Nixtieq Baqgħali Żmien. Nixtieq baqgħali żmien Biex miegħek ngħix jum ieħor Żunżana li ddur dejjem Minn warda għall-oħra. Nixieq li miegħek nerġa’ l-folja naqleb U l-jum nibdieħ mill-ġdid Biex b’hekk għall ewwel darba ngħix Ġo d-dejr tan-ninfi. Nixtieq baqgħali saħħa ndur U noħlom ħajja ġdida U nfassal dak li ħlomt Tfajjel bla ħażen Iżd’issa mqar il-ħolm Jitbaskat. Nixtieq inżomm il-pass U niġri miegħek Din l-avventura li qed tpeper Mad-dublett tiegħek Iżd’issa ż-żmien qsar wisq U s-snin għaddew bil-bosta It-toqol tal-valiġġi għamel tiegħu Għax nifs, nifs biss irid ikollok U naf ukoll li int mintix għal dejjem. Alfred Grech 30/06/2021.
Posts
Showing posts from June, 2021
- Get link
- X
- Other Apps
At The Sight Of A Mirage. Why veer away to where there’s nothing Why fly way from all that is present They try to confuse you by endless panegyrics They scare you stiff by a pandemic So that while fastening your seatbelt You have to put on also a mask So that you are properly grounded And with your feet well anchored. Why don’t you consider then The clarity of here and now The very ground on which you stand. Let the puppets regret their days of glory And the inertia of the merry go round. Don’t let the currents overtake you Don’t let the herd push you around There is a stillness in the voice That is coming from afar. Even without those timely gatherings Or the thrust of a telluric force You can still emerge victorious At the sight of a mirage. Alfred Grech 28/06/2021
- Get link
- X
- Other Apps
I will Paint The Wind For you. In the morning when I came to you I wanted to fly Now my parachute is deflated And no airbag can hold me up. When I saw you I was singing Now my throat is sore. Suffocating in the dust Of so many absurdities. In the morning I thought you could deliver Now I know how late you are You will always keep regretting All the post that you missed And the colours of your hair. Then the sea will calm down again And I will paint the wind for you. Alfred Grech 26/06/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Ħarsetk Issir il-Beraħ. Taqa’ bil- parachute Bħas-sewwa li jimlik bil-ferħ Imħabbtek bħal tuffieħa Li ġbart mill-art Wara li waddabtieli għall-għarrieda. Imma mħabbtek tgħannaq kollox Il-wisa’ tal-univers Iċ-ċar u t-trasparenti Tista’ tinqara mqar minn min Jaqra vers għall-ewwel darba. Jien nibda’ nistħi x’naqbad ngħidlek. Jekk issejjaħli Jien nixref rasi mit-tieqa U ħarstek issir il-beraħ Fejn jintilef il-ħolm tiegħi. Alfred Grech 24/06/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
U Ġejt Infittex. U ġejt infittex lil dik għalkemm m’għaddietx Xintilla effervexxenti fir-resħa ta’ filgħodu Li tqabbdek it-tkexkix u ġismek iqum xewk xewk. Ġejt infittixha u ma sibthiex jew Tfaċċat għal waqt wieħed ħarbitli minnufih U kbira kienet it-telfa tagħha U kbira s-sogħba u d-dieqa. Għax dik tiġi u tolqot xħin trid hi U fejn ma tafx għalkemm trid tkun għaliha lest Daqs għassies li jisgħar. U ġejt infittixha. . . Iżda meta ġiet għandi u għammret miegħi Kbir kien l-ors u s-sebħ u hena Ta’ min ma jaħsibx fl-għada. Alfred Grech 25/06/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Daqs Tal-Barbaġanni. Daqs tal-barbaġanni tinfed il-ħarsa tagħhom Twassal fit-tul u tinfed id-dalma tal-lejl. Daqs l-isqra u l-ajkli jinżlu mill-ogħla tas-smewwiet B’diffrejhom miftuħa Biex jaħtfu, jigirfu u jħarrbtu kull roqgħa art li jsibu Għada mhix żverġnata U trid jew ma tridx ikollok iċċedilhom Għax lanqas l-allat t’olimpu Ixxamplati fil-bereġ tagħhom Li jilbsu kull xorta ta maskri Jieħdu kull xorta ta’ għamla U jiżfnu kull xorta ta’ żifna Ma jistgħu għallihom. L-oħrajn bħal grifuni, avultuni tal-prima kwalita’ Jirgħu biss fuq il- karkassi u l-fdalijiet li jħallu wrajhom dawk li jistgħu kollox. Alfred Grech 23/06/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Jugglers. Whether they think we are mad Or we ar e with them We are going on this crazy wa ve The madding crowd Not knowing where is the next trun Or where to stop. Whether they think we are on their side or not that we depend on their simony and lies They carry on knocking door after door And expect our philanthropy. Whether they think that this is the way That leads to the conclusion They must be starry eyed And living an illusion. Alfred Grech 23/06/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Le Ma Rridekx Ħdejja. Le ma rridekx ħdejja għax inti tnaffar il-friefet minn fuq il-ward u tgerrex l-għasafar mill-friegħi tas-siġar. It-taħdit tiegħek tisbit tat-tnabar fl-irkejjen ta’ moħħi u ruħi mdawwra bl-ilwien artfiċjali tal-ġilda li tħobb ixxid kull meta tersaq lejja. Le miniex bħall-oħrajn il-qrubija ta l-bnedmin saret tbeżżani u tnessini l-wisa’ li ma jidhirx tal-oċean li nogħdos fih u dak li għad irrid infittex lilhinn mix-xefaq. Alfred Grech 20.06.2021
- Get link
- X
- Other Apps
Ma Jkun Ġara Xejn . Ma jkun ġara xejn Jinbidlu ftit il-vers Bi ftit irtokk issir kapulavur. Jekk tagħlaq il-bieb Xejn ma jgħaddi U int tibqa’ fejn int. Ma jkun ġara xejn Imqar iż-żmien ikun tellief Għax int ma titħarrikx U tibqa’ ma tiżbieħx. Jekk tagħlaq il-bieb Jien ma ngħaddix U ma nsir naf qatt X’sata kien li ma ltqajniex Lanqas tkun taf jien min jien Jekk jiniex tassew Jew dak li qiegħda tilmaħ Huwiex biss is-simulakru Ta’ dak stajt kont jien Għax jien inkun ġa mejjet. Alfred Grech 19/06/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Noqgħod Hawn. Noqgħodhawn mingħajr ma ngħod aktar Imqar għaliex inħossni ftit għajjien Mingħajr ma nitlef ir-ritmu taż-żmien li jgħaddi U noqgħod nisma’ n-nies tpaċpaċ fil-vojt. Imissek int ukoll tintasab hdejja Għalkemm għamilt dak kollu li ma xtaqtx Mingħajr ma taħtaf biss bix-xbiek tiegħek Xi wieħed mill ħsieb tiegħi skandaluż Mingħajr ma għandek għalfejn biss Tlissen kelma waħda. Alfred Grech. 17/06/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Ma Nafx Kif. Ma nafx kif qed inżomm f’wiċċ l-ilma Aktarx grazzja minn Alla. L-allat iħobbhu wisq jaraw Lil min jiggranfa ma xi sufra Tal=ħolm jaħarbu millo-irwiewaħ. Dak li għandu l-palju għax sinjur Fiż-żmien tas=sħana U dik tgaddi minn quddiemek bid-dublett Inkaxxxat bil-qasma fuq quddiem. L-ieħor jgħajjat u jippriedka Udjenza m’għandu ’l-ħadd Jien biss m’għandix xi ngħid Tħaqqieqa qbadt mas-sikiet. Hu biss xħin niftaħ ħalqi Li ssir taf, li jiena mxebba U mdejjaq bija nnifsi. X’jiġri xħin issir taf li twemminek qarraq bik, Li mqar int qed tgħin ir-romblu Jirrombla minn fuq kulħadd Li d-dinja qed twessalek ix-xefaq tiegħek Taħrablek minn idejk U l-allat isiru foloz? Alfred Grech 16/06/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Jien Ngħanni . Jien ngħanni dak kollu li jiġri fil-ħolqien Il-ħsejjes li m’għadekx tisma’ Is-skiet li mhuwa imkien Il-ħarba lura fiż-żmien U nerġa’ ngħix id-dwejjaq Li saru malinkonija Teżor ġdid li ngħożż Fil-kaxxetta tat-tifkira. Jien ngħanni d-dwejjaq li malajr isiru Poeżija. Jien ngħanni u bl-għana tiegħi Bħal tarbija li tagħmel l-ewwel passi Niġġerra lejk Biex taħbini fi ħdanek Sakemm jixxotta l-baħar U tnin ix-xemx fid-dija. Alfred Grech 15/06.2021.
- Get link
- X
- Other Apps
La Tiġi u Lanqas Tmur.. Inkellmek bl-ilsien li int għallimtni U naħseb bil moħħ li fiħ għaġintni Sisifu ma jgħejjiex iħott u jibni Għax fil-ħolqien il-fidwa tiegħu. Għaliex qed twaħħal fija? Ma nafx jien x’kellek f’moħħok Għereqt jien fil-baħar ta’ bla xefaq U ħlomt biss sema ta’ bla qamar. Għax jiġu dak waqtiet Tferifra ta’ bla ritmu? Kont int li għollejt il-barrikati U bejnietna ħajt ta’ sur Iżda l-ħajja hawn tefgħetek Biex la tiġi u lanqas tmur. Alfred Gech. 15/06/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Mewt. Illum erġajt għaddejt bħal riħ tħakkek minn miegħi imsaħtni biex tfakkarni . . . Kif nista’ qatt ninsik xagħrek imewweġ u l-libsa bħal bandiera ttir mar-riħ. Jien nibqa’ mperper u ngħid li ma nafekx iħaddan ix-xbiegħat tat-tafal u l-ħolm tal-bieraħ. Fis-skiet u l-ħemda ta’ lejla bla qamar int terġa’tiġi biex timbixni u nibqa’ ma ntirx. B’hekk inġarrab minn qabel u nista’ nistħajjel kif tkun it-transizzjoni. Alfred Grech 13/06/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Jien Kont Infittex Lilek. Jien kont infittex lilek kont infittex l-eternita’ jew aktarx xi ħolma pprojbita jew talba li bqajt ma lissintx. Jien kont infittex lilek u bqajna ma ltqajniex waqt wieħed biss kien ikun biżżejjed u stajna ma sifirniex. Jien kont infittex lilek imqar jekk nagħmel dnub imqarr jekk stajt ġarrejtni sax-xifer tal-irdum. Alfred Grech 12.06.2021
- Get link
- X
- Other Apps
Ikkalpestat Il-Ħsieb. Ikkalpestat il- ħ sieb u ma ristax i żż ommu . Il-fil inkandexxenti jaqsam sal-mudullum murtal tal-ftuħ għanjieti tikser is-skiet tal-lejl. Ma nafx kif għad irridu naslu fid-dlam l-aqwa li hemm il-beraħ tistenna li tirkeb il-mewġa li jmiss mhemmx ħtieġa ta’ simmetrija ta’ sbuħija għax ix-xatt qatt mhu fil-qrib jew tħalli l-mewġa tgħaddi u ssalva xorta waħda. Alfred Grech 10/06/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
It-Tmien Ma Jasal Qatt . It-tmiem għadu ħadd ma raħ Ħadd ma rreċtaħ U ħadd ma rrakkuntaħ Għax wara t-tmiem Mhemm xejn aktar. Xejn ma jiġi lura kix-xefaq ta’ lilhemm Għalhekk illum m’hawn ħadd Li jaħseb jgħix ir-ritmu Tal-ilma jgelgel minn-nixxiegħa Imqar jekk kulħadd jgħix Id-dell tal-biża’ aħħari. Għalhekk mil-ġdid noħolqu l-ħrejjef Ħa jkollna biex ninsew U nirkbu l-ferrovija Ta’ binarji mistħajjla Biex nibdew nemmnu Li t-tmiem ma jasal qatt. Alfred Grech. 09/06/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Bħal Siġra Li Titlef Il-Weraq. Bħal siġra li titlef il-weraq Idejja miftuħa Issa nibda ngħid li waslet ix-xitwa Issa qed inħoss li qed iraxxax ġo fija Inkella sirt ma ninftiehemx Inkell għarib ġo dari. M’għadnix inżomm il-pass M’għadnix niżfen mar-ritmu It-tnabar mingħajr ħoss Ħallluni hawn taħt dan il-ħajt Min hawn jgħaddu s-sammaritani. Lanqas nista’ għal waqt wieħed Ngħix fi skiet l-eternita’ Għax niftaħar fl-għada U għada nqum għażżien. Alfred Grech 08/06/2021.