Posts

Showing posts from September, 2021
Image
  Inżommu F’Wiċċ l-Ilma   Iva, għax aħna kellna niktbu l-poeżija Qalb l-istorbju u d-duħħan tal-manikomju. Aħna kellna nfittxu s-sabiħ Qalb it-taħwid tal-qlub imjassra U qalb il-vergonja tal-qoxra tal-bbbuxu battala . Kellna nittamaw f’ ġ ejjieni ġ did Għeruqu fid-dlam tal-imgħoddi Id-dlam tad-disperazzjoni. Kellna nibqgħu għaddejjin naqdfu Qalb il-ħama u l-fdal taż-żibel Qaluna kull ma rridu nagħmlu Li żżommu biss fil-wiċċ Sakemm għad jiġi l-anġlu U jċaqlaq l-ima.   Alfred Grech 30/09/2021.
Image
  Nerġgħu Niltaqgħu.   Imbagħad nerġgħu niltaqgħu Fil-ħajja li ġejja bħalkieku ltqajna għall-ewwel darba U nibdew nitbissmu lill-xulxin Mingħajr ma nafu l-għala. Nistħajjlek tħares lejja u tiflili Kull tikmixa li għandi f’wiċċi U naf li fhimt kollox. Imbagħad tintebaħ għaliex lilek għażiltek Għaliex inti dak kollu Li jien nixtieq U mhux għaliex inti Dak kollu li baqgħali.   Alfred Grech 30/09/2021
Image
  Stajt Nitla’ Aktar Fil-għoli.   Stajt nitla’ aktar filgħoli Bla mażri li jankraw Stajt sibt it-triq li twassal Mal-għomja li jaraw.   Il-kontrapis li jgħaddas Iżommlok il-bilanċ Issib li trid saborra Jekk lura tmur bħal granċ.   Trid taqdef qalb il-ħalel Trid togħla mal-imbatt Inkella tibd’ temmen Biex tagħraf ma xhiex ħbatt.   Inkella tibda temmen Biex lanqss tara l-qiegħ Dagħbien għaddej minn taħtek U temmen fis-sabiħ.   Jien bdejt inrabbi l-ġwieneħ Bdejt nogħl’aktar il-fuq U xħin ilħaqt is-sema Kull bieb li sibt magħluq.   Alfred Grech 29/09/2021
Image
  Xejn Aktar La Tistenna.   Xejn aktar la tistenna Mhu xejn għajr xeneggjat Tintesa’ malli tgħaddi U dejjem aljenat.   Xħin nagħmel il-mirakli Biex niġi għan-normal Fi żmien mitluf fis-sakra Minsub fuq pedestall.   F’pajjiż tal-assassini Min hu l-emarġinat Kulħadd imissu jisraq Tispiċċa eżiljat.   Fuq art li kienet tħaddar Iss’hemm biss il-konkrit Jisfida l-konvenzjoni Kampanja b’wiċċ ardit.   Imbagħad xħin nieqaf noħlom Il-mejta mingħajr għadd, Il-bqija kulħadd jobdi Mhu ser jiqfilhom ħadd.   Alfred Grech 28/09/2021
Image
  Xejn   Aktar La Tistenna.   Xejn aktar la tistenna Għax wara kollox Dan mhu xejn għajr xeneġġjat Vjaġġ ta’ ftit sekondi. Jien noqgħod inħares lejk Nistagħġeb u ngħaddi ż-żmien Li baqa’ fis-sakra U biex nerġa’ niġi f’tiegħi Irrid nagħmel il-mirakli U x’jiġi mbagħad Xħin ngħejja noħloq il-fantażmi Evanexxenti u ta’ min waqt għall-ieħor It-tmiem li dejjem joqrob Ibeżżgħek U issa sirt lanqas taf tiċċajta Għax iġġemma n-nuqqasiejit Int u għaddejja. Jien ħlomt li qagħadt ngħidlek l-istejjer U inti qagħad tismagħhom Bla ma rqadt.   Alfred Grech 27/09/2021  
Image
  Xi Minn daqqiet Jiġri.   Xi minn daqqiet jiġri Li terġa’ taqa’ lura Fl-abbissi ta kuljum U tad-dubbji Li dejjem trabbejt fih.   Xi minn daqqiet jiġri Li tinsa’ l-quċata tal-għolja It-trambil tar-romblu Tal-asfalt biex wasalt S’hawn.   Xi minn daqqiet jiġri Li jerġa’ jibdielek Għax taf li t-toqol Hu rfigħ tal-oħrajn   Xi minn daqqiet taqta’ nifsek U terġa’ tmil lura U tinħeba U tistaqsi bejnek u bejn ruħhek: Dan kollu għalfejn?   Alfred Grech 26/09/2021
Image
  Inti Togħla u Tinżel.   Inti togħla u tinżel mal-imbatt u qatt ma twieżen lilek innifsek.   Hemm xi ħaġa fl-arja hemm barometru li niżel sew hemm kalamita timbuttak hemm foga li taqtagħlek l-aptit hemm duħħan jaqtagħlek nifsek.   Hemm xi ħaġa fl-arja jew ħsibt li ridt nirkeb dik il-mewġa għax qed ngħum kontra l-kurrent iżda kollox qiegħed fl-arja u issa jiena wkoll marid.   Tista’ taqbdek freneżija għalkemm dan mhuwiex il-waqt x’jiswa’ li barra hemm il-festa jekk f’qalbek nieżla x-xita tal-ħadid   Jekk tistaqsini x’għandi nagħmel ngħidlek li ma nafx   Kif issa kollox qed jiżżarrat bħal biċċa drapp mingħajr keffa u aktar ma nħares u nifli iktar jikbru l-ixquq u llum hemm aktar mill-bieraħ.   Alfred Grech 26/09/2021
Image
Sebaħ Jum Ieħor Sebaħ jum sabiħ Imqar jekk is-sema msaħħab Bir-ragħad u t=tkarwit li jkun fiħ. Sebaħ jum ieħor U jibqa’ jum sabiħ Imqar jekk qed inħarsu U nixtiequ bis-sħiħ Mit-tieqa tal-ħabs tagħna Trid tieħdu bli fiħ.   Illum hu jum sabiħ Għaliex ix-xita tad-dmugħ Taf taħsel l-iskwallur U l-ħmieġ li ħallew ta madwarna Filwaqt li trid tagħqad u ddur.   Illum sebaħ jum ieħor.   Alfred Grech 21.09.2021
Image
  You’re Wasting Time.   You learn to live with the monsters And the din of your streets Even though before outside was like a playground where we as children used to play.   You have to wade and plough the ocean Despite the currents and believe You haven’t reached the crest yet.   You learn to adjust to your new focus Which is not what you have learned Which is the wilderness of an era Whether it is over-crowdedness, Overbuilding or pollution of the eyes.   From where I am I can hardly hear you And you know you’re wasting time.   Alfred Grech 21/09/2021
Image
  Because.   Because we were told that life was beautiful That it was meant to be so right That we went on with repetitions And more copies of ourselves.   Because we were told how we should live That we trained ourselves to lie That there was a glimpse of to morrow A goodness at the end of a heaven And a prize that we should earn That we kept on and on.   Alfred Grech. 20/09/2021
Image
  Stajt Kont.   Int stajt kont kera daqs saħħara U taf li jiena ma nigdibx Stajt kont ukoll iddisgrazzjata Infaħħrek u ma nistagħġibx.   Trid turi minn daqqiet wiċċ b’ieħor U dan biex jgħix kulħadd fisd-sliem Tbus l-id li tkun tixtieq maqtigħa U tbaxxi rasek u bla kliem.   Għax dinja din l-apparenzi, U kollox jiswa’ għal dak il-ħin. Toqgħod attent ma ċċaqlaqx l-ilma Biex nistgħu ngħixu ma xulxin   Alfred Grech 20.09 2021
Image
  Tarantella.   G ħ alhekk malli tl eħħ il-berqa is-sħab li jraxxax ix-xita tad-dispjaċir bħaż-żifna tal brimba ittektek fuq il bejt tal-landa u kliemek jibqa’ nġazzat f’widnejja u bħal silġa jinħallu t-tifkiriet. Se nerġa’ ngħib fis-seħer ta’ nżul ix-xemx jew nistaħba fid-dawl ta’ qamar ta’ sajf mingħajr iż-żiffa. Kliemet jittajjar u jgħib mal-fwar tat-tisjir li tħobb issajjar u xi minn daqqiet ma nkun irrid nagħmel xejn aktar għajr li nibda ngħix fix-xtiewi li niftakar.   Alfred Grecj 19.09.2021
Image
  Lil R.   Jien ħsibt li kont wiċċ ġdid għalija Imbagħad intbaħt bil-maskra  bħall-kullħadd Il-maskra mġebbda  kieetet madwar wiċċek Tinbidel ftit bl-ilbes ta nhar ta’ Ħadd..   Jien ħsibt li kellek għamla differenti Iżd’issa ħadt ix-xeħta tal-oħrajn Kont ħsibt li bħali ridt ukoll tingħażel Iżd’issa sirt ma tingħarafx, għattewk bit-tajn.   Jekk int ukoll inqbadt ġo serbut nemel Kif jista jerġa’ kollox għal li kien? La tħares il-quddiem u lanqas lura Kif jista jkun li nibqa’ nħobbok jien?   Alfred Grech 18/09/2021
Image
  When Did.   When did you stop to be so glamorous Where did our stars no longer shine And I I become immune to subtlety That we lost sense of the divine.   When did it all become so gloomy When did the sun not rise again When did it all become so fatal That all are dreams were in vain.     Alfred Grech 17/09/2021
Image
  Ennui.   Ġrajja waħda li ma tintesiex Waqt wieħed jirrikorri Proġramm irrġistrat Jixxandar ta’ kull darba.   Binarji li fuqhom tirranka Ħolma li ma tintesiex Sqaqien biex fihom tintilef Irdum li jrid jitkejjel.   Jonfoħ ir-riħ Ir-ramel f’għajnejja Itir ukoll il-ħsieb Mal-ħafna weraq U jekk tħabbat Mhux żgur li jinfetaħlek   Alfred Grech 15/09/2021
Image
  Kulħadd Magħluq.   Kul ħ add mag ħ luq fil-kjostru tieg ħ u Int ma tafx jien x’qed in ħ oss U t-talb li nitlob jien mhux lejn is-sema Biex jibqa’ g ħ addej jitmewwe ġ fuq l-imwie ġ .   Xi darba għad naqsmu l-ferħ bejnietna Imbagħad naraw jekk hekk naqblux. U bqajna t-tnejn bit-truf imġebbda Tal-istess xatt li ma jfawwarx.   Alfred Grech 13/09/2021.
Image
  Kemm Jibqa’ Dawl.   Kemm jibqa’ dawl jien nibqa’ miexi Għaliex xħin jidlam ma tarax. Diġa’ x-xefaq m’għadux jidher U t-truf taż-żmimijiet Ma tagħrafhomx. Xħin tgħaddi minn ġod-dlam Stennieħ li jisbaħ Iżda qajla tkun taf Li ġejt f’dinja oħra U jien li drajt nimxi b’ċerti ritmi Inħossha tqila issa Nieqaf f’dan is-sħab. Fl-għabex jiġi min ikebbes il-fanali Iżdafanal tiegħi ma jixgħelx. Fis-skiet u l-ħemda ta’ lejla sjafija Issbt is-sliem li kien mitluf. Jekk tħossok fl-itruf Għaliex iġġor miegħek l-uġih U t-toqol kollu tal-ġenerazzjoni Għax is-sbuħija ġġennek u Tagħmlek sakranazz.   Alfred Grech 11/09/2021
Image
  Tibqa’?   Jekk jil ħ aq jidlam qabel Ji ġi s-se ħ er, iżżomli inti jdejja? Jekk jiġi l-waqt li ma rrid nara ’l-ħadd Tifhimni inti?   Hekk trid tibqa’ din l-għanja Tnegħida ħielsa ta’ dak li joħroġ Mill-kjażmi u mill-fessuri mdallma Ta’ ruħ spajżata. Jinbidel xi ħaġa jekk tiltaqa’ miegħi In-naħħa l-oħra Ta’ truf dix-xtajta? Tgħinni nerġa’ nqum fuq saqajja U ntemm il-vjaġġ li bdejt? Tibqa’ tħarafni meta ż-żmien ibattini Meta nkun għarkubtejja U qalbi biċċiet? Tibqa’. . . . meta lanqas inkun Għadni ningħaraf?   Alfred Grech 09/09/2021.    
Image
  Min jaf?   Min jaf jekk għadx inkunu aħna Li nerġgħu niġu lura biex nibdew naħsbu Mingħajr il-melħ tal-baħar? Imqar issa li għadda s-sajf infern Jinkalja l-iġsma t’ erwieħ Bla fejda. Imqar issa li temmejna d-debħa Biex naħarbu l-qilla tal-allat Il-ġejjieni għadu mdendel U ż-żiffa ta’ filhgħodu ma twassalx sa widnejna Il-kliem li xtaqna nisimgħu. Imqar l-għasafar tal-ajru M’għadhom jintunaw l-għana Ta’ ħlejjaq ta’ bla ħażen. Għax issa l-valiġġi mtlew sa ruħ ommhom Il-madmad qed jissikka U tlifna l-lemħa Tax-xefaq qed jitbiegħed. Għax issa wkoll Il-bogħod jiżdied Bejn dak li mmissu U dak li qed naraw.   Alfred Grech 07/09/2021
Image
  Tagħna Dinja Minsija.     Tagħna dinja minsija Għaliex mhux sew li tidher Għaliex mhijiex xi ħolma Iżda dak li qed jiġri.   Nimteddu fuq is-sħab Mingħajr toqol ta’ xejn Nitbissmu U hekk kullħadd isir jaf Aħna min aħna.   Imbagħad inħarsu lejn xulxin U ngħidu salt ċuċati Nitkellmu fuq ħwejjeġ ħfief Mingħajr saborra.   U b’dan il-mod Inwaqqfu l-ħin Ninsew li qiegħdin ngħixu.   Alfred Grech 06/09/2021