Bil-Mod il-Mod Jien Nidħol. Bil-mod il-mod jien nidħol Fil-ħolma ta’ kuljum Mistieden bla mistenni Mas-sebħa, qabel ma tqum. La tħallinix hawn barra La timbarrax il-bieb Jien ilni nterraq ħafna U ħawn wasalt bla ħsieb. Bil-mod bla ħsejjes nidħol Fid-dlam id-dwal jintfew Fid-dlam jien nixħet ħarsti Biex lilek nara sew. U mbgaħad nitlaqlek bewsa U nerġa’ mmur mnejn ġejt Kull żiffa riħ li taħsqek Tkun jien minn fejn ħallejt. Alfred Grech 30/11/2022
Posts
Showing posts from November, 2022
- Get link
- X
- Other Apps
L-Għoqda. L- għoqda li xtaqt taqfel ma qfilthiex Warajna hemm irdum U ġwienaħ ma rabbejtx. Illum sirt naf li ħlejna ħafna żmien Għax il-bir tas-snin kien jitlef U ħajtek bqajt ma mlejtha qatt. Inbdilna t-tnejn li aħna U jien minn dudu sirt farfett. L-għoqda kienet ċoff Li lbisna fl-uniformi tal-iskola Illum qed ngħixu taħt qamar ġdid Li nessiena l-ħolm U x-xrar li kien jitkebbes. Il-qamar għandu tort Għax ġiegħlna t-tnejn noħolmu. Alfred Grech 29/11/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Ħmar Il-Lejl. Tissemma ’ g ħ al qtar tax-xita U l-ilma mill-miżiep Buffuri riħ li jingħi U beraq qishom sriep. Tessmma’ għal qtar tax-xita U l-barra ma tħarisx Il-wieq għaddej ikaxkar U s-skiet ma jinkisirx. L-arloġġ qed tisma’ jtektek Jimmarka l-ħin għaddej Din mhix għajr illużjoni Tal-ilma l-wied mexxej. Imbagħad xħin iż-żmien jieqaf Ferita ssir li nġorr Kull fejn immur jew nieqaf Nixtarr mingħajr ma ngorr. Tkun bħal ferita għalija Inkella ħolma ssir Tintesa’ xħin nistembaħ Tal-biża’ u tat-twerwir. Alfred Grech. 28/11/2022
- Get link
- X
- Other Apps
U Titlaq, Tisparixxi. U titlaq, tisparixxi U titlaq din malajr Bħal kieku kienet ċajta Mingħajr ma tiżżik ħajr. Spiċċajna ġo teatru Ilkoll mingħajr kopjun Ir-reċ’ta tibqa’ waħda l-istess għal min ikun. Imbagħad inbiddlu l-bixra, Inbiddlu wkoll l-ilbies Ir-regħba għas setgħa tibqa’ Tgeddis ta’ ġid bla qies. U dejjem fuq ix-xefaq It-tama tal-ħelsien Tal-ugwaljanza l-wegħeda U s-sebħa ta’ x’seta’ kien. U ħlomna fil-ġejjieni U ħlomna fil-progress It-teknika ħakmitna U għereqna fir-rigress. U titlaq. Tisparixxi U kull sekonda tmur U nibku t-telfa li tlifna U mhux iż-żmien miġbur. Alfred Grech 26/11/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Ma Ġara Xejn Ma ġara xejn! Mhux intom ħallejtuha? Mhux intom hallejtuh żivoga l-qilla tiegħu? Intom li tafu kollox, Li tpoġġu fuq il- mambar tas-setgħana Issa qatilha Issa għalxejn tibku dak ii seta’ kien Ħolqa oħra mill-kullana Li għad trid tiddendel Ma għonq kull min jipposa. Ġagħw’oħra fil l-kuruna ta’ min isaltan Pulċinel ieħor li jippoża ta’ dak li jdoqq il-fifra U jġorr il-ġrieden kollha għal warajħ. U issa tgħid baqa’ aktar ġrieden? Issa lkoll kemm aħna ħatja Issa ejja nemmnu li fadlilna żmien kemm irridu. Alfred Grech 25/11/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Lil-Valerie III. NIstħajjlek tisma’ s-kiet tiegħi Imqar jekk ma tkellimnix Taqra l-kotba li qatt ma ktibt U tisma’ l-ħsejjes li nagħmel. It-riħ iwassallek kliemi U inti tifhimni Bħalma jifhmu lil xulxin l-għasafar Fi sbieħ il-jum. Ir-riħ: li jmejjel lis-siġar Li jgerfex il-friegħi ma xulxin U jobrom il-weraq niexef Fi spralli mmaġinarji. Għax issa sirt bħal friegħi jitqagħabdu Bħan-nida li taqa’ minn fuq il-weraq Bħal għanja li qatt ma tinkiteb Bħal weraq t’April Bħal qawsalla wara x-xita. Sirt il-poeżija Li ma tinqarax. Alfred Grech 22/11/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Noħlom. Bil-ġiżi tista’ toħlom Jien noħlom ta’ kuljum imdardar Lanqas niġri wara l-bżieżaq tas-sapun Għax dwk lewn il-qawsalla Ġewwa fiha baħar imqalleb Fittixt f’għajnejk il-lewn Li kien seraqli qalbi U ma sibtux. Fittixt f’għajnejn ta’ dawk Li stajt inħares lejhom Xejn ħlief il-baħħ Imbagħad ħarist fil-mera U staqsejt jekk hemmx isbaħ minnek F’din is-saltna. Ma tkun tfissser xejn Għajr is-sensazzjoni. Alfred Grech. 21/11/2022
- Get link
- X
- Other Apps
Fejn Sejra Fejn sejra jekk issa jidher ċar Li mhemmx aktar fejn tasal? Fejn sejra jekk rajna biżżejjed Il-wiċċ kiefer tal-bniedem sapjenti U xort waħda bqajna nittamaw Li xi ħaġa għad tinbidel iżda ma tinbidilx? Jekk s-sewwa u sliem imqiegħda fil-keffa Ta’ miżien tal-mewt li ma jdumx għal żmienijiet twal Għaliex dejjem hemm miġnun Li lest li jaqleb kollox ta’ taħt fuq Iniżżel id-dafar biex jurina hu kemm jiżen? Alfred Grech 21/11/2022
- Get link
- X
- Other Apps
Novembru Dawk iż-żminjiet konna nħobbu nżejnu Għax konna nistennew li jasal l-iqsar Jum. Illum lanqas l-ispirtu ma baqa’ Għax xħin tlaqt int ħadtu miegħek. Is-seħer Ta’ dawn iż-żminijiet, l-ilwien ta’Novembru Tal-kenn u tal-mistrieħ fihom it-togħma Ta’ min tistħajlu jasal qabel żmienu. Tirtab ukoll il-qalb li kienet xrafet Bis-sħana tas-sajf. Iżd’issa li magħna m’għadekx Lanqas ix-xeħta tal-miġema m’għada Issaħħan il jiem li dejjem jiqsaru. Jien nilmaħ id-dell tiegħek kull fejn nimxi Fil-kjaro skur ta’ lejla tal-ħarifa U int xħin tħares lejja tkun qed tara Mhux lili izda l-delli. Alfred Grech 20/11/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Mhux Aħjar Hekk? Mhux aħjar hekk Nitilgħu t-tnejn it-turġien tal-kattidral Mingħajr ma nagħmlu wegħda lil xulxin Li għad naslu u mmissu t-tarf tal-veli Trasparenti tad-dwejjaq ta’ filgħodu? Mhux aħjar hekk Inti tittama li jiena għad insir qaddis U jiena nilmħek inti verġni pura fuq is-sħab Imdawwra bil-puttini. B’hekk ħadd minna ma jixlef difru U anqas ma nitfixklu fin-nases U l-ħotob li ħolqu ta’ madwarna Tul din it-trejqa dejqa Li għażilna. B’hekk inti tintebaħ li mhemm Ebda xrar ġdid li jista’ jkebbes Il-fjamma. Alfred Grech 19/11/2022
- Get link
- X
- Other Apps
It-Tmiem Bla Ġieħ. Kif inhi din li lkoll inqattgħu Il-jiem tagħna nilgħabu logħoba wara l-oħra Biex inderru Biex ninsew ir-romblu taż-żmien għaddej? Kif taħli ħajtek int Meta taf li din mhijiex għajr illużjoni? Ħaddieħor jibqa’ jiġġieled Il-gwerra mitlufa U jitgħab il-logħba għalkemm jaf Minn qabel x’inhu r-riżultat. Jien inħobb nilgħab il-logħob tal-ażżard Imqar jekk naf li telfa tkun fatali. Iżda b’hekk biss naf nirbaħ lili nnifsi Għax nifga’ fid-droga perenni U nisker bis-sokor tal-ħajja. Inkella noqgħod nerġa’ naqa’ Fil-ħofor ta’ kuljum Sakemm jasal bil-pass ta’ nemlu It-tmiem bla ġieħ. Alfred Grech 19/11/2022. .
- Get link
- X
- Other Apps
Zebra Crossing. Għax issa ż-żebra Crossing Saru qawsalli. Jekk tmiss il-qawsalli b’idejk Tilħaq is-sema U tibda tisma’ l-għana tal-anġli Jidwi ġo widnejk Bħalma jidwi l-baħar fil-bronja Inkella ma ssib xejn U tibda tifhem il-baħħ, ix-xejn U l-infinit. Jekk tibda’ tmiss il-qawsalli Tibda tħossok differenti Tħossok ixxurtjat Illuminat U tista’ tibda tirkeb fuq spallejn Il-ġiganti li ġew qablek. Jekk tibda’ tmiss il-qawsalli Issir taf li mhuma xejn Għajr dawl li joħloq Il-qtar tad-dmugħ Ta’ sema kiebi. Ejja nżuri stabbiliment rinovat Hemm insibu varjeta’ U mhux biss tal-bnedmin. Alfred Grech 18/11/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Il-Bjuda Ma Tittradix. Il-bjuda ma tittradikx Tmellislek wiċċ il-baħar Taħt qamar kwinta Fuq skolji tas-silġ Iħaddnu wiċċ l-ilma. Il-bjuda ma tittradikx Fuq it-tberfil tas-sħab Ta’ sema tqil U s-siġar mgħobija Jimbxu l-art li minnha jerdgħu. Tfakkrek fil-qċaċet tal-għoljiet Fil-ħoss tal-ilma ġieri Fin-noti ta’ melodiji Ma jindaqqux Fil-felli ta’ nofs qamar Li qatt ma ra x-xemx tiela’ Fil-friegħi tas-siġar bil-weraq Inewwħu n-nida. Il-bjuda għandha isimha Tingaħaraf mir-riflesi ta’ ġol-ħġieiġ Imqar il-kwiekeb li jaqgħu Jibku n-nuqqas tagħha U dawk li jitbiegħdu mill-folla. Il-bjuda tista’ twassallek Dak li xtaqt ngħidlek Bejn strofa u oħra Ta’ poeżija li qatt ma mktibt Imqar meta ma nkunx hawn jien. Alfred Grech 18/11/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Ma Nkunx L-Aħħar Wieħed. Ma nkunx l-a ħħ ar wie ħ ed illi nitlaq In-nuqqas ma jkunx tiegħi Jekk trid tfittex is-sinjali taż-żminijiet Fittixthom fis-sħab jew f’dak li jidher Li daqlwaqt jiġri Il-jum jiżżerżaq ħelu ħelu minn fuq ix-xefaq Bla ma tintebaħ U l-melodija waħeda tiġik Mingħajr ma taqra l-partitura Għalfejn qed tagħmel f’qalbek Dan jista’ jkun jum ieħor bħall-oħrajn Int iffirma fejn jgħidulek U tara li kollox ikun sew Li kollox jiġri kif imfassal. Il-wegħediet ma jitwettqux U tintebaħ malajr li għext il-ħajja Mibnija fuq tamiet. Tara? Għada jisbaħ jum ġdid. Alfred Grech 18/11/2022
- Get link
- X
- Other Apps
Intaqqab B’Subajja. Intaqqab b’subajja D - dwejjaq ta’ ġ o sidri Bħan-nemus jgħaddi saħansitra mit-tilar Imwaħħal mat-tieqa. Kull toqba hija tewba Għall-kull għelt li għamilt U kull tewba tnaqqas sillaba Mil-litanija li ngħidu ta’ kuljum Bħal min irid jitlaq minn fejn hu Mingħajr ma jintebaħ li ser jitlef postu. Jien nintelaq f’dirgħajn li jinfetħu Biex jilqawni u ma nagħmilx f’qalbi Għall-kull waqt li ħallejt warajja. Għaliex kull waqt misruq U kull m’għandi isselliftu U issa xejn ma baqa’ Għajr il-ħbieb li ħabbewni U ħadu ħsiebi. Alfred Grech. 17/1/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Friefet il-Lejl. Fis-skiet tista’ tibqa’ għal dejjem Lanqas il-ħsieb ma jikkmandak Lanqas il-biża’ Li tista’tegħreq Lli tista’ ssalva Tibqa’ fil-wiċċ etern ta’ baħar bla xtut Bħal dgħajsa tal-qlugħ Mingħajr iż-żiffa. Fis-skiet tista’ biss titgħallem U ma tħallix ix-xenarju jinbidel Ta pajżaġġ rieqed fil ħemda tat-tnissija Ta’ dix-xmara li qatt ma tieqaf Tar-riefnu li jgħaddi minn ġo fik. Fis-skiet lanqas l-iħirsa ma jittawlu Jinġazzaw saħansitra l-friefet il-lejl U jieħdu l-ħajja. Alfred Grech 15/11/2022.
- Get link
- X
- Other Apps
Minsija. Aħna qatt ma ner ġgħu nara w n ż ul ix-xemx Iħammar u jinħeba wara l-velu Għaliex għaddejna wisq ġranet Ngħixu wara l-kwinti U l-qaliet u xtut li dejjem dorna M’għadomx jgħarfu l-bandiera tagħna. L-imriekeb tagħna jistaħbew wara d-destin U għalhekk m’għadomx iġorru l-ilwien tagħna. Aħna ndfinna fejn jindifnu l-imriekeb nawfragati inkella belgħuna l-baleni tal-istorja u tar-rakkonti. Għad jitfaċċa xi ħadd li jkteb il-ġrajja tagħna Bħal min jiteb il-memorji li jfaqqsu Taħt qrajjaq bla kuxjenza. Aħna konna biss nifs wieħed ikejjel oċean U darba li nkunu mitna u difnuna Naqblu wkoll ma kull ma tgħidu. Alfred Grech 16/11/ 2022.