Posts

Showing posts from October, 2022
Image
  Siekta Llum Il-Poeżija.   Siekta llum l-poeżija Għax forsi ndrat u għalhekk tista’tikteb li trid Għax kollox jgħaddi Għax xejn mhu ġdid Tindaqq għalxejn is-sonata Ii traqqad in-nies Għax ma tispiċċa qatt Għaliex hawnhekk u f’dawn l-inħawi Qajla hawn lokha.   Siekta llum il-poeżija Bħas-skiet ta’nżul ix-xemx Li qabel ma tintebaħ tkun ġa staħbiet wara x-xefaq U kull ma jibqa’ biss it-tifkiriet ta’ jum ieħor Minn dawk li fihom xejn ma jiġri U inti tħossok dejjem tinġarr minn ferrovija għaddejja Fuq binarji li ma jwasslu għal imkien.   Siekta l-poeżija u sieket il-poeta Għax l-għammieq ta’ tmiem il-jum Hu fond bla qiegħ u ma jgħoddx Għall-min iħobb jgħum fil-wiċċ Bħal bżieżaq tal-arja i jinfaqgħu wara ftit.   Stajt daqqejt kunċert sħiħ U fl-undjenza kulħadd jongħos Iżda mhux f’waqtiet ta’ glorja Waqtiet t’eżultazzjoni Fejn jiġu ppremjati biss l-anġli li ma rvellawx jew dawk il-magħżulin u l-bqija jintradmu taħt is-sedimenti tal-istorja.   Alfred Grech 30/10/2...
Image
  Stennejtek.   Stennejtek se tiġi u tgħidli bl-aħbar Aħjar ma tiġix aħjar ma nkunx naf Hekk qiegħed niżżeffen fuq branda ta’serħ Imdendel ma pindlu joxxila fl-itraf.   Aħjar kont farfett il-lejl bla ma naf Nistgħad u nikkaċċja għal xi ġurdien Inkella kont wieħed minn dawk li darbuk U nerġa’ nistaqsi l-bidu l-bidu fejn kien.   Għax kieku nintrefa’ il-fuq u ninġarr Inġorr diadema u f’ħoġri qaddis Stennejtek se tiġi u tgħidli xi trid Minflok infaħt nefħa u sibtni bla pis.   Bħal-lum xtaqt infaħħrek Inkella ndur bik Bħal-lum irrid ngħidlek Mhux ser nittradik.   Alfred Grech 29/10/2022.
Image
  Awla Ta’ Qorti.   Fejn baqgħu dawk il-pitturi Li pinġew l-istemmi li jabbellixxu U l-affreski qodma li jsebbħu l-għeliem Ta’ erwieħ li xtaqgħu jibqgħu iggranfati Man-niskara glorja nkella setgħa Li darba kellhom inkella jibqgħu magħna Jindukraw u jippersegwitaw Dawn l-irkejjen li mqar l-uħux abbandunawhom.   Fejn huma l-imħallfin li ppronunzjaw Daqskieku xi oraklu x’kellu jiġri mill-imsejjkna Li tkaxkru sa quddiemhom. Imqar it-tribuni inkaljati bis-susa U mikulin bit-tkaxkr tar-riġlejn Tagħlmuha l-litanija Li trid taħlef li tgħid is-sewwa.   Aħna li ninsabu hawn illum Inġorru t-torċa li tkebbset min jaf meta Inkellha ssawret fl-għanqbut ta’ żminijiet primordjali Aħna li rridu nagħtu d-dehra Tal-ħaqq li għandu jseħħ Impejjpu d-duħħan tal-għadab  tagħna Li dħalna f’dal-binarji Li minnhom ma nistgħu qatt ninqalgħu U li tmiemhom ma jidhirx.   Afred Grech 27/10/2022.
Image
  Poeżija Slam.   Jista’ jkun li ma temminx biżżejjed It-twmmin mhux ħaġa ta’ kuljum Qabża fid-dlam mhux lakemm tagħmilha Imqar jekk taf ittir. Ma temminx biżżejjed fik innifsek Għalhekk minflok torqod u tistrieħ Toqgħod tilgħab il-logħoba Kif ser tidher ma ħaddieħor. Il-kpiepel li tilbes  jiġukx Jjixirqulekx Sakemm ma tibdiex temmen fik innifsek. Jista’ jkun li ma temminx biżżejjed Bżajt tagħmel il-qabża li kien imiss U bqajt imwaħħal fil-grampun ta’ dak li taf U dak lli dejjem jiġri Bżajt tidħol f’dinja ġdida Id-dinja ġdida ma tidħolx għaliha Mill-bieb ewlieni tal-kastell Qagħadt lura u ma għedtx dak li kellek tgħid Għax ma tafdax ilsienek Għax ibnek ma jieħux il-promozzjoni li ħaqqu Għax għada tiġi bżonnhom Ghax qalulek li dak ma jirbaħlu ħadd. Jista’ jkun li ma temminx biżżejjed Għax it-triq tidher twila Għax it-taraġ għoli wisq Għax ikollok tqum filgħodu kmieni Titħasseb, tfassal, tippassiġġa Għax sibtek sewwa fil-bejta Li ssawret u kibret madwarek Imqar jekk il-ħadi...
Image
  U Jista’Jkun Ukoll.   U jista’ jkun ukoll li qatt ma terġa’ Tgħaddi minn dat-triqat rasek merfugħa Għaliex taż-żmien it-toqol għawweġ ġmielu Xewket dahrek. Ukoll dak il-borġ ġebel Li darba kellek tħott ftit li xejn naqas, Għadu kif kien, jekk mhux ukoll żdied aktar. U ma jkun qatt li lura terġa’ tgħaddi Wiċċek minn quddiem għax issa l-mistħija Bdiet tagħmel tagħha.                                                    Iżda r-ruħ la tieqaf U lanqas taqta’ qalbha ttenni r-ritmi u r-rimi Ta’ meta kont bla ħażen. Tibqa’ tfittex Xi rewwieħa min fejn toħroġ tittajjar U terġa lura bħal ħamiema b’werqa Ġo munqara sinjali li t-tiġrib għadda. Ma tista’ tifhem qatt għaliex fil-ġirja Lejn it-tmiem jinħatt dak kollu li b’għaqal U bil-ħidma jinbena tu...
Image
  Nirien Ix-Xemx.   Nirien x-xemx jintfew u l-baħar Jiskot Iħabbat bieb il-blat mingħajr tweġiba Tkaxkarni lura lejn ix-xtajta tieghek Bid-dieq ta’ dak li jien ħallejt warajja. Mal-għabex tibda tixref dinja ġdida Bħal dik li konna ntennu taħt xi bozza Kulħadd iħarref, jaqla’ wkoll minn żniedu Għax l-aqwa li kulħadd kien jgħix bla ħażen. Ma nbdel xejn minn dak iż-żmien ta’ fidwa Il-ħrejjef għadna ntennu xorta waħda U fl-għabex ta’ ħajjitna ngħannu għanja Li ma  tkunx dik taċ-ċinju f’taf ix-xmara Iżda l-eloġju għal dil-ħajja sfiga Li għexna, xempju għal jiġi wara.   Alfred Grech. 23/10/2022.
Image
  Fejn hu r-riefnu Ii xi darba kien iqanqal ħewwa fiha Il-bard u t-tkexkix ta’ min qed jiġi ndukrat mingħajr ma jaf Iħirsa mistħajjla fettuq tat-tfulija li l-kbar irnexxielhom Inisslu fis-subkonxju tagħna.   Jiena l-passi tqal fid-dlam tal-lejl ħassejthom riesqin      Iżda xħinn ma rajt lil ħadd u xejn ma ġara Kollox kien fieragħ Kollox kien mistħajjel Bħal leħen tal-kuxjenza li kien jinbidel ma kull dawra tal-kantuniera jew żegliga tal-arloġġ.   Jiena ridt ukoll insib it-tifsira f’dil-kakafonija Ta’ kliem żlugat, diżintegrat  u mifrud minn xulxin Biex nibda’ mbagħad mistagħġeb Kif kont għadni ma naf xejn U kemm fqira kienet il-viżjoni tiegħi.   Stħajjilnti fiċ-ċokon u fl-innoċnza tiegħi Li ma stajt qatt nikber u nilħaq Il-ġiganti tal-imgħoddi U sobgħien dħalt lura ġo qoxortu U qtajt qalbi.   Iżda żmien bi żmien intbaħt Li dak il-kliem stunat u mifrud minn xulxin Ma kienx għajr l-espressjoni ħielsa ta’ ruħ Li ma kelliex il-kliem ie...
Image
  U Jiena Għadni Nfittex.   U jiena għadni   nfittex u jiena għadni ndur u jiena għadni nitlob lis-sema f’kull kulur.   U jiena għadni negħereq fil-baħar ikħal skur u nġedded kull tifkira ta’ meta kelli mmur.   U nibqa’ hawnhekk nitlajja’ bħal min ma kellu xejn, u nerġa’ għal minn fejn tlaqna mingħajr ma naf minn fejn.   Alfred Grech 21/10/2022.
Image
  Jien Hekk Emmint.   Jien hekk emmint ukoll li għada jisbaħ U jiena w’int gasafar maħrubin U xejn ma nagħtu kas ta’ x’jista’ jiġri Nittajru u niġġerrew. Żewġ maħbubin.   Jien hekk emmint mill-ħsibijiet konfużi Li geġwiġija f’moħħi lejl u nhar Xi ħaġa tibqa’ għal min irid jaqrani Miġbura dawn fi ktieb ma jinqarax.   Hawnhekk qiegħdin fl-irqieq ta’ xafra taqta’ Mexjin miżien fuq ħabel issikkat Illum muntanbja ward xtaqt inwaddablek Għada ma nafx. Din drawwa l-issa ndrat.   Kif tridni nsir gwerrier tal-kawża tiegħek Jekk jiena nħossni dgħajjef, ma nerfax It-toqol illi bih tgħabbejt fil-mixi Ta’ dan il-vjaġġ li tmiemu ma narax.   Alfred Grech 20/10/2022.
Image
  Bla Togħma ta’ Xejn.   Bla togħma ta’ xejn Ħames minuti u d-disinni kollha jinfetħu Kaleidoskopju ta’ lwien mill-vetrati Ta’ katidrali lluminati mid-dawl jgħammex l-għajnejn U jien trasfigurat fuq magħqad ngħodd it-truf Tal-pendenti assikurat mill-fjamma tħeġġeġ Fil-milja tal-ferħ u tal-imħabba. Għaddejnieħ dak iż-żmien Fid-dawl dehbien ta’ ħafna kwiekeb Jilmaw fuq wiċċ l-ilma mċaqlaq tal-għadira. Illlum inti tkun il-kewkba tiegħi Mqar jekk tasal għandi bit-tqanżiħ Bħall imbatt ħiemed ta’ baħar li jerfgħu U jgħaddas id-dagħjjes  miżmuma fil-wiċċ. Hekk tiġi l-leħma, Mid-dawl imqassam f’disinni jilmaw Hemm xempju li joħloq dad-disinni Li minnhom tgħaddi ta’ kull darba Biex ittenni l-istess ġrajja. Stalletti kliemek u vleġeġ ir-raġġi li twaddabli Dakinhar kont ngħid li din avventura Illum naf li kollox frugħa tal-frugħat U li ma kien hemm xejn ġdid x’nista’ nitgħallem Il-qalb tħabbat risq il-ħajja U l-pulmun jonfoħ nifs ir-ruħ. Dawm huma eklissi ta’ xemx qadima Issa nqum f...
Image
  Imqar Jekk It-Tagħbija . . .   Imqar jekk it-tag ħbija tqila Inġorruha flimkien jekk tgħinni Il-fejqan ikun ta' malajr jekk nifhmu lil xuxin Ma kull nifs li nieħu ruħi toħroġ miegħu U xħin tiftaħ għajnejk issib li ġa wasalt. Imqar il-qniepen li jdoqqu Ma jwasslu l-aħbar li xtaqt Iżda fuq l-ogħla quċċata s-silġ abjad Jirrifletti d-dawl tax-xemx Nar il-fuklar isaħħan qlub misjura U s-silġ li jqattar fuq l-għajnejn Isebbaħ wiċċ imbikkem. Jien u int nistgħu noqgħodu f’tarf ix-xifer Nikkuntemplaw it-tlugħ tax-xemx Inkella nqerru dnubietna lil xulxin Għax hemm min jaħli ħajtu joħloq is-sabih U hemm min jaħli ħajtu jkisser Il-fjamma tal-musbieħ Mhijiex it-talba li ridna nagħmlu Iżda l-kuruna tar-rużarju Li bil-mod il-mod daħħlitna f’ħolma Pellegrinaġġi twal fi nżul ix-xemx Lejn il-maqdes tat-tnissija U kif jibda’ l-jum bid-daqq tal-qniepen Jispiċċa hekk fir-reċta tal-kumpjeta - Tħallux ix-xemx tiddi fuq il-korla tagħkom U tagħtux wisa’ lix-xitan.   Alfred Grech 19/10/2022. ...
Image
Ibħra. Ibħra kbar hemm jifirduna xtut li jibqgħu sejrin sal-infinit deheriet li jinħallu fit-traġedji ta' kuljum fil-ħsibijiet konfużi li joħolqu versi mtennija għax intagħġinna f'lembija differenti għeruqna f'ħamrija oħra ma stajniex il bastimenti norbtu għax l-irmiġġi ma jaqblux  il-portijiet li minnhom salpajna ma jiltaqgħux u fil-firmament ta' moħħna hemm sħab qatt ma jiċċarrat mhemmx dinja li trid tingħaqad hemm biss id-dwejjaq  li tiltaqa' man-nies.  Alfred Grech 18/10/2022
Image
  San Dimitri.   It-Tajr jittajjar ħdejn San Dimitri għasafar tal-ħtif inkella gawwi jerġa’ lura mbikkem. Qabżuħ l-għoli li wieħed jista’ jogħla u ma jintlaqatx miċ-ċomb tal-kaċċaturi ’l-fuq mill-ġagulatorji li jwaddbu lejn is-sema in-nisa għawdxin mill-Għarb il-ġew li xebgħu jagħmlu wegħedi u fjuretti li jiżżersqu ma kull sies irdumi tal-inħawi immarkati bl-iħirsa tal-imgoddi. Ebda tajra ankrata mill-ħsibijiet ta’ ħjut li ma jidhrux ma trid tinqata mill-art għaliex iż-żiffa tal-muża ċaħditilhom ix-xintillla li biħa setgħu jisplodu bil-ferħ u għaliex ebda waħda minnhom ma tixbaħ il-poeżija tagħna O muża tiegħi li tiġi meta jiftillek imwielda fil-lament tal-aħħar nifs qabel ma tinfeda biex terġa’ lura ġo ġuf ommha. Għaliex il-poeżija ssib il-faraġ tagħha xħin titbiegħed mill-bini ffullat ta’ dawn il-ġżejjer,mill-purċissjoni ta’ vetturi stallati. mill-għajjat tal-folla għatxana għal nifs wieħed ta’ arja pura u ftit wisa’ fejn tista’ tins...
Image
  Sekwenzi.   Illum kun af, m’għadux iż-żmien ta l-gwere r, It-tinda tagħna bnejna b’kull raġun Bil-ħaqq sawwarna qafas u l-ġustizzja Ta’ mingħajr għamad ta’ mingħajr staġun.   Għax xbajna nkunu xhiedha ta’ dax-xeni Palazzi   mġarrfa, hofor u midrubin xbajna naraw katavri li jinqalgħu minn fossa waħda fejn ġew mixħutin.   Xbajna naraw il-ħidma tal-imxajtna ta’ min ħajjet in-nies jikkalpestaw min jaħseb kbir, minfuħa daqs bużżieqa u bit-terrur lill-kotra jimmansaw.   Issa jinħtieġ lil jqum min jieħu ħsiebu u jegħleb darba għal dejjem dad-dragun lin-nies ta’ rieda tajba jagħti l-ħeġġa u ’l-ħażen niġġielduh kull fejn ikun.   Alfred Grech. 15/10/2022.      
Image
  L-Allat Jgħixu għal dejjem.   Id-daqq tal-qniepen mingħajr żiffa ma jasalx Jekk tqiegħdni ġewwa l-ġrajja Aktarx li ma noqgħodx Jekk tiġi bil-musbieħ tul-it-triq Aktarx li ma nsegwikx Issa għalfejn qed tonfoħ id-desert Ta’ ruħi Jekk ir-riħ nixxef L-għeruq tal-ħajja? Iż-żmien jgħaddi għalxejn minn fuq is-sura Għaliex fil-bjuda ta’ sbieħ il-jum l-allat jgħixu għal dejjem.   Alfred Grech 14/10/2022
Image
  Tremend.   Tremend il-ħsieb Li ma jsibx postu Kbira l-qilla ta’ mewġ il-baħar Jissielet mal-blat Imqar il-blat iċedi Hemm biss iż-żmien Li jibqa’ għaddej U jsewwaq il-kanali tat-tifkira Hemm biss il-bidla Li titttradik Li kollox ikun sewwa Hemm biss il-fixla ta’ kuljum Għax illum tiegħek.   Alfred Grech 13/10/2022  
Image
  Xhini Din Il-Geġwiġija?   Xhini din il-geġwiġija Xejn ma għadu jagħmel sens Dat-tlissir u din il-ħerba Minn fejn ġie dan il-kunsens.   Donnu ħadd ma jrid jitkellem Kollha saru magħdudin Jirrepetu l-istess strofa Qishom saru qaddisin.   Xhibu l-għan li jrid jintlaħaq Iva ħadd ma jsaqsi ftit? Minn fejn ġabhu dan l-għerf kollu Dan il-bniedem żgħir u mqit.   Seta; ffranka dit-tensjoni Di’ t-tbaqtija, dan il-ħbit Dal-miljuni rifuġjati Dan għaliex, kemm hi ardit?   Mur għidulhom dawn il-gwejjef Illi jobdu dritt l-amar, Jew dawk sħabu l-kukkudrilli U kull wieħed mhu ħlief ħmar.   X’inhu l-għan sabieħ jew nobbli Għax sal-lum jien ma nafux U x’se jservi dan l-għawġ kollu Għax mod ieħor ma tlissnux.   Qisu tifel li jrid jilgħab B’ġugarell li tiegħu mhux U saqajħ mal-art iħabbat Ma tmurx tmissu u ma tkellmux.   X’sejrin jirbħu dawk li jobdu F’liema xifer f’liema rdum, X’sej...