Posts

Showing posts from October, 2020
Image
  Le Ma Kienux .   Le, ma kienux il-furbani Li ħarbtulna u serqulna l-għelejjel U l-frott kollu tal-art għammiela Iżda kienet ir-regħba tal-iżviluppaturi Li raw akbar mill-art u l-ispazju li jesagħhom.   Ma kienux l-imperjalisti Li sfruttaw u ħattew il-wirt għani Li ħallewlna ta’ qabilna. Kienet il-lublieba tal-ispekulaturi Jaħtfu kull fejn jaraw Bl-għajnuna tas-setgħana Imniġġsa bid-dnub oriġinali.   Ma kienus is-sidien fewdali Li selħu ’l-maltin mejtin bil-ġuħ Li qatt ma raw il-flus ġo bwiethom Iżda kienu l-ġrieden li tqiegħedu Fil-quċċata ta’ kull post strateġiku Fil-katina tas-setgħa Biex jgħinu ’l-min ried jisraq.   Le ma kienux . . . Kienu l-Maltin stess   rieqdin fin-ngħas Tal-affluwenza Tal-injoranza.   Alfred Grech 31/10/2020
Image
  Hemm Warda. Hemm warda flok ix-xemx U n-nies qed tħares lejha   Triq tara kif qed taħli Kull tektika tal-arloġġ Għax riħ ta’ siegħa Jnaddaf qiegħa.   Hemm qatra fuq kull petala U l-wisa’ tal-pajżaġġ Ibus inżul ix-xemx inkandexxenti Li jaħraq lill-allat.   Din hi l-evanexxenza ta’ xefaq Li qatt ma tista’ tara.   Alfred Grech 3-/1-/2020.  
Image
  Għalxejn iżżid Iz-Zokkor.   Għalxejn iżżidlu z-zokkor Għax morr jibqa’ l-kafe’.   Għalxejn jgħidulek sebaħ Tiġġedded trid kuljum Għaliex is-sħab fil-moħħ hemm għadu Kif hemm id-dlam fil-qalb U timxi qalb l-għanqbut.   Għalxejn ngġanniha l-għanja U mpitter is-sabiħ Għax xejn ma jibqa’ għal dejjem Għax l-ikraħ qed jikrieħ Ġo l-univers ta’ bidla Fejn kollox hu bl-addoċċ U ħorrox borrox.   Ma jinbidlux biss il-waqtiet.   Alfred Grech 30/10/2020.    
Image
  Had I known.   Had I known the lengths To which you had been driven Even sitting next to you Travelling on the same bus!   Had I known the extremes To which your spirit had to fly I would have certainly changed the course Or played another tune Blindfolded   and inward looking As I was.   I didn’t know that you were walking With bare feet in my sould.   Alfred Grech 20/10/2020
Image
  Titjira.   Int sultana tal-goli fl-għanijiet tiegħek U tonfoħ f’dawk l-imkejjen Bir-riħ tal-imdawwlin Mad-diwi ta’ taħbit qalbek.   Jien nerġa’ lura dejjem fil-baħħ Fejn bżajt li għad nissogra Fit-titjira tal-ajkla majestuża Fix-xejn li jimtela bih nnifsu Filwaqt li mill-għoli Nitlef il-kejl U s-sens ta’ fejn ninsab.   Ejja ħalli nitkixfu flimkien Xi jfisser in-nuqqas U kif issir taf xi jsarraf kollox Kif it-tislima tiegħek hi meħtieġa Daqs l-arja li ma nħossux.   Alfred Grech 29/10/2020
Image
  Warda Ġibtlek.   Għoljin wisq il-barrikati it-truf tieghek   marsusin u biex tinfed il fa ċċata trid tixraf daqs argużin   Trid tistagħdar fl-għaraq mielaħ u tiistaqsi jekk hux din it-triq tiegħek,   kemm jiswielek? Għaliex jiemek magħdudin   Jekk b’għajnejk qed tħares fissi dak għaliex int ma tafnix. Qed tkellimni bla ma taħseb u nfissirlek ma tridnix.   Fejn se naslu lanqas nafu Warda ġibtlek biex nifdik warda kelli xejn ma tiswa’ aktar xejn ma stajt nagħtik.   Warda ġibtlek għaddenija biss hi mera tas-sabiħ is-sabiħ tiftakru tibqa’ u għal dejjem tistennieħ   Alfred Grech 28/10/2020.
Image
  Lil Sieħbi Filosfu.   Daqskemm jisimgħu l-għanja tiegħi Iħabblu rashom bil-kliem sieber tiegħek F’din l-art ta’ min jitperreċ Fuq skoll il-vanita’ Fejn kollox teatrin Fejn kollox mhuwa xejn Huwa lussu li   tgħid is-sewwa. Għax tħarers minn fejn tħares Ilkoll qarib xulxin Kullħadd kien jaf x’qed jiġri Kullħadd sar ma jaf xejn Il qalbiena qaddisin U min seraq sar eroj.   Daqskemm jemmnuk xħin tgħid is-sewwa Daqshekk ieħor ma jifhmukx Jew ma jagħrfukx l-ilsiera qed jissawtu lill fqar qed jisfruttawhom iżd’inti ma tħoss xejn jew għaliex il-ġilda drat inkella għax drajt imxaħxaħ fi friex wiesa’ fl-għass tal-affluwenza.   U din mhix il-kuxxjenza U dan mhux it-tagħlim Dan għaliex iż-żmien inbidel.   Alfred Grech 27/10/2020.
Image
     Mhux Jien.   Mhux jien a l - g ż ira   tas-skiet tiegħek jien il grgal li jwassal kurrent qawwi u maltempati ħorox. Imbagħad bil ftit il ftit xħin tgħaddi kull burraxka int tiġi hawn tiflili kull tikmixa.   Mhux jien il baħħ li dejjem tista’ taħrab fil ġiri bla trażżin tal-ħsieb iniggeż, jien dak l-għannej li jiġi taħt it-tieqa u inti bla ma trid tittawwal mill-persjana.   Jien dak l-għarib li qatt ma jaf fejn wasal Jien dak l-għafrid li qatt ma kellu sabar.   Alfred Grech 25.10.2020.
Image
  U Hekk Sirt Naf.   U hekk sirt naf li dan hu l-waqt Tas-skiet li nagħżel jiena Li huwa l-bieb miftuħ Għal fuq il-beraħ t‘għada Kull meta l-ħtieġa nħoss Li noqgħod qalb il-kwiekeb seduċenti Biex ngħoddhom waħda waħda Bħalma nagħmel iċ-ċagħaq tal-baħar Li l-mewġ jillixxa.   U hekk sirt naf kif għad irrid Il-kobor ta’ bla tmiem inħaddan Ta’ qatra nida tirrifletti Il-bidu ta’ sebħ ġdid.   Jekk nibdel triqti jkun għaliex Din tiegħi daħlet f’żenga.   Alfred Grech 24/10/2020.
Image
  Tromba.   Xi jkun għaddej minn   moħħok Xħin jaqbdek l-uġih ta’ ras U tħoss ta’ ruħħek iċ-ċpar Jintilef ma tlugħ ix-xemx Ta’ mingħajr togħma? Lanqas id-dmugħ ma jdawwal it-tiċrit Tan-nuqqas li tħoss fi swied il-qalb Mingħajr konfini. Fewġet il-grigal Tonfoħ fl-eqqel tagħha U ġġib lura l-weraq tal-ħarifa Misjuq mir-riħ tat-tnissija Biex terġa’ mill-ġdid tibda d-dawra mejt U tagħqad mat-tromba Tan-namur li tistordik Sakemm ma l-art tispiċċa.   Alfred Grech 21/10/2020.
Image
  Hekk Irridek Jiena.   Hekk iridek jien Meta tkun tridni Mingħajr ma ssemmi mħabba.   Għax l-imħabba d-dawl t’għajnejk U kull xewqa fil-ħmura   ta’ ħaddejk U fit-tbissima Li żżerżaq maż-żurżieqa ta’ surtek Elf mitt żelqa Għax ħsiebi dejjem jimraħ.   Hekk irridek jien Bħal ħmura ta’ filgħodu Meta Eosforos isebbaħ Kullimkien bit-tbexbix tiegħu.   Alfred Grech 23/10/2020  
Image
  Madwar il-feriti li ġarrabt irrid li nerġa nibni ħajjti u t-tfkiriet jgħaddu u jinfdu imqar minn ġoll-ħitan għaliex in-nostalġija għandha minn tal-friefet il-lejl u għandha wkoll l-imfietaħ ta’ ħabs ir-ruħ.   Meta nnittef it-tqanqiliet u tweġibiet Bħal petali tal-ward U innaqqihom waħda, waħda Fil-logħoba tar-ruħ u tal-imħabba Nibda nlaqqat il-bews Li qatt ma ħadt mingħandek U t-tbissima li tkun Bħaċ-ċirasa fuq il-krema.   Jien nitkellem mas-skiet tal-infinit Biex tkun tista’ tismagħni U ż-żegħil tiegħi jiżżerżaq u jintlef Minn fuq ġismek Mingħajr ma jmissek.   Alfred Gech 22/10/2020.  
Image
  Ma liema Lġiem?   Ma liema lġiem ninsab marbut Biex issa ġejt ma nitwemminx? Ta’ liema xbiha minquxa sirt lsir Sabiex kull fejn immur inġorra miegħi. Iva jien ġarrejthom miegħi ix-xbihat foloz tal-allat xħin dħalt f’deżert deżert l-enimmi u soqt il-bhima li qatt ma riedet timxi.   Ma liema sarċ jien intrabatt Sabiex sejjħuli lsir Ta’ ħmerijiet, tat-tabujiet u ta’ kull fesserija Li ressewli fit-tubi ta’ moħħi Biex fl-aħħar sirt jien il-barrani Għaref ieħor ipejjep id-duħħan Nonfoħ il-bżieżaq tas-sapun F’kartell ta’ filosfu ċiniku.   Alfred Grech 21/10/2020
Image
  Imqar Int.   Imqar inti li kont nistħajjlek Imnissla mingħajr tebgħa Xħin ħsibt li jien id-dagħajjef Xħin ħsibt li int mirfuda Minn kull tinġis Minn kull tgħakkis Dħalt fl-univers ta’ spazjuħin.   Trid tkun taf li kollox għandu kwadru U kollox jibqa’ għaddej U kollox għandu żmien il-frugħa tiegħu.   Imqar is-sebħ ta’ qatra nida Fuq petali mislufa Għandha jiemha magħdudin.   Alfred Grech 20/10/2020.
Image
  Kuljum.   Jien ukoll lest għat-taqbida Iżda saħħa ftit li xejn Għaddejt żmieni ngħix fl-arena Qawwa ġdida, kif? Minn fejn?   Jien ukoll qomt kull filgħodu Wiċċi sfiq għal dak li ġej Bdiet tiċajpar il-viżjoni Kif il-ħin taraħ għaddej.   Sakemm jasal filgħaxija, Min hu sejjer, min hu ġej U ddur lura biex tistaqsi U dan kollu kien għalfej’?   Iżda wara daż-żmien kollu Kull filgħodu malli nqum Nerġa’ nagħmel lili nnifsi Mistoqsija ta’ kuljum.   Wara liema farfett niġri Jew bużżieqa tas-sapun, Sejjer nonfoħ għal darb’oħra U għal darb’oħra hekk ikun.   Alfred Grech 19/10/2020.
Image
  Spekulaturi.   Dawn nies li m’għandomx x’jagħmlu iħarbtu fejn jaraw Dawn nies li   jridu jkissru u xejn ma jivvintaw.   Dawn nies li jbiddlu d-dinja dawn nies ta’ moħħom fqir, u jaħsbu li qed jagħmlu xi għaġeb li hu kbir.   Dawn nies li jridu dejjem jibilgħu b’żewġt ixduq jagħmluha tal-fidi issibhom dejjem fuq.   Staqsihom x’għandhom x’jagħmlu Issibhom nies bla kwiet, minflok iħarbtu u jkissru mhux jaħsbu ftit fis-skiet.   Dawn nies ta’ bla kuxjenza li moħħom ftit qasir dawn posthom mhux fil-merħla għax id-dehen tagħom fqir.   Dawn nies li lanqas jaħsbu u jgħumu fit-tgergir, xħin tfittex ftit u tagħrbel blugħathom tat-twerwir.   Dawn l-ispekulaturi li għandhom jedd divin li jaħtfu, li jisirqu bl-appoġġ tas-setgħanin.   Alfred Grech 18/10/2020.
Image
  Tgħid Xejn.   Tgħid xejn Aħjar ma titkellimx Kull kelma li toħroġ mill-qaws Stallet li jiftaħ ġerħa Inkella splużżjoni li tagħmel Kraterju f’wiċċ il-qamar.   Tgħid xejn Għax mhux il-waqt li tiftaħ ħalqek Ma tmurx min-nagħas tqajjimhom Tikfilhom l-illużjoni Għax min jismgħek m’hawnx Jew min il-widnejn għandu issa ttarrax Inkella tgħid xi tgħid Mhux jagħtu kasek.   Tgħid xejn Għaliex għalxejn li tgħid Inkella jekk trid tgħid Qis li twerżaq twerżieqa Mimlija rabja Ta min iħares qiegħed U xejn ma jista’ jara.   Tgħid xejn Għaliex kull ma tgħid Jinġieb jista’ b’xhieda kontra tiegħek Minn dawk kollha li għandhom prezz Mill ġemgħa li xejn ma fehemet U tinsaq tħalliet minn imneħirha.   Alfred Grech 1710/2020.
Image
  Ma Rridx.   Ma rridx nimbela mil-vortiġ’ni Inkella noqgħod ixxamplat Ma rridx tmellis u lanqas ħlewwa Biex b’hekk nissejjaħ ixxurtjat.   U jgħidu: fl-aħħar dak inġabar, U fl-aħħar sab kappell jiġih; Sab min iħobbu u jieħu ħsiebu Tixraqlu ħlejjqa tgħodd għalih.   Ma rridx li jkolli għaliex nitlaq Min-nar tal-kamp f’xi nofs ta’ lejl, Għax naf li hemm min jistennieni Imqar ikun dan ħmar il-lejl.   Alfred Grech 16/10/2020.
Image
  Never.   I never asked what time it was I never asked what did you want I saw the sparkle in your eyes And the red shift on your cheeks.   I never knew that we could jump Into the darkness of the void, It was so easy to get lost And after that we never spoke.   Alfred Grech 16/10/2020.