Ma N ħ oss Xejn . Lanqas naħseb li għadek tiġi minni Għaliex xejn m’għandek li jixxiebaħ għajr il-fattizzi li minnhom il-bniedem jixxiebaħ u d-demm li jiġrinġewwa l-vini. Lanqas bi lsienna m’għadna nifteiehmu. Għalhekk jekk illum tlaqt jien qisni ma nafekx tistenninix warajk u t-tislima tiegħi tkun bħal dik ta’ xi ħadd barrani u ma jinbidel xejn f’jum ieħor tar-rebbiegħa imqar jekk ma nkunx hemm. Jekk niġi nkun ġejt biss għal wiċċ in-nies għaliex mill-bqija sirt bla qalb għax ma nħoss xejn. Alfred Grech 21/0/2012
Posts
Showing posts from March, 2021
- Get link
- X
- Other Apps
U Issa Taf . U issa li naf għaliex bqajt inkullat mad-dehera tiegħek Inħallik taħseb sa fejn jista’ jwassal dan is-seħer Sa’ tarf l-irdum jew lilhinn l-fruntiera Ta’ fejn għallmuna li għandna naslu. Inti li tgħix għalxejn fit-tarf ta’ dan l-ispazju Bit-tama li xi darba għad tintebaħ Xi tfisser il-ħrafa U tista’ toqgħod tiftaħar kemm trid Bil-ħafna rebħiet li għamilt tal-fantasija tiegħek. Iżda s-sewwa jinsab miktub fuq wiċċek U ġġorru miegħek fis-sotterran li qatt ma żżur Għax tibża’, inkella, għax aljenata Għaliex minn hawn sal-eternita’ Int ma geddist xejn għajr id-duħħan tan-nar imkebbes Rih ta’ siegħa li jnaddaf qiegħa. Tibża’ li ta’ kulljum tgħix Jum mħux bħall-ieħor U ma kull ħlejjqa li tiltaqa’ Tagħmel minn dan ir-rakkont Xeneġġjat ta’ waqtiet ħielsa. U jekk imbagħad tħoss li ħlejt Dan iż-żmien kollu Tinsab fil-merħla magħna Li ma nafux għal xhiex qed ngħixu. Alfred Grech 29/03/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Malti. F’din l-għadira ta’ skwallur U qtiegħ il-qalb Fejn hemm min irid ipinġi Qawsalla bi lwien alluċinanti Ħaġa waħda ma tittradixxix: Ir-ruħ ta’ ġens imtarraf u mwassal Sa’ xfar l-l-irdum Li trawwmet u tlewmet fil-konfini Ta’ dak li jista’ jkun u dak li tsta’ tilħaq Ma tinbidilx Ma tinbieħx Ma tintrebaħx Mix-xjaten li jdawwruha. Imqar jekk jiġi d-dud Li jnawwar il-ġisem dgħajjef, Il-kamla li tnaqqar il-qafas Il-qalb ma tinbidilx. Int ibqa’ qawwi qalbek Għax int wild din l-art l-Omm li tagħtek isimha Għaliex fil-lvant għad tbexbex Godwa ġdida li tlibbsek l-ilwien li jixirqulek, Imqarr jekk issa nafu Li wasal l-għabex tal-allat. Alfred Grech 27/03/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Għal Waqt Wieħed. Int tajtni għal waqt wieħed Id-dehxa tal-ġenna U bħall kull dell mingħajr sustanza Żlaqt minn idejja Biex spiċċajt xejn għajr tifkira U jien bdejt ngħid li kollox kien bħal ħolma. Mintix sħiħa għax jonqsok in-nofs l-ieħor U tagħmel ta’ bir-ruħek li qed tersaq Lejn in-nofs u n-nofs ma ssibu qatt. Dakinhar jien kelli s-saħħa biex niġġieled Illum in-numru qed jiżdied Ta’ dawk li jfittxu triqti Li nsiru ħaġa waħda għal waqt wieħed Huwa aktarx l-eqreb ġenna Li tista’ qatt turini Iżda dan ukoll hu dell Li qatt ma tista taħtfu. Alfred Grech 26/03/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Lanqas. U lanqas jgħaddi minn ġo moħħi Li naħli l-jum ieħor fil-ħmerijiet Ta’ dak li nsib madwari Għaliex kif tista’ ttir ir-ruħ Jekk ġwienaħ ma trabbix Minkejja li l-allat qed jisfnu Imqar xħin wasal l-għabex tagħhom. L-allat jiżfnu mqar xħin troxx ix-xita jew sħab qalil jostor is-sema li jsaltan fuq kull grad jew ġerarkija. Ma tesgħanix id-dinja kollha Xħin nistenbaħ ta’ kuljum U nara x’hemm madwari. Xejn għajr miraklu kull filgħodu Ma jħajjarni noħroġ minn taħt il-friex . . . U issa mqar l-irqad Sar tedjantyi. Alfred Grech. 24/03/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Ma Nissograx. Ma nissogra ngħid lil ħadd Li jiena ġejt hawnhekk Sabiex niltaqa’ miegħek Għax nibża’ li jkun hemm Min jiddieħak bija. Mur għidilhom li l-poeżija Tinkiteb weħidha Li l-imħabba mgħandiex għomor Li fil-qiegħ ta’ din l-oskurita’ X’imkien fl-ixfar tal-univers Hemm miktub li żewġt erwieħ Imbiegħdin minn xulkxin fiż-żmien u fl-ispazju Xi darba kellhom jitlaqgħu. Alfred Grech 23/03/2021
- Get link
- X
- Other Apps
In Kont Tgħidli. Int kont tgħidli li din imħabba Aktarx biex taħbi s-sens ta’ mistħija li rabbewk fiħ U jiena kont emmintek Għaliex inti kont għaliha t-kexkixa ta’ tqanqil ir-ruħ U ma kont nara xejn ileqq u jixgħel Għajr il-mixja tiegħek qalb il-kwiekeb U l-ħlewwa tal-istednina li kont tfassal B’idejk miftuħa. Iżda sal-lum għadni bejn ħaltejn Jekk hux tassew l-imħabba kienet Li ġibdittna t-tnejn fiċ-ċirku Tad-dawra durella bħal meta konna zgħar U mingħajr ħażen. Alfred Grech 23/03/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Hekk Jitfarku l-Vażuni. Hekk ji tfarrak il-va ż un i ta ċ - ċaqquf xħin jaqgħu fl-art u x-xbihat imnaqqxa, ma tiġboromx. Xħin jiġġarfu t-torrijiet u jinfaqgħu l-bieżaq tibda’ tistaqsi fuq liema naħħa trid tkun għax-xalata tkun spiċċat jekk hux fuq dik tal-imsejjkna inkella fuq dik ma min jagħdirhom inkella fuq dik ta’ min minn dejjem kellu raġun. Xħin jaqa’ ġebla fuq oħra l-bini u jiġġarfu s-swar tal-belt trid tistaqsi minn dan kollu kif intlifna fid-duħħan. U xħin insibu li wasalna nibdew ngħidu : Hawnhekk fejn? U xħin inħarsu ftit fil-mera staqsejnihom: Dan xhinu? Ikun biss il-manikomju li jaqtagħlna ftit tal għatx. Fl-aħħar mill-aħħar issib li kulħadd tellief. Alfred Grech 21/02/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Predikatur . Nista’ nifhem li hawn min Jaqbeż minn fuq l-irdum għaliex Xħin joqrob lejn it-tmiem ta’ Din il-mixja jintebaħ li mhemm xejn In-naħħa l-oħra, Predikatur ta’ bla sinsla.! U dat-trab u għabra Li ttajjar matul il-freneżija ta’ tama u illużjoni Mirage ieħor fid-deżert ta’ mingħajr xefaq. Predikatur ta’ bla kuxjenza! Issa taf għaliex id-daqqaq tal-fifra Tilef il-purċissjoni U għaliex il-ġrieden staħbew Fit-toqob tal-ħitan Jew ġo l-irkejjen Għax jibżgħu mid-dawl tax-xemx. Alfred Grech 18/03/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Imqar LI Kont Mitbaħ. Imqar li kont mitba ħ Li fuqhu noffrik lill-allat Vittma skonsolata tad-desti ni G ħ al ma ħ fra tad-dnubiet mist ħ ajjla Jew li xtaqna li għamilna. Imbagħad Nibda’ nitgħallem ukoll mill-mantra Tat-talb tan-nies Li jinġabru fil-maqdes tiegħek U l-ġrajjiet li jtennu fis-skiet ta’ qalbhom. Ngħattilek għajnejk Biex tista’ tibda’ tifhem Dinjiet oħrajn li fihom stajna kbirna U tinsa’ l-fruntieri Li mhumiex hemm inkella għebu. Il-ħitan li għollejna Ġabulna dieqa u pesta U issa hemm bżonn li nġarrfuhom Bis-seħer tan-noti li jinfdu U li daqqejna meta konna ħielsa. Alfred Grech 17/03/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Hekk Biss. It-tempju jien ħattejtu U baqa’ ma ndeniex. Id-dinja konnja ħloqna U nemmnu ma bqajniex Li mqar fil-Ġnien tal-Għeden ix-xorti m’għeitniex jew jien tfikilt f’saqajja U lura ma dorniex. U bqajna t-tnejn nissieltu Għalkemm ma għereqniex. Int kewkba ta’ filgħodu Titbiegħed fl-infinit Jien hawn indur u ngħaqad F’dal-labirint imqit Hekk biss stajt sirt sultama Fis-sogħoba u fit-tħarbit. Alfred Grech 16/03/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Tiġini T-Tentazzjoni. Kull meta nitbieg ħ ed minn din ix-xtajta Tiġini t-tentazzjoni nerġa’ noħlom bik Kull meta nsalpa fil-baħħ ta’ moħħi Inħossok timbuttani u nibda’ ntir. LI kieku ma qbadtx il-ferrovija Li għandha twassal sas-sostterran ta’ qalbek Inkun irrid li nibqagħa hawnhekk Imqar jekk għandi żmien biżżejjed Biex ngħix l-eternita’. U nibqa’ naqdef fil-mergħa ta’ sbuħitek Bħal meta għodost f’għadira dmugħ Jew negħreq sa geddumi u nasal Sakemm il-ħarsa twassal T’għajnejk. Alfred Grech 15.03.2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Tant Xrafet Il-Ġilda. Tant xrafet il-ġilda Li lanqas il-vleġeġ m’għadhom jinfdu U hekk indejt bl-imħabba biex infisser Għaliex qed tħares lejja Bħal meta l-baħar jofroħ. Tgħarraqni bir-rgħawa li tħalli Kull mewġa seduċenti Tal-maltemp li jibla’ l-art. Dan biex ma ngħidx li sirt drawwa Jew vizzju ieħor ma li għandi. Illum imissna nagħmlu minn kollox Biex nibqgħu fil-wiċċ ngħumu Ninġarru mal-kurrenti mingħajr xkiel Għajr dak li nwaħħlu f’xulxin U mhux fina nfusna. Imbagħad tistgħaġeb xħin tintebaħ Li l-qamar qatt ma jixba’ Jikkuntempla l-baħar ħiemed. Alfred Grech 12/03/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Jekk Nibqa’ Naħseb Fik. Jekk nibqa’ na ħ se b fik Tolqotni bis-se ħ er tieg ħ ek U x ħ in issir ossessjoni tħ alli surtek Imnaqqxa fuq wi ċċ il-mew ġ . Għaliex qed naħseb fik Jekk qatt m’emmiont fis-saħta Tal-imħabba? Bħall ma l-qilla tal-baħar imqalleb Tirrifletti msaren Uranus. Inkunu t-tnejn li aħna Bħal għasafar ta’ filgħodu Ngħannu l-għanja tal-ħolqien U nogħlew il-fuq mill-ħerba Li ġab b’idejħ il-bniedem. Għax tlifna l-ħlewwa li biha konna nħarsu Fil-bogħod u t-tmiem tal-ġirja. Issa jmiss li tagħtini bil-frosta tal-ġmiel tiegħek U bil-weġediet ta’ ġejjieni mimli tqanqil. Alfred Grech 11/03/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Is-Seħer Mar u Telaq Kollox. Bqajna niftakru f’xulxin bħal meta wieħed Jiftakar f’inżul ix-xemx jew f’dawk il-ħwejjeġ li jixteiq U qatt ma jista’ jkollu. Kullma qed nara jien reklam Ta’ dak li xtaqna Tferfir il-qalb u xrar li qatt ma kebbes Jew ġieħ li konna naħsebu li hu tagħna U qatt ma wasal. Għaliex nistagħdu konna f’ibħra mqallba Intellqu mal-ilpup li jikxfu snienhom. Pejjipna riħ il-ħolm, quħħan il-pipa Inġorru fil-valiġġi s-swat ta’ dari, Żebliegħ u għira ġdida li għakksitna U issa d-dinja kollha ntebħet Aħna x-insarrfu iżda l-qawwa Li weżnitna kien ir-riħ Li issa nbidel. Int kull ma ridt kien dak li huwa tiegħek Iżd’issa s-seħer mar U kollox telaq. Alfred Grech 10/03/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Jista’ Jkun Aħjar. Jista’ jkun a ħ jar L i ma n aħsibx li int ħaddieħor Għaliex l-oħrajn l-istess se jibqgħu U darba inti toħroġ minn ġol-ilma Bħal Venere inkarnata Jien ma jibqgħalix għażla oħra Ħlief nadurak. Ma hemmx għażla oħra kif insir nafek sew Ħlief bħal xi ħassieb li jinnamra mal-idea Jew xi għarriexi jikkuntempla l-kwiekeb. Tgħaddili minn moħħi Bħal żiffa riħ U tgħarraxli ħsiebi. Alfred Grech 09/03.2021
- Get link
- X
- Other Apps
Il-Kwadru Li Pinġejtlek. Ħadt għalik għaliex ma stajt tinbidel qabli U kull darba illi tiġi b’din l-iskuża Donnok taf li mhux qed nemmnek Jekk ma wrejtx wiċċ b’ieħor tistaqsini X’qed jiġrili Jekk dan mhux xi teatrin Għidli ftit kif ser nieħu dak li xtaqt? U naf ukoll li hemm prezz kbir Li jrid jitħallas. Int tgħidli l-ħajja daħk fil-wiċċ U jien bħal nibda nemmen Biex jinfaqgħu fl-arja l-biżeżaq Tal-ewforija U kollox jerġa’ jiġi Għall-li kien Imbagħad mill-ġdid nilgħabu l-logħba U kollox attaparsi Biex naqdu l-ħtiġijiet u s-sens Ta’ dak li hu mistenni minna U dak li dejjem jiġri. U xħin ittemm il-vjaġġ Ngħidlek jekk il-waqtiet Joqgħodux fil-kwadru li pinġejtlek. Alfred Grech 08/03/2021.