Posts

Showing posts from February, 2022
Image
  Għax Xi Kultant.   Għax xi kultant aħjar ma tinftieħemx Kulħadd bit-togħma tal-qrusa f’ħalqu Mhux b’dak lli kiel u xorob Iżda bil-qrusa tal-bieraħ. In-nies kif trid tissallab Jekk mis-salib għamlet it-totem tagħha? Konna ngħidu li mġienen ma baqax Imma l-imġienen jiktbu l-istorja Li minnha ma tagħallimna xejn. Xejn ma tibqa’ tħoss U lanqas tibqa’ tisma’ Leħen il-kuxxjenza. Jien naħseb li int għama Għax mhux mhux qed tara bħali U mhemmx mod ieħor kif insibu s-sewwa Jekk mhux bi ġlieda.   Alfred Grech 26/02/2022.
Image
  Ta’Bir-Ruħna.   Ejj’nagħmlu ta’ bir-ruħna li ninħabbu Infaqqgħu f’wiċċ il-baħar bżieżaq t’arja Imbagħad bħat tfal iż-żgħar li qed jilgħabu Insakkru l-ġugarelli fil-kaxxetta. Tal-ħarir il-libsa ta’ taħt tiegħek U mielsa bħal kuxtejk u jkun biss jonqos Li qoffa tħoll u terħi taqa’ xuxtek. Għax jekk il-qtar tal-gġaraq jibda jterraq Minn qalbek għall ġol beraħ ta’ did-dinja Ma jkun hemm xejn minn xhiex int għandek tistħi. Il-qaddisin ukoll iġorru d-dijadema U mis-salib tad-demm iċarċar l-għaraq U tal-imrar bil-qtar jintela’ l-kalċi. Jien bħall-arloġġ xħin inti tajtni l-ħabel Il-waqt ma jasal qatt li nibda nara Il-minutiera tibda’ ttektek.   Alfred Grech 25/02/2022.
Image
  Ħalliha Tiġi W’ħeda.   Ħalliha tiġi w’ħeda Tal-kelma kull tifsira, Jissawwar waħdu r-ritmu Fil- wisa’ ta’ bla mira.   Warajħ imbagħad ir-rima, Waħeda titla’ l-binja U tilbes libsa ġdida U tiegħek timla’ d-dinja.   Ħalliha tiġi wżħeda Il-muża bla twissija Hekk tgħanni l-isbaħ għanja Hekk tikteb poeżija.   Alfred Grech 24/02/2022
Image
    Niġi Hawn .   Niġi hawn biex nerġa’ niftaħ Dan ikun kapitlu ġdid Meta kulma nkun qed nagħmel Nibqa’ ngħaffeġ fit-tgħasid.   Ma telqitx il-ferrovija It-telllieqa lanqas bdiet Rima din ta’ kewkba feġġa Jew aħbar li ġa għaddiet.   Inti għedt li bagħattli bewsa Is-separju ma telgħax Kif se nqum minn din in-nagħsa Jekk ix-xefaq ma narax.   Alfred Grech 23/02/2022.
Image
  Ħawnhekk.   Hawnhekk biex tikkontempla Il-qabża kif se tkun Għax f’ħin jew f’ieħor jinxfu Il-gliegel u l-għejjun.   Kif tgħaddi mill-mogħdija Li sserrep fil-widien Minn fejn irridu ngħaddu U t-toqol tal-għarfien.   Sakemm il-ġifen jimxi Bil-qlugħ mimlija riħ, Fuq bandla tiela’ u nieżel Bla heda u bla mistrieħ.   Alfred Grech 22/02/2022.
Image
  Kemm Idum Iż-Żmien Li Jnessi?     Kemm idum iż-żmien li jnessi? Kemm idum iż-żmien ma nafx Imma żmien qasir wisq.   Kemm idum iż-żmien wieqaf Idum ftit Idum wisq Idum biss waqt wieħed.   Ma nafx jekk il-misluta Li tiddendel tagħmilx ħsejjes Daqs ilsien ta’ qanpiena Iżda t-tektika tal-arloġġ Minn waqt għall-ieħor Għandha minn tal-eternita’ Daqshekk iddum sakemm tħassar Il-lavanja Daqshekk idum ma jleħħ il-ħsieb U inti bil-kopp biex taħkem il-ħolm. Imbagħad tistaq: wara kollox Għalfejn dan l-ispettaklu?   Alfred Grech Ż21/02/2022  
Image
  Imqar Jekk Qam Ir-Riħ.   Tista’ tħalli għada jiżbaħ Mingħar ma terġa’ tħares lura U tisħet xortik Qabel toqgħod taħseb Li hekk biss jistgħu Jinkitbu l-kotba għal min Irid jaqrahom.   Tista’ tħallli għada jisbaħ U teħodha bħallikieku Kienet ġrajj’oħra li nkitbet Qabel dak li qiegħed jiġri Isib il-milja tiegħu Fis truf iż-żminijiret.   Ma tridx taħseb wisq Inkella tittieħed għall-għarrieda Meta toħroġ mil-fosdqa Issir farfett mill-ġdid U tkun rabbejt il-ġwienaħ.   Għada jkun ħolqa oħra Fil-katina tal-waqtiet Fid-damma tal-ġrajjiet Biex fl-aħħar ngħidu: Qisu qatt ma ġara xejn.   Ħallieħ jisbaħ għada Imqar jekk iqum ir-riħ.   Alfred Grech 20/02/2022.
Image
Ejja Nibdew Mill-Ġdid.   Ejja nibdew mill-ġdid Ma ġara xejn li tnejn żbruffajna Il-jum fil-bidu għadu U ħarġet issa x-xemx.   Ejja mill-ġdid nibdew Il-ħajja għad bqagħala Iż-żmien għadu għaddej U aħna bħal frejgata Li tofroq tgħaddi l-mewġ Inkella tiggalleġġja F’dan baħar bla konfini Lejn xefaq jistedinna.   Ejja nibdew mill-ġdid Din għada l-ewwel waħda Tal-għdowa l’għada tibda U nidfnu dak li ġara.   Alfred Grech 19/02/2022
Image
  Taħt Wiċċ Il-Baħar.   Taħt wiċċ il-baħar Hemm dinja oħra Jien irrid negħereq Fl-oċean ta’ ruħek Imkien m’hemm i’jed dlam Daqs xħin filgħodu jisbaħ U jien mill-ġdid nistaqsi Fejn inti qiegħda.   Imkien mhemm aktar dlam Daqs xħin infittex U jegħerqu l-bastimenti Tat-tamiet fil-qiegħ ta’ ruħi . . . Fil-baħħ tas-skiet tiegħek.   Alfred Grech 18/02/2022
Image
  Għalxejn Ġejt Tiġri Lura.   Għalxejn ġejt tiġri lura Tmewweġ kontra l-mewġ Ta’ dak li qiegħdin jgħidu U dak li qiegħdin jemmnu Għax hekk ma tkun qed tagħmel xejn Għajr titfi d-dawl inemnem Ta’ msiebaħ solitarji Li jistgħu għad xi darba Tbissima jkebbsu fuq xuftejja. Għax il-kafe’ qed jiksaħ Is-sigarett jinħela Ix-xarabank għaddiet U inti qed tinbidel. Għalhekk ħallini nerġa’ niġi Ħdejk biex infesfislek ġo widnejk Dak il-kliem li poeta biss jaf jgħidlek.   Alfred Grech. 17/02/2022.
Image
  Poeti.   ‘Il-fuq mis-sħab jekk nistgħu aħna ntiru U nerġgħu ninżlu lura   minn fejn tlaqna Biex mal-art saqajna mmissu Biex ma jibdluniex mal-anġli U nerġgħu nogħlew ‘l-fuq ‘l-fuq Sabiex ninsew id-dwejjaq Ta’ wiċċ l-ilma . . . Wiċċ l-ilma qiegħed.   ‘L-fuq mis-sħab u nerġgħu niġu lura Bħal gawwi ngħaddu sbrixx ma wiċċ -baħar Fit-tiftix tal-ikel li bih nitrejjqu nistgħu Imbagħad mill-ġdid ‘l-fuq ‘l-fuq ‘l-fuq Inkella nisparixxu f’xefaq ħieles Jew nerġgħu lura għall-bejta li ħallejna Moħbija minn ħarset in-nies.   Alfred Grech. 16/02/2022.
Image
  Illum   Għad Jgħaddi Wkoll.   Illum għad jgħaddi wkoll Bid-dwejjaq kollha ta’-sbieħ il-jum griż U bit-tama li xejn ma jiġri Li jġielna nindmu. Tarġa’oħra ta’ dan it-taraġ lejn l-infinit It-tmiem ta’ kull ħolma li ġġorr wara spallejk Lejn dak ix-xefaq ta’ bla kejl u bla konfini. Biżżejjeq tiftakar fit-taħbit ta’ mewġ il-baħar Mal-blat żonqri tar-rieda qawwija li ma terġgħax Il-ħsejjes tar-riħ li jqanqal taħbil-moħħ U jifi musbieħ il-ħemda u s-sabar. Biżżejjed il-ħarsa t’għajnejk Bħal ġrajjiet qodma li qatt ma tennejtli. Għax issa mqar il-kwiekeb Bdew jieqfu u jiskantaw lejna U forsi qed jistaqsu kif m’aħniex nibżgħu Nisfidaw id-duħħan ta’ ġejjieni bla wegħeda. Imma x’jafu dawn minn xhiex għaddejna.   Alfred Grech 15/02/2022.
Image
  Mhemmx Għalfejn Immissek.     Mhemmx għalfejn immissek Biex inħobbok u inti trid Titgħallem tibda tħobbni Ukoll mill-bogħod.   Bqajna hawnhekk ankrati Mal-bqija ta’ ħajja li xjaħet Għaliex imżewwqa il-kantaliena Ta’ kuljum u f’waqtiet ta’ dieqa Infexxejna ngħannu biex ninsew Bħal-bilbla li ma tafx tagħmel ieħor Għajr issaffar.   Imqar jekk ruħna qed tirtogħod U rikeb fuqna l-biża’ Aħna nibqgħu niktbu l-poeżija.   Alfred Grech Jum San Valentino 14/02/2022
Image
  Tgħannaq Is-Skiet.   T għannaq is-skiet tal-univers Xħin waħdek tkun mitluqa Tissemma l-ħsejjes tal-baħar għajjien.   Tgħannaq is-skiet ta’ sema ndifferenti Xħin it-tnessija tħallilek l-isbaħ togħma U b’ħarstek fit tul tinbex l-iskoll li jifida mewġ il-baħar.   Jien miegħek irrid ngħannaq Il-ħemda tal-oċean Il-qilla ta’ riefnu bla raġuni U s-sema mgħajjeb fgat bl-indiema.   U miegħek irrid inħaddan Sbieħ il-jum ta’ mingħajr żmien Inkella l-ilwien għajjiena ta’ lejla Mingħajr kwiekeb.   Flimkien għad ninfdu l-ħemda abbissali Ta’ baħar mingħajr ħajja U jekk il-fewġa tal-grigal Tqanqallek xi tkexkixa Ftakar li x’imkien f’xi għdwa mbiegħda Jiċċaqlaq għad is-sens ta’ dak li aħna Imdendla ma ħajta tal-għanqbuta.   Alfred Grech 12/02/20222
Image
  Xewqa.   Din ix-xewqa lli qatt ma tinqata’ Bħal kurjo’ li jidħol fid-dlam Ifittex il-biża li xi darba għad iħoss. Hekk kif jaħbat mal-misteru Iħares fil-mera u jilmaħ Dawk l-iħirsa ta’ bla isem Inkella lilu nnifsu mibdul fis-sieħba li xtaq.   Tħabbat il-qalb daqs it-tektik tal-arloġġ Għax għadek tista’ taqdef u tħares Imqar fl-għabex lejn ix-xefaq U safejn tista’ tasal. Jien nagħnnqek u nbusek Imqar fil-ħolm tiegħi.   Alfred Grech 10/02/2022
Image
  Żingari*   Żinġari mqar fir-ruħ Li ma tafx imkien wieħed fejn tista’ tistrieħ, Inkella ma tinsabx fejn ikun ħaddieħor. Żingari fil-ħsieb li bħal farfett Ma jsib ebda warda li tixraqlu.   Xħin ilmaħtek xebbaħtek Għax inti ma tobdix Għax inti ma tilbisx u ma taħsibx U ma timxix bħal   ħaddieħor U lanqas issibek fejn jinġabar kulħadd.   Jista’ jkun li int u jien ma naslu qatt Iżda nafu sewwa fejn ninsabu U minn fejn tlaqna.   Alfred Grech 11/02/2022.       *B’dedika lil Lillian Smith    
Image
  Qabża.   Ġrad dan li jqatta’ ħinu jgħanni u jaqbeż Għasfur tal-bejt li ma jridx jaf bin-nies Li jinsa l-ħin u l-morsa li qed tagħfas U ż-żmien għaddej li jkaxkar bħal-kennies.   Imqar jekk għaddejjin minn mina mdawwla It-tmiem li żgur għad jasal ma jidhirx, Jinħtieġ taqlib lilhinn minn dak li nħossu Għalkemm is-sens ta’ ħtija ma jaħfirx.   Tintrikeb din il-mewġa li trid tfarrak Il-ktajjen li jnakrawna ta’ kuljum, Jintrebħu qtiegħ il-qalb u x-xorti miegħu Xħin qalbek tqawwi u taqbes mill-irdum.   Alfred Grech 09/02/2022.
Image
  Min Jaf  X’Għad Jibqa’.   Min jaf x’għad jibqa’ Minn dak il-mewġ li tqanqal Fl-għadira mdardra ta’ ruħi Fl-oċean oskur tad-dlam tal-lejl U  liema iħirsa jridu jtennu l- valse triste tal-aħħar xewqa tiegħi? Min jaf x’għad jibqa’ mit-tbissima Li welldet ir-riefnu li ħin bla waqt Kaxkarni miegħu; Minn dik il-bewsa li qatt ma tajtni Mit-tgħannieqa li qatt ma ġiet? Jien issa nintilef fiċ-ċpar tal-għada U tqanqiliet imbiegħda, imbiegħda, Nisħaq fuq l-irmied ta’ mħabba stunata Nistenna lilek Li mhemmx li tiġi lura.   Alfred Grech 08/02/2022.
Image
  What Does It Take?   What does it take to jump Into this   life again from the obscure And demented penumbra Of a dreadful underworld And a sense of unconscious irrationality?   It takes me a long while. More than two or three coffees And a lot of meditation Sometimes a lot of alienation To absorb the splendid manifestations Of the oblique otherness The symmetrical polarity.   Alfred Grech. 08/02/2022.