Posts

Showing posts from May, 2021
Image
  Jien Tlabtek.   Kif inbdilt u min bidilni? l-oħrajn ġew u telqu jien għadni hawn. Is-skiet u l-ħsejjes ta’ bil-lejl Huma l-għanja tiegħi.   Dak li għandi marsus fija Irid isib il-beraħ tal-miftuħ U jinfirex bħan-nida ta’ filgħodu. Aktar mill-qawwa tal-għana Jien tlabtek li tkun miegħi Iżżomli jdejja biex ma niżloqx Tweżinni biex ma nogħtorx Għax iż-żurżieqa lejn l-abbiss Bħal baħħ li hawn madwari. Imbagħad ħallini kemm trid negħreq Fil-wisa’ tal-infinit. Imbagħad il-ġrajja tiegħi Issir ħrafa li tinkiteb.   Alfred Grech 31.05.2021.
Image
    Lil Lilian.   Ħalliha ħa tgelgel l-għanja bħalma jgelgel l-ilma tan-nixxiegħa. Il-peprin ibaxxi rasu biex ġieħ jagħti lil ħolqien maż-żiffa ta’ Mejju. Aħna nixtiequ tassew li l-qlugħ li mattarna iwassluna tabilħaqq fejn għad irridu naslu għax aħna m’aħna xejn għajr narrattiva filwaqt li qed tinqara int taqra lili u jiena naqra lilek. Jista’ tkun għax int imbiegħda jista’ jkun għax   ma narakx jista’ jkun għaliex nistħajjlek qed nħossni li nġbidt lejk. Tista’ tħares f’wiċċ l-ilma qiegħed bħalma tħares fiss f’għajnejja la ċċaqalqux la ċċaqlanix għax ngħib   jien u tgħib ix-xbiegħa. F’liema siegħa għad trid tiġi bex jien nistejqer? Qis biss li aħna min aħna għaliex għaġnuna kif issa nidhru. Jinħtieġ noħorġu minn din l-għamla biex insibu lilna nfusna biex insibu l-ħelsien. U jista’ jkun li hawn quddiemna it-tweġiba li skappat. Sal-lum għamilna dejjem bħal ħaddieħor biex ninsew li qiegħdin ngħixu inkella...
Image
  Jien Imbiegħed.   Jien imbiegħed wisq minnek U lanqas naf kif nerġa’ niġi lura Mhux biss għaliex inbidlu r-rotot Bil-ħafna tidwir żejjed Li ħarbtu d-direzzjoni f’din il-gżra Iżda għaliex m’għadnix li kont Jew dak li bsart li qatt stajt kont Xħin waqajt minn fuq iż-żiemel U l-beraq għamieni; U għaliex ukoll Il-bogħod hu aktar   milli ħsibtu.   Alfred Grech. 29/05/2021
Image
  Minn Fuq is-Sur.   Jekk illum m’għadnix ġwerrier għaliex Inbdilt, għax tlift il-ġilda u magħha wkoll il-vizzju Għaliex trid tgħix aktar milli jmissek? Intant it-tieni mewt tkun eħfef minn tal-ewwel U mqar xħin tinżel it-taraġ tal-ogħla swar Tħossok li b’idejk missejt is-sema. Bħal musika li tisma’ għal-ewwel darba Inkella d-daqq ta’ xi qanpiena Li terġa ġġibek saqajk mal-art. Jew meta ssib li ġrejt wara xi ħadd li lanqas trid tintilef Fin-narrattiva tagħha. Minn hawnhekk tkun tista’ tara l-għoljiet Flimkien mal-bini kollu li l-bniedem bena Imqar it-torriijiet li jisfidaw is-sewwa. Mill-għoli ta’ das-swar tkun tita’ tara Popolazzjoni li qed tifga’ fil-ħitan ta’ ħabs Ta bini li bniet mingħajr ma kellha għalfejn.     Alfred Grech. 28/05/2021.
Image
  Poeti.   Xi   minn daqqiet tassew li niktbu l-poeżija Aħna li sa minn tlugħ ix-xemx irridu nagħtu Ruħ lil dak l-inħossu U nħallu   itir lejn ix-xefaq ta bla xaba’ Dak li nħossu jikwi ġewwa fina. U minn daqqiet tassew li dak li ngħidu u dak li niktbu Bħal karfa jtir mar-riħ li jofoħ fuq il-qiegħa U jdub fix-xejn ta’ kobor bla qies Bħal leħen li jintilef mal-ħsejjes u l-għajjat tal-folla. U minn daqqiet ukoll dak li min ruħna joħroġ Ikollu t-togħma tal-etern U meta jiġri dan il-ħajja ssir tiswa’ U nsibu wkoll tweġiba Għax inqumu kull filgħodu.   Alfred Grech 27/05/2021
Image
  Imqar Jekk Għad Xi Darba.   Imqar jekk għad xi darba tasal biex Tħaqqaqa miegħi; kont naf Għaliex intlift u lanqas naf fejn sejjer Għax qalbi tieqaf tħabbat. Jieqaf iż-żmien U dak kollu li jdur madwari jsir diwi Ta’ retroxena miblugħa. Imqar jekk għad xi darba tasal biex Tħaqqaqa miegħi għaliex Il-bejt isir jaħraq u ħafi ma nissaportix, F’dak il-ħin jien nagħlaq is-siparji U nixgħel l-arja kundizzjonata Biex nibda’ nfesdaq ġewwa moħħi Xewqa ta’ mixja lura Iżda r-romblu jibqa’ għaddej Jirrombla. Ma nagħmel xejn għaliex l-iħirsa fid-dawl tax-xema Isiru dawl fid-dlam tal-lejl U jieħdu l-ilwien ta’ tlugħ ix-xemx. Jiern xorta waħda ngħolli rasi U mit-tħarbixiet li nħarbex Nagħraf it-tfsil ta’ moħħi Għaliex illum biss huwa tiegħi. Imqar jekk għad xi darba tasal Biex tħaqqaqa miegħi.   Alfred Grech 26/05/2021.
Image
  La Titlaqx.   La titlaqx, la tmurx il-bogħod Għax hemm tarf ma jinqabisx Tarf mistħajjel, tarf imħażżeż Hemm preċett ma jinkisirx.   La titlaqx, la tmurx il-bogħod Tħallix ħsiebek jiġri bik, Jista’ jkun sinjal qed tara Dak semaforu antik.   La titlaqx, la tmurx il-bogħod Għalkemm dan   l-istess pajjiż, Għax in-nies m’għadhiex li kienet Tiftaħx ħalqek bla ma tqis.   Issa ntbaħt li xejn mhu xejn, Kollox jgħaddi bħad-duħħan Ferrovija tibqa’ għaddejja, Bla waqfien, mingħajr serħan.   Alfred Grech 25/05/2021.
Image
    Hekk Kollox Jgħaddi.   Hekk kollox jgħadddi hekk kollox jintemm bħaċ-ċpar li   jdub ma tlugħ ix-xemx bħal jum li jgħaddi b’ħafna ġiri imqar il poezija li mhix għal kullħadd għad trid tintesa’ bħalma jintesa’ l-awtur tagħha. Xi minn daqqiet nistaqsi lili nnifsi x’kont infittex xħin bilfors ridt niġi ħdejk. Għax trid tagħti ġieħ liċ-ċikli li jiġu u jmorru is-sussulti u l-iskossi li jistordu għax kull ċaqliqa jista’ jkollha s-seħer tagħha. Irid ikollok sabar li tistenna sakemm din tgħaddi bħall-oħrajn. Xħin taqa’ d-dalma mbagħad ikun id-dawl ta’ qamar li jurina it-triq u aħna ma konniex imsejjħa biex nagħmlu l-qabziet fid-dlam Lilna sejjħulna biex noqgħodu ngħoddu l-kwiekeb.   Alfred Grech 24/05/2021.  
Image
  Mhemmx Ħafna.   Mhemmx ħafna x’jista’ jingħad bejnietna Għajr li int tistagħġeb ta’ kull darba Li tarani miexi fuq wiċċ l-ilma. Jien niġi ħdejk għaliex iġorrni r-riħ tat-tramuntana Inkella għaliex drajt sew interraq dawn il-passi U mod ieħor ma nafx.   Ma jkunx hemm ħafna x’jingħad bejnietna Għax jien inħoss it-toqol ta’ li taħseb Bħal meta x-xita traxxax U jibda’ l-qtar iserrep fuq ħaddejja Sa ma jsir wied.   Int tibqa’ l-mira ta’ kull għanja illi ngħanni Jew tkun ħamiema bajda li jien nibgħat Tfittex lil seħbitha Biex qatt ma tiġi lura.   Alfred Grech 24/05/2021.
Image
  Nieqaf Hawn.   Dan hu ’l-wara nofsinahr ta’ Ħadd li xtaqtu qatt ma jgħaddi għaiex bħal donnok tħoss li l-kwiet ġie hawn għal dejjem li l-ħin wieqaf u s-skiet u l-ħemda f’dawn l-inħawi isaltnu taħt xemx li tgħammed kollox lewn id-deheb.   Nixtieq li nieqaf hawn u xejn ma jiġri imdendel bħal-linfa tal- ħadid mirqum inkella mdawwar fi gwarniċ bħal kwadru ta’ mal-ħajt iħares lejja jistaqsi jien min jien. Imdendel il-ħin u mdendel dak kollu li għad isir jew għandek tagħmel Imdendel jien ukoll bħal pendlu joxxilla minn xaqliba għall-oħra bir-ritmu tal-indifferenza.   Nixtieq li nieqaf hawn.   Alfred Grech 23/05/2021.
Image
  Fierħa u Battala.   Fierħa u battala tibqa’ l-keffa tiegħi Kull meta l-pinna naqbad biex inħabex Bla ma nkun imġiegħel U qabel ma s-siparju tal-għeġubijiet Jinfetaħ waħdu. Bħal daqqiet tal-martell mekkaniku Ikisser il-blat samm ta’ dawn il-ġżejjer Biex ifixkel is-sabar ta nies ġwejjda Li xejn ma jridu ħlief Li jitħallew jgħixu. U jien irrid inwieġebta’ kull darba għaċ-ċaqliħa Tal-mewġ li ma jidhirx u kull tqanqila Ta’x-xeba’ tar-ruħ Bħal min iqum minn bejn l-imwiet Mitluf bejn ix-xefaq u l-fruntiera Tal-infinit tiegħu innifsu. Nibqa’ hawnhekk qalb is=solitudni Dgħajjfa tan-nida li jiżżerżaq minn fuq il-weraq Fil-epifanija ta’ filgħodu Jew fil-ħmar il-lejl tal-indifferenza Fil-baħar qiegħed tal-eternita.   Alfred Grech 22/05/2021
Image
  Fix-Xejn Jispiċċċa.   U jekk ma tkunx tinħtieġ il-ħrejjef aktar Issib ruħħek mingħajr saqaf Bħal meta tqum filgħodu għax iqajjmuk Il-ħsejjes tal-inġenji u d-dagħa faħxi Tal-aljenati Ta min immexxi minn imnieħru Jew mitluq mal-kurrent ta’ qiegħ il-baħar. Tintebaħ għalxejn għax kollox frugħa Ma min imxejt il-bieraħ m’għadux magħna U jibqgħu kolllha megħdijin fuq xogħolhom Sabiex jinżammu is-skiet u ċ-ċrieki tal-konfini l-ekomomija tikber sakemm ma ma kunx hemm aktar fejn titwessa’ u b’hekk għalissa jderri qed kulħadd. Xħin tilmaħ it-tifrik li hawn madwarek Tintebaħ li sirt int ukoll profeta Tintebaħ li barrani sirt fi ħwejġek Tintebaħ kemm iqarraq dak li qalu Dawk il-biċċiet tas-sufri jgħumu fl-ilma (Trid tkun ħafif aktar mill-ilma) Jew dawk li jippużaw ta’ prim atturi Fit-teatrin li qatt ma jiaqta’. Xħin bexxaqt ftit għajnejk u kilt mis-siġra Ġbitt fuqgħek is-saħta tal=allat U ntbaħt li l-kont iżżidu nkella tnaqqsu Fix-xej...
Image
  Leħma.   Imqar jekk lanqas għadhom jaqblu r-ritmi Ir-riħ iġorrna u jonfoħ bil-qatigħ, Għal ftit waqtiet inżommok fuq idejja, Imbagħad, taħrabli, ttir u tmur mar-riħ.   Sibt ruħħek f’nofs ta’ triq, qatt mhu se tasal U jien stħajjiltek tasal sat-tarf nett. Għalxejn il-wegħeda li xi darba tasal Għax naf li qed tagħddini biż-.żufjett.   U b’hekk ikkundannajt lilek innifsek Biex tibqa’ mdendla u xewqtek ma taqtax Lanqas il-fdalijiet ma jsibu tiegħek U trid li lura terġa?: u ma taraxa!   Ma tibqa’ mniżżla mkien ħadd ma jkun jafek, Bla toqol tibqa’ timxi fuq is-sħab, Bħal ħolma tkun, għal waqt, imbagħad tintesa’ Minn tiregħek ebda fdal midfun fit-trab.   Alfred Grech 20/05/2021.
Image
  164.   Jekk għad xi darba tfur ix-xmara tiegħek Jew l-ilma tal-widien iġorru magħhom In-naqal li jistordi l-ħolm li toħlom Għad tista’ tibda’ tifhem fejn hi l-hena Fil-ħmura tax-xemx nieżla jew fiż-żiffa Tar-riħ li tas-sapun iġorr il-bżieżaq Bl-ilwien ta’ xi qawsalla evanaexxenti Biex tista’ wkoll tintebaħ din il-ħajja Minn xhiex magħmula. Hekk jum ieħor jgħaddi U ngħidu li xi ħaġa għal ġid għamilna U tibda’ r-ritmu tagħżel u mhux l-għanja U l-vjaġġ isir qasir għax tħobb ir-rikba. Għax aħna konna żmien fl-aljenazzjoni U konna mistoqsija bla tweġiba.   Alfred Grech 20/05/2021.
Image
  Il-Bogħod Qarribna.   Issa, li sirt il-mostru li kont noħlom Il-ħmar il-lejl fl-inħawi fejn ma kontx, Bdejt nibla’ t-tfal tal-ħsieb li welledet Rhea U delli sar ċiklopiċi mal-ħajt.   Inkella għad ninbidel f’qaddis ieħor, Il-kejlijiet jinbidlu ta’ kuljum, Ikun aħjar jekk nerġa’ nibda’ nemmen Ukoll fost ħsieb ħażin, jien nemmen fik.   Għax xejn mhu dak hu jew dak li jidher Ilellex ward li mbagħad jurik ix-xewk, Imqar jekk ma nafekx il-bogħod qarribna, Nistħajjlek sirt ukoll jekk ma narakx.   Iltqajna f’dak l-imkien lli qatt ma drajna, Biex nonfħlu l-bżieżaq t’arja b’mod distratt, Fejn l-anġli ma ressqux għax kienu jibżgħu Nikkuntemplaw il-firda qalb iċ-ċpar.   Alfred Grech. 19/05/2021
Image
  Għax Issa Sirna Tnejn. Issa li nqsamna u sirna tnejn jien nista’ Nibda’ taħdida miegħek u nixtieqek U dejjem tibqa’ x-xewqa li niltaqgħu. Insus warajk u rrid nitkellem miegħek Għax issa sirna tnejn u t-triq tlifniha. Ma nafx kif għad irridu nerġgħu niġu Ħaġa waħda. Aktarx li int triq tibqa’ Il-mira tax-xewqat, ta’ kull tqanqila. Il-weġa’li trid tibqa’ illużżjoni U meta qamar l-għasel għad jispiċċa Inħoss l-uġiħ mill-ġdid u fik-inwaħħal U nibqa’ ma nfiq qatt jekk mhux se ngħaddi Mill-wied tad-dlamijiet.   17/05/2021  
Image
  Il-Baħħ.   Kull meta l-uragan ġie u ġarrna miegħu staqsejna kif ikunu l-jiem tal-bnazzi, u meta fil-burraxka tlifna l-boxxla ma xhiex stajn’ aħna mqabblu l-mixi tagħna?   Zmien kien hemm li t-tnejn l-aħna konna wieħed tfarrakna llum u sirna kemm il-biċċa, u qisu l-ġbir tal-frak kemm hu tedjanti, tiġik it-tentazzjoni li minn fuqu tgħaddi ħafi. Hekk kif xi darba tħares lejja, tiftakar illi l-baħħ jien qiegħed ngħixu.   ALFRED GRECH 16.05.2021.        
Image
  163   Il-lejla nista’ nkun f’dirgħajn ħaddieħor U b’dan jien ma nqisnix li bik qed nidħak, Aktarx li ġej mill-ħtieġa illi ntawwal Il-ħajja bħalma ntawwal qed il-metru F’peożija li għad xi darba nikteb. Il-lejla nista’ naqsam ma ħaddieħor Fejqan li huwa l-frott ta’ kull tiġrib U b’dana jien ma nqisx li qed inqarraq U lanqas illi nara kif inħossni Fit tarf fejn qatt ma kont tan-naħħa l-oħra. Ikun aktarx għaliex l-imbuttatura Li nerġa’ nħossni nsew kif darba kont U nagħmel pont li jgħaqqad mal-imgħoddi Bil-biża’ u t-twerwir ta’ dak li ġej.   Alfred Grech 15/05/2021.