l-ħabs bnejnieħ aħna Bl-għażliet li għamilna Bl-ubbidjenza U ta’ kull meta qtajna qalbna. Alfred Grech 18/02/2022
- Get link
- X
- Other Apps
Għid Il-Kbir. Dan mhuwiex l-G ħ id il-Kbir li aħ na nafu Jinżel għalxejn mil-għoli l-anġlu jħabbar U paċi fl-art lil bnedmin ta’ rieda tajba Għax paċi m’hawnx u qatt mhu se jkiun hawn Jew paċi tkun tal-boloħ. Qabel kont nissaporti aktar it-tfaqqiħ tal-kanuni Ilumm ittarraxt. Qabel kont inħossu aktar l-uġigħ tal-martri Taħt l-irmied tal-gwerra Ilum sirt inermi Qabel kont inħoss aktar għall min ikollu jħalli l-pajjiżhu In-nisa struprati u tfal imħollijin iltiema Jew mitlufin għax ħadd ma ġabarhom Illum sirt lanqas jimpurtani. Kont aktar lest li naħfer lil min irid bis-saħħa Tal-għodod tal-qirda li tgħaddi tiegħu Illum m’għadnix. Għax dakinhar kont ne m men fl-indulġenza u fl-armonija Fix-xrka ta’ mexxeja li għandhom għal qalbom ġid il-poplu Illum hemm biss dawk tal-quċċata Li jirfsu fuq dahar l-imsieken Dari kont nemmen f’min għandu qalb bħal ta’ ljun Illum indur madwari u ma narx għajr Ġwejjef, u min jiggranfa mal mambar tas-setgħa U min jipposa għal xi ritratt. Alf...
- Get link
- X
- Other Apps
Tqabbadni Dwejjaq Kbar, Tqabbadni dwejjaq kbar tibki l-ħin kollu Donnok lnaqas taf għax qiegħda tgħix Lanqas naf intix tarafni Lanqas naf tiftakarnix. Id-dmugħ inixxi bħal widien Illum aktarx li nibda’ nifhem Hawn swat li ma jidhirx u gideb li ma jingħadx U hemm min qed iwaħħal biss f’ħaddieħor. Għalhekk qed tibki u lanqas taf għaliex Qed tibki l-biki ta’ ħaddieħpr Qed tibki l-biki kollu ta’ ħajjtek Is-sogħoba kollha ħierġa U d-dwejjaq li ġarrejt matul ħajtek. Alfred Grech. Il-Ġimgħa l-Kbira. 15/04/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
L-Erbg ħ a Ta’ Rmied. Aħfrilna Mulej għaliex dnibna Meta l-ġrajja tad-dinja bil-maqlub intennuha l-ewwl bil-biża tal-mard infettiv jew it-tneffiħ tiegħu mill-midja lsira ta’ min irid jaħtaf u jqarraq u issa mill-passi l-ġodda li mmiddu fit-telgħa ta kalvarju li jgaddu minnu dawk li jistkennu mix-xita tal-bombi, dawk ta’ bla ħtija fl-infern tal-konfini ewropej. Aħfrilna Mulej għaliex dnibna Sabiex id-dawl jibda jiddi fid-dlam U d-dinja tradita tgħum fl-irmied tas-saħta tiegħek. Fejn nistgħu insibu xi ftit tal-mistrież? Fejn nieħdu ftit tan-nifs? Hanwhekk imqar il-kliem jirbombja Il-ħemda mhix biżżejjed biex issikket La fuq il-baħar la fl-ajru u lanqas fuq l-art La fid-deżert u lanqas f’dawk l-inħawi fejn tagħmel ħafna xita. Dawk li jimxu fid-dlam ebda dawl ma jiddilhom. La hemm imkien xieraq u lanqas ħin tajjeb għal-faraġ tagħom M’hemm ebda ħin ta’ ferħ għal dawk li jgħaddu Mit-terremot...
- Get link
- X
- Other Apps
Lilek LI Qatt Ma Fhimtek. Lilek li qatt ma fhimtek Qabbiltek ma kull waħda Bit-tama li xi darba nibda nifhem Is-sussulti u l-burdati Ta’ temp sfrattat li jisfida kull pronostiku. U xħin qabbiltek ma ħaddieħor Sirt nifhem ukoll lili nnifsi U għaliex il-kalejdoskopju ta’ dil-ħajja Fl- ebda waqt ma jittenna. Bħal mewġ il-baħar jien Imbewwes u ngħannaq ix-xtut bajdana U bla tebgħa ta’ dinjietek. Xħin bdejt intir u ndur minn warda għall-oħra Sibt li kull waħda għandha l-fwieħa tagħha U l-ilwien skond in-naħħa ta’ fejn tkun nibtet Jew l-art li fiha tħawwlet b’liema ilma msoqqija U b’liema xemx titbewwes. Issa xħin naf li ma nifhmekx Infetaħ is-separju U sirt inħobbok aktar. Alfred Grech 12/04/2022
- Get link
- X
- Other Apps
Fost Dak It-Tnegħid. Fost dak it-tnegħid li ma jinftiehemx Għaddieli minn moħħi li dal-prezz Hu għoli wisq biex jiena nħallsu. Int għandek is-seħer ta’ min iġarrab U jibqa’ mal-ħajjin u dik ir-riħa Inebrianti li mhix tas-soltu Ta’ min ilu li miet fih innifsu Għal kemm il-darba iżda li qatt ma ta’ Lilu nnifsu b’mirbuh biex minn barra Jerġa jirxoxta fis-skiet. Jista’ jkun li mhux illum kellna niltaqgħu U jista’ jkun illi l-imbatt U l-kurrent tal-baħar għad iwassallek il-fdal Tal-bastiment innawfragat mal-blat ta’ ruħek. Ikun dakinha li ssir tafni Xħin il-mixja waslet fit-tmiem tagħha. Jiena bħal-ktieb. Jekk ma tiftħux u tibda taqra Qatt mhu sejjra tkun tafni U tkun imbierka għal jum wieħed Imbagħad il-ġranet l-oħra ssir ilsiera bħall-oħrajn. Oħroġ minn qoxortok u urini s-sewwa tiegeħk. Alfred Grech 09/04/ 2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Irid Ikun Is-Seħer. Irid ikun is-seħer li jaħraq It-toqol ta’ kull kelma Iridu jkunu t-tqanqiliet li joħolqu kwiekeb ġodda. Kif tegħeleb il-biża u qtigħ il-qalb Ta’ min iqum filgħodu Maħsud minn ħolma kera U jrid jerġa r-riedni jaqbad U jagħmel ta’ bir-ruħu qed isuq? Lanqas naf għax dakinhar iċċaħħadt minnek Lanqas naf għaliex kelmti ma żammejtx. Kif kont inħossni dakinhar Ma jixbaħ xejn l-imbatt lki hawn madwari U l-ħolm ta’ qabel it-tbexbix Hu aktar ċar minn dak ta’ wara tlugħ ix-xemx. Trid tifhem li qed ngħixu Fuq xifer il-bużżieqa U xħin tinfaqa’ din ma jibqa’ xejn Mank biss il-ħsieb, il-ħolma u t-tifkira U dak li hemm bejnietna għal darba tnejn. Alfred Grech 08/04/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Jekk Toqgħod Tagġmel F’Qalbek. Jekk toqg ħ od tag ħ mel f ’ qalbek Issir gżira minsija Fix-xitwa ta’ dinjietek Issir ħawwiefa mbikkija. Int toqgħod tibgħatli l-messaġġi Tistaqsini jien kif jien Jien fuq kollox irrid nitlaq Intirt u nogħola ’l-fuq kif dejjem xtaqt. Int tistsaqsini kif inħossni Fit-tbdil minn waqt għal waqt Jien ngħidlek li din ħolma Agħar miċ-ċpart fuq xfar l-għajnejn. U mhemmx li jgħaddi dan il-waqt Biex ninsew li darba tlajna Fuq l-għolja minn fejn ħarisna l-isfel. Aħna biss stajna nġibu Lil din l-immensita’ fis-seħħ. Alfred Grech 07/04/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Dawn Mhuma Xejn. Dawn m’huma xejn għajr ħsibijiet bla fejda U xejn ma baqa’ għajr li nista’ mmissek Nonfoħlok ġo mnifsejk u tieħu l-ħajja. Din tista’ ma tkun xejn għajr it-tmelliss Li fdajt f’idejn ir-riħ jurik b’xewqati. U jista’ jkun mingħajrek lanqas ngħaddi Imqarr jekk inti biss għasfur tal-passa. Kull xħin niftakar fik jien nibda nħarbex Xi ħaġa illi għandi taħt il-ġilda Iżda li ma nafx ngħida. Alfred Grech 06/04/2022
- Get link
- X
- Other Apps
Imqar jekk il-baħar wiesa’ tiegħek Imqar jekk il-baħar wiesa’ tiegħek Ma jgħannaqx dan l-iskoll solitarju ta’ ħajti Jien xorta waħda noqgħod nixtarr l-ilwien tal-qawsalla li bihom imkurunaktni fit-maqdes tax-xewqat u tas-solitudni. Imqar illi t-tnejn li aħna nsiru żewġ tajriet Sabiex flimkien inkasbru It-toqol ta’ jum imdennes t’April Il-bogħod li hemm bejnietna U l-għoli li fih ninqatgħu Mill-kosbor tal-art u hekk Nagħmlu l-qabża Li twassalna f’dirgħajn xulxin. Imqar jekk il-baħar tigħek bla tarf Jien irird nasal sax-xifer Naqbeż il- konfinit Ta’ dak li nista’ mmiss u nara Biex xi darba nirxoxta bniedem ġdid. Ninsabu tit passi ’l-bogħod minn xulxin. Alfred Grech 05/04/2022.